21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/242

tal-21 ta’ Frar 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, is-Sur Mohammed Makhlouf inżdied mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK (2).

(2)

Skont id-Deċiżjoni 2013/255/PESK, is-Sur Mohammed Makhlouf inżamm fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fit-12 ta’ Settembru 2020, is-Sur Mohammed Makhlouf miet. Peress li l-werrieta tiegħu huma kollha membri tal-familja Makhlouf, hemm riskju inerenti li l-assi li ntirtu jintużaw biex jiġu appoġġati l-attivitajiet tar-reġim Sirjan u jidħlu direttament fil-pussess tar-reġim, potenzjalment jikkontribwixxu għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqies dan t’hawn fuq, jenħtieġ li jinżdiedu ħames membri addizzjonali tal-familja Makhlouf mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 74).


ANNESS

L-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“318.

Hala Tarif ALMAGHOUT

هلا طريف الماغوط

Sess: Mara

Data tat-twelid: 30.6.1980 jew 30.7.1980

Armla ta’ Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

319.

Ghada Adib MHANNA

غاده أديب مهنا

Sess: Mara

Data tat-twelid: 22.5.1948

Armla ta’ Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

320.

Shalaa Mohammed MAKHLOUF

شهلاء محمد مخلوف

Sess: Mara

Data tat-twelid: 22.3.1967

Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

321.

Kinda Mohammed MAKHLOUF

كندا محمد مخلوف

Sess: Mara

Data tat-twelid: 25.9.1977

Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

322.

Sara Mohammed MAKHLOUF

ساره محمد مخلوف

Sess: Mara

Data tat-twelid: 27.8.1984

Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022”