4.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Il-Każ M.10091 — TowerBrook Capital Partners Warburg Pincus/AA

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 1/05)

1.   

Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TowerBrook Capital Partners LP (“TowerBrook”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

—

Warburg Pincus LLP (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u

—

AA Plc (“AA”, ir-Renju Unit).

Towerbrook u Warburg Pincus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ AA kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-25 ta’ Novembru 2020.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

TowerBrook hija ditta ta’ ġestjoni tal-investiment u tiffoka fuq li tagħmel investimenti f’kumpaniji fi swieq kbar u medji Ewropej u tal-Amerika ta’ Fuq.

—

Warburg Pincus hija kumpanija ta’ ekwità privata bil-kwartieri ġenerali tagħha fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerka.

—

L-attività ewlenija ta’ AA hija l-forniment ta’ servizzi ta’ assistenza fit-triq fir-Renju Unit. Barra minn hekk, AA tipprovdi servizzi ta’ distribuzzjoni tal-assikurazzjoni, servizzi ta’ sottoskrizzjoni tal-assikurazzjoni u ċerti prodotti oħra ta’ servizzi finanzjarji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10091 — TowerBrook Capital/Warburg Pincus/AA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.