<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑74/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CO0074</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:772">EU:C:2015:772</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAD-<DATE ISO="20151119">19.11.2015</DATE> — KAWŻA C‑74/15</P><P>TARCĂU</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 1(1) u 2(b)</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti li jidhru f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ kawzjoni u ta’ garanzija immobiljari konklużi ma’ stabbiliment ta’ kreditu minn persuni fiżiċi li jaġixxu għal finijiet li ma jaqgħux fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom u ma għandhomx rabta ta’ natura funzjonali mal-kumpannija kummerċjali li għaliha huma garanti</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑74/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Oradea (qorti tal-appell ta’ Oradea, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150205">5 ta’ Frar 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dumitru Tarcău,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ileana Tarcău</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn A. Borg Barthet, li qed jaġixxi bħala President tal-Awla, M. Berger (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal D. Tarcău u I. Tarcău, minn C. Herţa, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn L. Bercea, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R. H. Radu kif ukoll minn R. I. Haţieganu u A.‑G. Văcaru, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Gavela Llopis, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Gheorghiu u D. Roussanov, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1(1) u 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-kawża bejn D. Tarcău u I. Tarcău u l-Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> dwar kuntratt ta’ garanzija immobiljari u kuntratt ta’ kawzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-disgħa u l-għaxar premessi tad-Direttiva 93/13 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>[...] l-akkwirenti ta’ merkanzija jew servizzi għandhom jiġu protetti kontra l-abbuż tal-poter mill-bejjiegħ jew mill-fornitur, b’mod partikolari kontra kuntratti standard li jiġbdu lejn naħa waħda u l-esklużjoni inġusta ta’ drittijiet essenzali f’kuntratti;</P></CONSID><CONSID><P>[...] tista’ tinkiseb protezzjoni aktar effettiva tal-konsumatur billi jiġu adottati regoli tal-liġi uniformi fil-kwistjoni ta’ klawżoli inġusti; [...] dawk ir-regoli għandhom jgħoddu għall-kuntratti kollha konklużi bejn il-bejjiegħa jew il-fornituri u l-konsumaturi; [...] bħala riżultat kuntratti <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> relatati ma’ l-impieg, kuntratti relatati mad-drittijiet tas-suċċessjoni, kuntratti relatati mad-drittijiet taħt il-liġi tal-familja u kuntratti relatati ma’ l-inkorporazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ kumpaniji jew ftehim ta’ sħubija għandhom jiġu esklużi minn din id-Direttiva;<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kull persuna naturali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopjiet li jkunu barra s-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kull persuna naturali jew legali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet relatati mas-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha, sew jekk proprjetà pubblika u sew jekk propjetà privata.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 193/2000 dwar il-klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn in-negozjanti u l-konsumaturi (Legea nr. 193/2000 privind clauzede abuzive din contractele încheiate între comercianţi şi consumatori), fil-verżjoni tagħha ppubblikata mill-ġdid (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 350 tat-<DATE ISO="20080418">18 ta’ April 2008</DATE>), hija intiża li tittrasponi d-Direttiva 93/13 fid-dritt intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kull kuntratt konkluż bejn negozjant u konsumatur għall-bejgħ ta’ oġġetti jew għall-provvista ta’ servizzi għandu jkollu klawżoli kuntrattwali ċari, mhux ekwivoċi u li ma jeħtiġux għarfien speċifiku sabiex jinftiehmu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-istess liġi jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser kull persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi kkostitwiti f’assoċjazzjoni li, fil-kuntest ta’ kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi preżenti, taġixxi għal finijiet separati mill-attivitajiet kummerċjali, industrijali jew ta’ produzzjoni, artiġjanali jew professjonali tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20081024">24 ta’ Ottubru 2008</DATE>, ġie konkluż kuntratt ta’ kreditu bejn Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Sanpaolo<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), bħala kreditur, u SC Crisco SRL (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kumpannija Crisco<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), kumpannija kummerċjali li taġixxi bħala persuna li tissellef. Din tal-aħħar kienet irrappreżentata minn Cristian Tarcău, bħala soċju uniku u amministratur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fuq talba tat-tifel tagħhom, Cristian Tarcău, li kien jixtieq jikseb żieda fil-kreditu li kien ingħata lill-kumpannija Crisco, Dumitru u Ileana Tarcău ffirmaw, fis-<DATE ISO="20090807">7 ta’ Awwissu 2009</DATE>, att addizzjonali mal-kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn din il-kumpannija u Sanpaolo. Dan l-att addizzjonali kien jirriproduċi l-klawżoli essenzjali tal-kuntratt ta’ kreditu inizjali u kien iżid, mal-garanziji diġà stabbiliti mal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, żewġ garanziji ġodda stabbiliti minn D. Tarcău u I. Tarcău.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-garanziji l-ġodda, intiżi biex jiggarantixxu r-rimbors ta’ kreditu mogħti lill-kumpannija Crisco, ingħataw bil-kunsens ta’ D. Tarcău u I. Tarcău, fil-forma ta’ kuntratt ta’ garanzija immobiljari, fis-<DATE ISO="20090807">7 ta’ Awwissu 2009</DATE>, li permezz tiegħu huma stabbilixxew ipoteka fuq proprjetà immobiljari tagħhom favur Sanpaulo, u ta’ kuntratt ta’ kawzjoni, li wkoll sar fis-<DATE ISO="20090807">7 ta’ Awwissu 2009</DATE>, li permezz tiegħu huma saru garanti tal-ħlas tas-somom kollha dovuti mill-kumpannija Crisco fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont id-dikjarazzjonijiet ta’ D. Tarcău u I. Tarcău, dawn aċċettaw li jsiru garanti għall-kreditu mogħti lill-kumpannija Crisco biss minħabba l-fatt li t-tifel tagħhom kien l-uniku soċju u amministratur ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Billi qiesu li huma kienu aġixxew bħala konsumaturi u li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 193/2000 kienu applikabbli għalihom, D. Tarcău u I. Tarcău adixxew lit-Tribunalul Satu Mare (tribunal ta’ Satu Mare) bil-għan li jiksbu l-annullament tal-att addizzjonali tas-<DATE ISO="20090807">7 ta’ Awwissu 2009</DATE> kif ukoll tal-kuntratti ta’ garanzija immobiljari u ta’ kawzjoni jew, sussidjarjament, l-annullament ta’ wħud mill-klawżoli ta’ dawk il-kuntratti li huma jqisu inġusti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’sentenza tat-<DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>, it-Tribunalul Satu Mare (tribunal ta’ Satu Mare) ċaħad din t-talba għar-raġuni li, skont Artikolu 1(1) tagħha, il-Liġi Nru 193/2000 tapplikax biss għall-kuntratti li jkollhom bħala għan il-bejgħ ta’ oġġett jew il-provvista ta’ servizz lil konsumatur, kundizzjoni li ma hijiex issodisfatta fil-kawża prinċipali peress li l-benefiċjarju tal-kreditu hija l-kumpannija Crisco. Din il-qorti qieset ukoll li l-fatt li l-kuntratti ta’ garanzija immobiljari u ta’ kawzjoni għandhom natura aċċessorja fil-konfront tal-kuntratt ta’ kreditu ma tippermettix li huma jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Nru 193/2000, peress li l-benefiċjarju hija kumpannija kummerċjali li ma għandhiex il-kwalità ta’ konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>D. Tarcău u I. Tarcău appellaw minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Curtea de Apel Oradea (qorti tal-appell ta’ Oradea) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1)</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi, jew, bil-kontra, fis-sens li jeskludi minn din id-definizzjoni l-persuna fiżiċi li ffirmaw, bħala garanti [...], atti addizzjonali u kuntratti aċċessorji (kuntratti ta’ kawtela [kawzjoni] jew ta’ garanzija immobiljari) fil-kuntratt ta’ kreditu konkluż minn kumpannija kummerċjali bil-għan li teżerċita l-attività tagħha, f’kundizzjonijiet fejn dawn il-persuni fiżiċi ma għandhom ebda rabta mal-attività tal-imsemmija kumpannija kummerċjali u aġixxew b’għan barrani għall-attività professjonali tagħhom?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/13 KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss il-kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi li għandhom bħala għan il-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, jew inkella fis-sens li l-kuntratti aċċessorji (il-kuntratti ta’ garanzija jew ta’ kawtela) għal kuntratt ta’ kreditu li tiegħu l-benefiċjarju huwa kumpannija kummerċjali, konklużi mill-persuni fiżiċi li ma għandhom ebda rabta mal-attività tal-imsemmija kumpannija kummerċjali u li aġixxew b’għan barrani għall-attività professjonali tagħhom, jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata fil-kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 1(1) u 2(b) tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva tista’ tapplika għal kuntratt ta’ garanzija immobiljari jew ta’ kawzjoni konkluż bejn persuna fiżika u stabbiliment ta’ kreditu sabiex jiġu ggarantiti l-obbligi li kumpannija kummerċjali tkun assumiet ma’ dan l-istabbiliment fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu, meta din il-persuna fiżika ma jkollha l-ebda rabta ta’ natura professjonali mal-imsemmija kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li din id-direttiva tapplika, kif jirriżulta mill-Artikoli 1(1) u 3(1) tagħha, għall-klawżoli ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li ma jkunux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ġew negozjati individwalment<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Šiba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-537/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Kif tistabbilixxi l-għaxar premessa tad-Direttiva 93/13, ir-regoli uniformi dwar il-klawżoli inġusti għandhom japplikaw għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kuntratti kollha<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(b) u (ċ), tal-imsemmija direttiva (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asbeek Brusse u de Man Garabito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-488/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll Šiba, <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C-537/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:14">EU:C:2015:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-għan tal-kuntratt, salv għall-eċċezzjonijiet elenkati mill-għaxar premessa tad-Direttiva 93/13, huwa irrilevanti għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, din id-direttiva tiddistingwi ruħha b’mod partikolari mid-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, tal-<DATE ISO="19861220">20 ta’ Diċembru 1986</DATE>, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjoni amministrattiva tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="042" PAGE.FIRST="48" DATE.PUB="1987">ĠU 1987, L 42, p. 48</REF.DOC.OJ>), li hija applikabbli biss għall-kuntratti li bis-saħħa tagħhom kreditur jagħti lil konsumatur xi kreditu fil-forma ta’ ħlas bin-nifs, ta’ self jew ta’ kull faċilità ta’ pagament simili, ħaġa li twassal lill-Qorti tal-Ġustizzja teskludi l-kuntratt ta’ kawzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-aħħar direttiva (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Berliner Kindl Brauerei</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:152">EU:C:2000:152</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa għaldaqstant b’riferiment għall-kwalità tal-partijiet kontraenti, skont jekk dawn jaġixxux jew le fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom, li d-Direttiva 93/13 tiddefinixxi l-kuntratti li huma suġġetti għaliha (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asbeek Brusse u de Man Garabito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-488/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>kif ukoll Šiba,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-537/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:14">EU:C:2015:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dak il-kriterju jikkorrispondi mal-idea li fuqha hija bbażata s-sistema ta’ protezzjoni implementata minn din id-direttiva, jiġifieri li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità fil-konfront tal-bejjiegħ jew fornitur fir-rigward kemm tas-setgħa ta’ negozjar kif ukoll tal-livell ta’ informazzjoni, sitwazzjoni li twasslu jaqbel mal-kundizzjonijiet imħejjija minn qabel mill-bejjiegħ jew fornitur, u dan mingħajr ma jkun jista’ jeżerċita influwenza fuq il-kontenut tagħhom (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asbeek Brusse u de Man Garabito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-488/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>kif ukoll Šiba,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-537/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:14">EU:C:2015:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-protezzjoni hija partikolarment importanti fil-każ ta’ kuntratt ta’ garanzija jew ta’ kawzjoni bejn stabbiliment bankarju u konsumatur. Kuntratt bħal dan huwa fil-fatt ibbażat fuq impenn personali tal-garanti jew ta’ kawzjoni għall-ħlas ta’ dejn ikkuntrattat minn terz. Dan l-impenn iwassal, għal dak li jagħti l-kunsens għalih, obbligi iebsa li għandhom bħala konsegwenza li jġibu fuq il-partimonju tiegħu piż ta’ riskju finanzjarju li spiss huwa diffiċli li jitkejjel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk persuna fiżika li timpenja ruħha li tiggarantixxi l-obbligi li kumpannija kummerċjali tkun assumiet ma’ stabbiliment bankarju fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu tistax titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens ta’ Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13, għandu jiġi rrilevat li dan il-kuntratt, jekk jista’ jiġi deskritt, fir-rigward tal-għan tiegħu, bħala kuntratt aċċessorju meta mqabbel mal-kuntratt prinċipali li minnu jirriżulta d-dejn li hija tiggarantixxi [ara, fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="372" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="1985">ĠU L 372, p. 31</REF.DOC.OJ>) is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dietzinger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-45/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:111">EU:C:1998:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>], li huwa, mill-perspettiva tal-partijiet kontraenti, kuntratt distint meta jiġi konkluż bejn persuni differenti minn dawk li huma partijiet fil-kuntratt prinċipali. Għaldaqstant huwa mal-partijiet interessati f’kuntratt ta’ garanzija jew ta’ kawzjoni li għandha tiġi evalwata l-kwalità li biha dawn ikunu aġixxew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens ta’ Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13 għandu natura oġġettiva (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Costea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-110/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:538">EU:C:2015:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Huwa għandu jiġi evalwat fid-dawl ta’ kriterju funzjonali, li jikkonsisti fl-evalwazzjoni ta’ jekk ir-relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni taqax fil-kuntest ta’ attivitajiet ’il barra mill-eżerċizzju ta’ professjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali adita b’kawża li tirrigwarda kuntratt li jista’ jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva li għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha ta’ dan il-każ u l-provi kollha, jekk il-kontraenti kkonċernat jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Costea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-110/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:538">EU:C:2015:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-każ li persuna fiżika li saret garanti tal-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ kumpannija kummerċjali, hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk din il-persuna aġixxietx fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha jew minħabba rabtiet funzjonali li hija għandha ma’ din il-kumpannija, bħall-amministrazzjoni tagħha jew sehem mhux negliġibbli fil-kapital azzjonarju, jew jekk hija tkunx aġixxiet għal finijiet ta’ natura privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikoli 1(1) u 2(b) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva tista’ tapplika għal kuntratt ta’ garanzija immobiljari jew ta’ kawzjoni konkluż bejn persuna fiżika u stabbiliment ta’ kreditu sabiex jiġu ggarantiti l-obbligi li kumpannija kummerċjali tkun assumiet ma’ dan l-istabbiliment fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu, meta din il-persuna fiżika tkun aġixxiet għal finijiet li ma jaqgħux fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha u li ma jkollhiex rabta ta’ natura funzjonali mal-imsemmija kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 1(1) u 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva tista’ tapplika għal kuntratt ta’ garanzija immobiljari jew ta’ kawzjoni konkluż bejn persuna fiżika u stabbiliment ta’ kreditu sabiex jiġu ggarantiti l-obbligi li kumpannija kummerċjali tkun assumiet ma’ dan l-istabbiliment fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu, meta din il-persuna fiżika tkun aġixxiet għal finijiet li ma jaqgħux fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha u li ma jkollhiex rabta ta’ natura funzjonali mal-imsemmija kumpannija.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>