2007/251/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Marzu 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-PCA
Official Journal L 110 , 27/04/2007 P. 0027 - 0028
Official Journal L 004 , 08/01/2008 P. 0455 - 0456
20070322 Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Marzu 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-PCA (2007/251/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) It- 23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, tinnegozja ma' l-Ukraina Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina [1] sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. (2) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Protokoll inizjalat fit- 2 ta' Marzu 2007 għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom. (3) Il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-firma tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri relattivi għall-konklużjoni formali tiegħu, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill b'dan tingħatalu l-awtorità li jaħtar persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w), f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-PCA, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar 'il quddiem. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-firma. Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Marzu 2007. Għall-Kunsill Il-President W. Tiefensee [1] ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3. --------------------------------------------------