<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0500309701.case.xml"><NO.CASE>C-230/09</NO.CASE><NO.CASE>C-231/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0230</NO.CELEX><NO.SEQ>0002.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-3116</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-3153</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>38</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110505">5.5.2011</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-230/09 U C-231/09</LEFT><RIGHT>KURT UND THOMAS ETLING <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-230/09 u C-231/09,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20090331">31 ta’ Marzu 2009</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090625">25 ta’ Ġunju 2009</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Koblenz</HT> (C-230/09)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Kurt Etling und Thomas Etling in GbR</HT>,</P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Bundesministerium der Finanzen</HT>,</P></PRESENCE><P>u</P><?PAGE NO="I-3117"?><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Oldenburg</HT> (C-231/09)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Theodor Aissen</HT>,</P><P><HT TYPE="BOLD">Hermann Rohaan</HT>,</P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Bundesministerium der Finanzen,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President ta’ Awla, A. Borg Barthet, M. Ilešič (Relatur), M. Safjan u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-3118"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Koblenz, minn C. Busse, Regierungsdirektor,</P></ITEM><ITEM><P>għal Kurt und Thomas Etling in GbR, minn G. Zulauf, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Oldenburg, minn A. Kramer u W. Uhlig, Regierungsdirektoren,</P></ITEM><ITEM><P>għal T. Aissen, minn A. Enninga, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal H. Rohaan, minn D. Schuhmacher, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. von Rintelen u H. Tserepa-Lacombe, bħala aġenti.</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-3119"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għa deċiżjoni preliminari jikkonċernaw l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 391), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2217/2004, tat-<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="71" DATE.PUB="2004">ĠU L 352M, p. 71</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1788/2003<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest tal-Kawża C-230/09, bejn il-Hauptzollamt Koblenz (uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Koblenz) u Kurt und Thomas Etling in GbR u l-Kawża C-231/09, bejn il-Hauptzollamt Oldenburg (uffiċċju tad-dwana prinċipali ta’ Oldenburg) u T. Aissen u H. Rohaan, u kienu jikkonċernaw rispettivament, minn naħa, id-determinazzjoni tal-kwantità ta’ referenza li permezz tagħha jiġi ffissat l-ammont tal-premium għall-prodotti mill-ħalib u, min-naħa l-oħra id-determinazzjoni tal-bażi li fuqha hija ffissata l-parteċipazzjoni għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3120"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna t-taxxa fis-settur tal-ħalib</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Peress li ppersista l-iżbilanċ bejn l-offerta u d-domanda fis-settur tal-ħalib, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 856/84, tal-<DATE ISO="19840331">31 ta’ Marzu 1984</DATE>, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 804/68, fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib u ta’ prodotti oħra tal-ħalib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="090" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1984">ĠU L 90, p. 10</REF.DOC.OJ>), fl-1984 ġiet stabbilita sistema ta’ taxxa supplementari fl-imsemmi settur, li kienet ibbażata fuq il-prinċipju li taxxa hija dovuta għal kwantitajiet ta’ ħalib u/jew prodotti oħra tal-ħalib li jeċċedu kwantità ta’ referenza li għandha tiġi ddeterminata.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-istess jum ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 857/84 li jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="090" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="1984">ĠU L 90, p. 13</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ taxxa supplementari ġiet estiża diversi drabi, b’mod partikolari permezz tar-Regolament tall-Kunsill (KEE) Nru 3950/92, tat-<DATE ISO="19921228">28 ta’ Diċembru 1992</DATE>, li jistabbilixxi taxxa supplementari fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="405" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU L 405, p. 1</REF.DOC.OJ>), li ġie emendat numru ta’ drabi.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>B’mod partikolari b’intenzjoni ta’ semplifikazzjoni u ta’ kjarezza, dan l-aħħar regolament tħassar u ġie ssostitwit permezz tar-Regolament Nru 1788/2003 li, min-naħa tiegħu,<?PAGE NO="I-3121"?> tħassar u ġie ssostitwit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>), b’effett mill-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>. Madankollu l-kawżi prinċipali jibqgħu rregolati <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> bir-Regolament Nru 1788/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 5, 10 u 14 tar-Regolament Nru 1788/2003 ġew redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(5)</NO.P><TXT>It-taxxa għandha tkun stabbilita fuq livell disswassiv u għandha titħallas mill-Istati Membri jekk il-kwantità tar-referenza nazzjonali tkun inqabżet. L-Istat Membru, imbagħad, għandu jaqsam il-piż tal-ħlas fost il-prodotturi li jkunu wasslu biex jinqabeż il-limitu. F’rabta ma’ l-Istat Membru, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjoni tagħhom tat-taxxa dovuta minħabba li dawn ikunu qabżu l-kwantità disponibbli tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>[…] L-għadd tal-kwantitajiet allokati lill-produtturi mill-Istati Membri ma jistax jaqbeż il-kwantitajiet tar-referenza nazzjonali. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Biex ikun żgurat li l-amministrazzjoni ta’ l-iskema tibqa’ flessibbli, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jallokaw mill-ġdid il-kwantitajiet tar-referenza mhux użati fit-tmiem ta’ perjodu, jew lokalment jew bejn ix-xerrejja.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3122"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1788/2003 kien jistabbilixxi regoli ta’ tqassim bejn il-produtturi, f’forma ta’ kwantitajiet ta’ referenza individwali, ta’ kull kwantità ta’ referenza nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>I[t]-taxxa għandha tkun allokata kollha kemm hi, fi qbil mad-diżposizzjonijiet ta’ l-Artikli 10 u 12, bejn il-produtturi li jkunu wasslu biex ikun hemm iż-żejjed fil-kwantitajiet tar-referenza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2).</P><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 12(1) u f’rabta ma’ l-Istat Membru, il-produtturi għandhom ikunu responsabbli għall-ħ[l]as tal-kontribuzzjoni tagħhom tat-taxxa dovuta. Din għandha tinħadem fi qbil mad-diżposizzjonijiet tal-Kapitlu 3, minħabba li dawn ikunu qabżu l-kwantitajiet tar-referenza disponibbli tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1788/2003 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>(għ)<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>kwantità nazzjonali tar-referenza<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> [kwantità ta’ referenza nazzjonali] tfisser il-kwantità tar-referenza ffissata fl-Anness I għal kull Stat Membru;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-3123"?><ITEM><NP><NO.P>[j]</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kwantità individwali tar-referenza<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> [kwantità ta’ referenza individwali] tfisser il-kwantità tar-referenza ta’ produttur fl-1 ta’ April ta’ kull perjodu ta’ tnax-il xahar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>(ħ)<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser il-kwantità tar-referenza disponibbli għall-produtturi fil-31 ta’ Marzu tal-perjodu ta’ tnax-il xahar li għalihom trid tinħadem it-taxxa, waqt li jitqiesu t-trasferimenti kollha, il-bejgħ, il-bidliet u l-allokazzjonijiet temporanji mill-ġdid li hemm imsemmija f’dan ir-Regolament li jkunu saru matul dak il-perjodu ta’ tnax-il xahar.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(5) tar-Regolament Nru 1788/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-kwantitajiet individwali tar-referenza [kwantitajiet ta’ referenza individwali] jistgħu jinbidlu, meta jkun xieraq, għal kull perjodu ta’ tnax-il xahar ikkonċernat, biex, għal kull Stat Membru, l-għadd tal-kwantitajiet individwali tar-referenza [kwantitajiet ta’ referenza individwali] għat-twassil [għall-kunsinna] u dak għall-bejgħ dirett ma jaqbżux il-parti li tikkorrispondi tal-kwantità nazzjonali tar-referenza addattata fi qbil ma’ l-Artikolu 8, waqt li jitqies ukoll kull tnaqqis li jsir għall-allokazzjoni għar-riżerva nazzjonali kif imfisser fl-Artikolu 14.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(3) tal-istess regolament kien jipprovdi l-possibbiltà li ssir allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għal-kunsinni. Huwa kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kull kontribuzzjoni ta’ produttur għall-ħlas tat-taxxa għandha tkun stabbilita b’deċiżjoni mill-Istat Membru, wara li kull parti mhix użata tal-kwantità tar-referenza lokali [kwantità ta’ referenza nazzjonali] li tkun ġiet allokata għat-twassil [għall-kunsinna] tkun jew ma tkunx ġiet allokata mill-ġdid, fi proporzjon għall-kwantitajiet tar-referenza individwali ta’ kull produttur jew skond kriterji oġġettivi li għandhom jitwaqqfu mill-Istati Membri:</P><?PAGE NO="I-3124"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew fuq livell lokali [nazzjonali] fuq il-bażi ta’ l-ammont li bih kull kwantità tar-referenza ta’ produttur tkun inqabżet,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jew l-ewwel fuq il-livell tax-xerrej u minn hemm ’il quddiem fuq livell nazzjonali meta jkun xieraq.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikoli 15 sa 20 tar-Regolament Nru 1788/2003 kienu jiffissaw ċerti kundizzjonijiet li fihom il-kwantitajiet ta’ referenza individwali setgħu jiġu ttrasferiti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Sat-tmiem ta’ kull perjodu ta’ tnax-il xahar, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, għall-perjodu kkonċernat, kull trasferimenti temporanji ta’ parti tal-kwantitajiet individwali tar-referenza [kwantitajiet ta’ referenza individwali] li l-produtturi li huma intitolati għalihom ma jkunux beħsiebhom jużawhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-kwantitajiet individwali ta’ referenza [il-kwantitajiet ta’ referenza individwali] għandhom ikunu ttrasferiti ma’ l-azjenda lill-produtturi, li dawn jeħduha meta tinbiegħ, tingħata b’ċens [kiri], tiġi ttrasferita b’wirt attwali jew antiċipat jew inkella b’mezzi oħra li jinvolvu effetti legali kumparabbli lill-produtturi, fi qbil mar-regoli dettaljati li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri, waqt li jitqiesu ż-żoni użati għall-produzzjoni tal-ħalib jew kriterji oġġettivi oħra u, fejn ikun jgħodd, kull ftehim li jsir bejn il-partijiet. Il-parti tal-kwantità tar-referenza li, fejn ikun jgħodd, ma tkunx ġiet ittrasferita ma’ l-azjenda, għandha tiżdied għar-riżerva nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3125"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1788/2003 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Bil-ħsieb li l-produzzjoni tal-ħalib tkun ristrutturata tajjeb jew li jitjieb l-ambjent, l-Istati Membri jistgħu, fi qbil ma’ regoli dettaljati li dawn għandhom jistabbilixxu waqt li jqisu l-interessi leġittmi tal-partijiet ikkonċernati:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistabilixxu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi l-kondizzjonijiet li fuqhom il-produtturi jistgħu jiksbu, wara li jkunu ngħataw ħlas, fil-bidu tal-perjodu ta’ tnax-il xahar, l-allokazzjoni mill-ġdid mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura minn dik l-awtorità tal-kwantitajiet individwali tar-referenza [kwantitajiet ta’ referenza individwali] mħollija definittivament fl-aħħar tal-perjodu ta’ tnax-il xahar ta’ qabel mill-produtturi l-oħra wara li jkunu ngħataw kumpens fi ħlas parzjali annwali wieħed jew aktar li jkun ugwali għall-ħlas imsemmi fuq;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jistabilixxu, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, ir-reġjuni jew ż-żoni ta’ ġbir li fihom ikun awtorizzat it-trasferiment permanenti tal-kwantitajiet tar-referenza mingħajr it-trasferiment ta’ l-art li tkun tikkorrispondi, bil-ħsieb li titjieb l-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>jawtorizzaw, wara li tkun saret applikazzjoni mill-produttur lill-awtorità kompetenti jew lil entità maħtura minn dik l-awtorità, it-trasferiment definittiv tal-kwantitajiet tar-referenza mingħajr ma jsir it-trasferiment ta’ l-art li tkun tikkorrispondi, jew bil-maql[u]b, bil-ħsieb li titjieb l-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib fuq il-livell ta’ l-azjenda jew biex tkun tista’ tiżdied il-produzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3126"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni fuq appoġġ dirett fil-kuntest tal-Politika Agrikola Komuni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B’mod partikolari bil-għan li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ekwu għall-popolazzjoni agrikola, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005, tas-<DATE ISO="20050126">26 ta’ Jannar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330M" PAGE.FIRST="149" DATE.PUB="2005">ĠU L 330M, p. 149</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Regolament Nru 1782/2003<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), stabbilixxa l-iskema ta’ pagament uniku kif ukoll ta’ skemi oħra ta’ appoġġ li jipprovdu pagamenti diretti, fosthom dak relatat mal-premium għall-prodotti mill-ħalib u għall-pagamenti supplementari. Dan ir-regolament tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>). Madankollu l-kwistjoni fil-Kawża C-230/09 tibqa’ rregolata, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, bir-Regolament Nru 1782/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-sistema stabbilita permezz ta’ dan l-aħħar regolament kienet ibbażata, b’mod partikolari, fuq il-prinċipju ta’ sostituzzjoni mill-appoġġ lill-produzzjoni għall-appoġġ lill-produttur, billi ġiet introdotta sistema maqtugħa mill-għajnuna fuq id-dħul għal kull azjenda agrikola, kif ukoll billi nġabru flimkien ċertu numru ta’ pagamenti diretti mħallsa taħt l-iskemi differenti f’pagament uniku ddefinit abbażi ta’ drittijiet preċedenti matul perijodu ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-aħħar sentenza tal-premessa 29 ta’ dan ir-regolament kienet tipprovdi li l-pagament uniku għandu jiġi ffissat fuq il-livell tal-azjenda agrikola.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3127"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 1782/2003 kien jikkonċerna l-implementazzjoni reġjonali tal-iskema ta’ pagament uniku. Dan l-artikolu kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[…] l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li l-ammonti li jirriżultaw mill-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>premium<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali, ipprovduti fl-Artikoli 95 u 96, għandhom ikunu jkunu nklużi, parzjalment jew b’mod sħiħ, fl-iskema ta’ pagament uniku mill-2005 ’il quddiema. Drittijiet stabbiliti taħt dan il-paragrafu għandhom jiġu mibdula b’dan il-mod.</P><P>L-ammont ta’ referenza għal dawk il-pagamenti għandu jkun ugwali għall-ammonti li ser ikunu mogħtija skond l-Artikoli 95 u 96 kalkulati fuq il-bażi tal-kwantità ta’ referenza individwali [kwantità individwali ta’ referenza] għall-ħalib disponibbli ġo l-azjenda fil-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ inklużjoni, parzjalment jew b’mod sħih, ta’ dawk il-pagamenti fl-iskema ta’ pagament uniku.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 95 tar-Regolament Nru 1782/2003 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="095.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mill-2004 sa l-2007, produtturi tal-ħalib għandhom jikkwalifikaw għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>premium<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> għall-prodotti tal-ħalib. Għandu jingħata għal kull sena kalendarja, għal kull azjenda u għal kull tunnellata ta’ kwantità ta’ referenza individwali [kwantità individwali ta’ referenza] eliġibbli għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>premium<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> u disponibbli fl-azjenda.</P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="I-3128"?><PARAG IDENTIFIER="095.003"><NO.PARAG>3</NO.PARAG><ALINEA><P>Kwantitajiet ta’ referenza individwali li kienu s-suġġett ta’ trasferimenti temporanji skond l-Artikolu 6 tar-Regolament […] (KEE) Nru 3950/92 […] jew l-Artikolu 16 tar-Regolament […] (KE) Nru 1788/2003 […] fil-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja konċernata għandhom, għal dik is-sena kalendarja, jiġu meqjusa disponibbli fl-azjenda tal-persuna li lilha qegħdin jiġu trasferiti.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tad-Digriet dwar it-taxxa fuq il-ħalib [Verordnung zur Durchführung der EG-Milchabgabenregelung (Milchabgabenverordnung)] tad-<DATE ISO="20040809">9 ta’ Awwissu 2004</DATE> (BGBl. I, p. 2143, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>MilchAbgV<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Ix-xerrej jista’ jalloka kwantitajiet ta’ referenza tal-kunsinni li ma jkunux ġew użati matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar ikkonċernat (kunsinni nieqsa) lil produtturi oħra tal-ħalib li l-kunsinni tagħhom jkunu qabżu l-kwantitajiet ta’ referenza tal-kunsinni li kienu allokati lilhom (fornituri ta’ kwantitajiet eċċessivi). Il-kwantitajiet ta’ referenza tal-kunsinni li ma jkunux intużaw jiġu allokati lill-fornitur ta’ kwantitajiet eċċessivi inkwistjoni skont il-formula li ġejja:</P><?PAGE NO="I-3129"?><P><TBL NO.SEQ="0001" COLS="1"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Total tal-kunsinni nieqsa x kwantità ta’ referenza tal-kunsinni tal-fornitur ta’ kwantitajiet eċċessivi</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Total tal-kwantitajiet ta’ referenza tal-kunsinni tal-fornituri kollha ta’ kwantitajiet eċċessivi”.</CELL></ROW></CORPUS></TBL></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tal-Liġi li timplementa l-Iskema ta’ Pagament Uniku [Gesetz zur Durchführung der einheitlichen Betriebsprämie (Betriebsprämiendurchführungsgesetz), BGBl. I 2004, p. 1868)] tas-<DATE ISO="20040726">26 ta’ Lulju 2004</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja implementat l-iskema ta’ pagament uniku fuq livell reġjonali mill-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Digriet dwar il-premium għall-prodotti mill-ħalib [Verordnung über die Durchführung der Milchprämie und der Ergänzungszahlung zur Milchprämie (Milchprämienverordnung)] tat-<DATE ISO="20040218">18 ta’ Frar 2004</DATE> (BGBl. I, p. 267, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>MilchPrämV<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) sar applikabbli għall-kalkolu tal-pagament uniku bis-saħħa tal-Artikolu 34(1) tad-Digriet dwar is-sistema integrata ta’ tmexxija u ta’ kontroll [Verordnung über die Durchführung von Stützungsregelungen und gemeinsamen Regeln für Direktzahlungen nach der Verordnung (EG) Nr. 1782/2003 im Rahmen des Integrierten Verwaltungs- und Kontrollsystems sowie zur Änderung der Kartoffelstärkeprämienverordnung (InVeKoS-Verordnung)] tat-<DATE ISO="20041203">3 ta’ Diċembru 2004</DATE> (BGBl. I, p. 3194).</TXT></NP><?PAGE NO="I-3130"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-MilchPrämV kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kwantitajiet ta’ referenza determinanti għall-għoti tal-premium għall-prodotti mill-ħalib u għall-pagament supplementari, li għandu l-produttur tal-ħalib fil-31 ta’ Marzu tas-sena tat-talba, għandhom jiġu indikati permezz ta’ ċertifikat […], fil-każ ta’ kwantitajiet ta’ referenza ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kunsinna<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> għax-xerrej imsemmi fil-punt 2 tas-subparagrafu 2, maħruġ mill-uffiċċju tad-dwana kompetenti (uffiċċju tad-dwana prinċipali) (ċertifikat li jiddetermina l-kwantitajiet ta’ referenza).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fiċ-ċertifikat li jiddetermina l-kwantitajiet ta’ referenza, jeħtieġ li fl-istess waqt jiġu indikati</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-kwantitajiet ta’ ħalib u ta’ prodotti oħra tal-ħalib li effettivament ġew ikkunsinnati jew ikkumemrċjalizzati mill-produttur tal-ħalib matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar li jintemm fil-31 ta’ Marzu tas-sena tat-talba [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-231/09</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C-231/09 tikkonċerna żewġ kawżi pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, waħda mibdija minn T. Aissen u l-oħra minn<?PAGE NO="I-3131"?> H. Roman, it-tnejn li huma produtturi tal-ħalib li għamlu kunsinni matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar 2004/2005. Matul dan il-perijodu, kull wieħed minnhom ħa taħt it-tmexxija tiegħu azjenda agrikola li tipproduċi l-ħalib, li magħha kienet tikkorrispondi kwantità ta’ referenza li ġiet ittrasferita lilhom flimkien ma’ din l-azjenda agrikola, iżda li kienet intużat parzjalment mill-azjenda agrikola preċedenti, fir-rigward tal-imsemmi perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Kull wieħed minnhom talab lill-awtorità kompetenti sabiex tiċċertifika li l-kwantità ta’ referenza tal-imprenditur agrikolu preċedenti kienet ġiet kollha kemm hi ttrasferita lilhom. Din l-awtorità ħarġet ċertifikat f’dan is-sens għal kull wieħed minnhom, iżda ppreċiżat li, fil-każ ta’ trasferiment matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar, l-azjenda tal-ħalib għandha tindika lill-imprenditur agrikolu l-ġdid il-kwantità ta’ referenza li għad trid tiġi kkunsinnata, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-kwantità li diġà ġiet ikkunsinnata mill-imprenditur agrikolu preċedenti matul l-istess perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn iċ-ċertifikati u tal-informazzjonijiet ipprovduti mill-azjenda tal-ħalib ikkonċernata, il-Hauptzollamt Oldenburg ikkalkolat mill-ġdid il-kwantitajiet ta’ referenza ta’ T. Aissen u ta’ H. Rohaan, u allokat lil kull wieħed minnhom, għall-perijodu ta’ tnax-il xahar 2004/2005, biss il-parti tal-kwantità ta’ referenza ttrasferita li fir-rigward tagħha ma kienx ġie kkunsinnat ħalib mill-imprenditur agrikolu preċedenti, fejn il-parti l-oħra tħalliet lil dan tal-aħħar għal dan il-perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li kemm T. Aissen u kif ukoll H. Rohaan qabżu l-kwantitajiet ta’ referenza tagħhom allokati għall-kunsinni rispettivi tagħhom, il-Hauptzollamt Oldenburg iffissat il-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed minnhom għat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-iffissar tat-taxxa, il-Hauptzollamt Oldenburg ipproċediet sabiex tagħmel allokazzjoni mill-ġdid tal-parti li ma ntużatx tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni, kif previst fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003. Għal din l-allokazzjoni mill-ġdid, fil-każ ta’ T. Aissen kif ukoll f’dak ta’ H. Rohaan, hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-parti tal-kwantità ta’ referenza li kienet tikkorrispondi għar-rispettiva azjenda agrikola li kull wieħed minnhom ħa<?PAGE NO="I-3132"?> taħt it-tmexxija tiegħu matul il-perijodu kkonċernat u li kienet diġà ntużat mill-imprenditur agrikolu preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>T. Aissen u H. Rohaan ippreżentaw rikors kontra n-notifiki ta’ ffissar tal-kontribuzzjoni għat-taxxa li kienu jikkonċernawhom rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht Hamburg (Qorti tal-finanzi ta’ Hamburg) laqgħet dawn ir-rikorsi, peress li hija qieset li l-kwantità ta’ referenza kollha li kienet tikkorrispondi għall-azjenda agrikola taħt tmexxija ġdida għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, favur l-imprenditur agrikolu l-ġdid, meta ssir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kunsinni ta’ ħalib magħmula mill-imprenditur agrikolu preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Hauptzollamt Oldenburg ippreżentat rikors fuq punt ta’ liġi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) quddiem il-Bundesfinanzhof (Qorti federali tal-finanzi).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont din tal-aħħar, mill-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003 jirriżulta li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni t-trasferimenti, il-bejgħ, il-konverżjonijiet jew l-allokazzjonijiet mill-ġdid temporanji ta’ kwantitajiet ta’ referenza li saru matul perijodu ta’ tnax-il xahar meta wieħed jeżamina, wara li dan il-perijodu jiskadi, jekk il-produttur ikkunsinnax iktar ħalib eżenti mit-taxxa milli kellu dritt. Dan id-dritt jiskadi ladarba jintuża. It-trasferiment ta’ kwantità ta’ referenza li diġà ntużat darba għaldaqstant ma jistax, ikun liema jkun il-kuntest ġuridiku li fih isir, jagħti lura d-dritt ta’ kunsinna tal-ħalib eżenti mit-taxxa matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3133"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, il-Bundesfinanzhof tqis li jista’ jiġi kkunsidrat kunċett ta’ kwantità ta’ referenza bħala dritt astratt. F’dan ir-rigward, id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdix, fl-ipoteżi ta’ trasferiment ta’ azjenda agrikola matul perijodu ta’ tnax-il xahar, l-iffissar jew il-kalkolu ta’ kwantità ta’ referenza oħra, iżda jipprovdi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwantità ta’ referenza waħda biss, li l-użu tagħha hija madankollu għad-dispożizzjoni qabel kollox ta’ produttur, imbagħad tal-ieħor, fejn l-aħħar produttur jista’ jużaha biss sa fejn din ma ġietx eżawrita minħabba l-kunsinni ta’ ħalib magħmula mill-ewwel produttur. Għaldaqstant ma jidhirx li l-kwantità ta’ referenza għandha tinqasam skont metodu partikolari bejn il-produtturi suċċessivi.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>B’hekk, jidher li huwa mixtieq, fil-kuntest tal-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali, li tittieħed inkunsiderazzjoni, fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża agrikola matul perijodu ta’ tnax-il xahar, il-kwantità ta’ referenza individwali totali li tinsab għad-dispożizzjoni tal-imprenditur agrikolu l-ġdid fl-iskadenza ta’ dan il-perijodu, anki jekk dan tal-aħħar qatt ma kellu d-dritt sħiħ li jikkunsinna din il-kwantità ta’ ħalib b’eżenzjoni mit-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Bundesfinanzhof ma teskludix li, b’mod partikolari minħabba r-riskju ta’ trasferimenti spekulattivi li jistgħu jsiru bis-sempliċi għan li tinħoloq pożizzjoni aħjar fil-kuntest tal-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali, tali diżassoċjazzjoni kunċettwali bejn l-użu tal-kwantità ta’ referenza individwali u t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din il-kwantità ta’ referenza fil-kuntest tal-allokazzjoni mill-ġdid bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003, tista’ tkun kontra l-kliem u l-ispirtu tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji ġenerali tal-organizzazzjoni tas-suq tal-ħalib.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiema u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>(1)</NO.P><TXT>Id-dritt [tal-Unjoni], b’mod partikolari, l-Artikolu5(k) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantità ta’ referenza ta’<?PAGE NO="I-3134"?> produttur li, matul perijodu kurrenti ta’ tnax-il xahar, jakkwista azjenda agrikola mingħand produttur ieħor, ma tinkludix il-kwantità li fir-rigward tagħha, matul il-perijodu tat-tnax-il xahar inkwistjoni, il-ħalib ġie kkunsinnat mill-produttur l-ieħor qabel it-trasferiment tal-azjenda agrikola?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-dritt [tal-Unjoni] jew prinċipji ġenerali li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest tal-ibbilanċjar tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali mal-provvisti ta’ kwantitajiet eċċessivi msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 fis-sitwazzjoni inkwistjoni fl-ewwel domanda, tawtorizza lill-prodottur, li jkun akkwista l-azjenda agrikola matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar, jinkludi l-parti tal-kwantità ta’ referenza li diġà ġiet ikkunsinnata mill-prodottur l-ieħor sabiex jipparteċipa fl-allokazzjoni tal-parti mhux użata?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-230/09</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Kurt und Thomas Etling in GbR, kumpannija Ġermaniża rregolata bid-dritt ċivili, tipproduċi l-ħalib. Għas-sena ta’ produzzjoni tal-ħalib 2004/2005, ġiet allokata lil din il-kumpannija kwantità ta’ referenza għall-kunsinni ta’ <FT TYPE="NUMBER">553678</FT> kg, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-fatt li, mis-sena 2000, hija kienet ittrasferiet b’kiri parti mill-kwantità ta’ referenza tagħha allokata għall-provvisti li jammontaw għal <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> kg. Il-kuntratt ta’ kiri ġie xolt matul ix-xahar ta’ Frar 2005, b’tali mod li din il-parti tal-kwantità ta’ referenza ġiet ittrasferita lill-imsemmija kumpannija mill-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fuq talba tagħha, l-awtorità agrikola kompetenti ħarġet ċertifikat li juri li kwantità ta’ referenza allokata għall-provvista ta’ <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> kg ġiet ittrasferita lilha mill-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, li fiha madankollu ġie ppreċiżat li setgħet tintuża biss, għall-perijodi<?PAGE NO="I-3135"?> ta’ tnax-il xahar 2004/2005, il-parti ta’ din il-kwantità ta’ referenza li kienet għadha ma ġietx eżawrita, liema parti għandha tiġi ddeterminata mill-impriża tal-ħalib.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Qabel ix-xoljiment tal-kera, il-parti li ħarġet mill-kera kienet diġà kkunsinnat <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> kg ta’ ħalib għal dan il-perijodu ta’ tnax-il xahar. Abbażi taċ-ċertifikat imsemmi iktar ’il fuq u tal-informazzjoni pprovduta mill-impriża tal-ħalib, il-Hauptzollamt Koblenz, b’mod partikolari għall-finijiet tal-istabbiliment tat-taxxa dovuta, ikkalkolat mill-ġdid il-kwantità ta’ referenza għall-kunsinni ta’ Kurt und Thomas Etling in GbR u dak tal-imsemmi kerrej, u qieset li, peress li l-kwantità ta’ referenza ġiet kompletament eżawrita minn dan tal-aħħar, din kellha tiġi inkluża, għall-imsemmi perijodu ta’ tnax-il xahar, fuq il-kont tal-kerrej u mhux fuq il-kont ta’ Kurt und Thomas Etling in GbR.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-premium għall-prodotti mill-ħalib, il-Hauptzollamt Koblenz ħarġet ċertifikat lil din il-kumpannija li fiha ma tteħditx inkunsiderazzjoni l-allokazzjoni lura tal-kwantità ta’ referenza preċedentement ittrasferita fil-kera, b’tali mod li l-kwantità ta’ referenza ta’ <FT TYPE="NUMBER">553678</FT> kg biss hija indikata f’dan iċ-ċertifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-ilment tagħha kontra l-imsemmi ċertifikat ġie miċħud, Kurt und Thomas Etling in GbR ippreżentat rikors quddiem il-Finanzgericht Rheinland-Pfalz (Qorti tal-Finanzi ta’ Rheinland-Pfalz), li ġie milqugħ minn din tal-aħħar, billi qieset li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-kisba ta’ tali premium, taħt ir-Regolament Nru 1782/2003, ma jiddependix minn kunsinni eventwali magħmula mill-kerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Hauptzollamt Koblenz ippreżentat rikors fuq punt ta’ liġi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesfinanzhof.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3136"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Din tal-aħħar tqis li għandu jkun possibbli, fil-kuntest tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, li jipprovdi li l-kalkolu tal-premium għall-prodotti mill-ħalib għandu jsir, b’mod partikolari, skont il-kwantità individwali ta’ referenza ammissibbli għall-benefiċċju ta’ dan il-premium u disponibbli fl-azjenda agrikola, li fil-każ ta’ trasferiment ta’ kwantità ta’ referenza individwali matul perijodu ta’ tnax-il xahar, l-imsemmi premium jiġi allokat skont il-kwantità ta’ referenza individwali totali li, fl-iskadenza ta’ dan il-perijodu, tinsab għad-dispożizzjoni tal-akkwirent tal-kwantità ta’ referenza ttrasferita, anki jekk dan tal-aħħar ma kellu qatt id-dritt sħiħ li jikkunsinna din il-kwantità ta’ ħalib eżenti mit-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, il-Bundesfinanzhof ma teskludix li tali diżassoċjazzjoni kunċettwali bejn l-użu tal-kwantità ta’ referenza individwali u t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din il-kwantità ta’ referenza fil-kuntest tal-kalkolu tal-premium għall-prodotti mill-ħalib bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003, tista’ tkun kontra l-kliem u l-ispirtu tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji ġenerali tal-organizzazzjoni tas-suq tal-ħalib.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Id-dritt [tal-Unjoni], b’mod speċjali l-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantità ta’ referenza ta’ produttur, matul il-perijodu li matulu kwantità ta’ referenza tkun ġiet ittrasferita lilu minn produttur ieħor, ma tinkludix il-[parti tal-]kwantità [ta’ referenza ttrasferita] li fuqha xi ħalib ikun diġà ġie kkunsinnat minn dan il-produttur l-ieħor matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar meħud inkunsiderazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20090806">6 ta’ Awwissu 2009</DATE>, il-Kawżi C-230/09 u C-231/09 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3137"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1788/2003 kien jipprovdi każijiet differenti ta’ trasferiment, bejn produtturi, ta’ kwantitajiet ta’ referenza individwali jew ta’ partijiet minnhom. F’dan ir-rigward, il-leġiżlatur qies li kien opportun, minn naħa, li jipprovdi eċċezzjonijiet għall-prinċipju li jgħid li l-kwantità ta’ referenza marbuta ma’ azjenda agrikola hija ttrasferita magħha, u, min-naħa l-oħra, li għandhom jinżammu metodi ta’ trasferiment jew ta’ allokazzjoni mill-ġdid temporanji intiżi sabiex jippermettu lil ċerti produtturi jżidu, fil-limiti tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali, il-kwantità ta’ ħalib ikkummerċjalizzat eżenti mit-taxxa għal perijodu ta’ tnax-il xahar partikolari. B’mod partikolari, jikkostitwixxi tali metodu dak previst fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, li kien jippermetti li tiġi allokata mill-ġdid il-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali lill-produtturi li għamlu kunsinni eċċessivi matul perijodu ta’ tnax-il xahar.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-Artikoli 17 u 18 tiegħu, dan ir-regolament kien jipprovdi għal trasferimenti ta’ kwantitajiet ta’ referenza li, filwaqt li saru matul dan il-perijodu jew fil-bidu tiegħu, ta’ spiss kellhom rilevanza fuq il-kwantità ta’ referenza ta’ produttur wara t-tmiem tal-imsemmi perijodu. Fir-rigward ta’ dawn it-trasferimenti, mill-istruttura ġenerali tar-Regolament Nru 1788/2003, mill-għan tagħha, li jiġi stabbilit mill-ġdid l-ekwilibriju bejn l-offerta u d-domanda fis-suq tal-ħalib, ikkaratterizzat minn żieda strutturali, permezz ta’ limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib, li l-implementazzjoni ta’ dan ir-regolament kellha l-intenzjoni li tiżgura, kif ukoll mill-prinċipju msemmi fil-premessa 10 tiegħu u stabbilit fl-Artikolu 6(5) tiegħu, li jgħid li s-somma tal-kwantitajiet allokati lill-produtturi minn Stat Membru u ta’ dawk attribwiti minnu lir-riżerva nazzjonali ma għandhiex teċċedi l-kwantità ta’ referenza nazzjonali, jirriżulta li l-kwantità ta’ referenza individwali li hija s-suġġett ta’ tali trasferiment<?PAGE NO="I-3138"?> tista’ tippermetti lill-produttur li qed jittrasferixxi jikkummerċjalizza ħalib eżenti mit-taxxa għall-istess perijodu biss sa fejn il-produttur preċedenti li kellu l-kwantità ta’ referenza ma kienx użaha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq iż-żewġ domandi fil-Kawża C-231/09</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha fil-Kawża C-231/09, li għandhom jiġu eżaminati flimkien u fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, fuq il-kundizzjonijiet li fihom huwa permess li tiġi ffissata l-parteċipazzjoni fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni, prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, ta’ produttur li kkunsinna b’eċċess, meta dan il-produttur ikun ħa taħt it-tmexxija tiegħu, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, azjenda agrikola li magħha hija marbuta kwantità ta’ referenza individwali u li fiha kien ġie prodott u kkunsinnat ħalib għal dan l-istess perijodu mill-produttur li kien joperaha preċedentement.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 kien iħalli lill-Istati Membri l-għażla jekk jipproċedux jew le għal allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għall-produtturi li għamlu kunsinni eċċessivi qabel ma jistabbilixxi, skont il-metodi previsti fil-punt (a) jew fil-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni, il-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed minn dawn il-produtturi għall-ħlas tat-taxxa dovuta għall-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Sussegwentement għandu jiġi osservat li l-operazzjoni ta’ allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni u l-operazzjoni ta’ stabbiliment tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tat-taxxa dovuta jikkostitwixxi żewġ operazzjonijiet separati, anki jekk huma marbutin, sa fejn<?PAGE NO="I-3139"?> l-ewwel waħda ma hijiex obbligatorja u tippreċedi t-tieni waħda filwaqt li taffettwa r-riżultat ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-kliem stess tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, jirriżulta li l-metodi previsti fil-punt (a) jew fil-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni jikkonċernaw biss l-operazzjoni ta’ stabbiliment tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tat-taxxa dovuta.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>B’hekk, b’differenza għal dak li tqis il-Kummissjoni Ewropea, il-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ammont li bih kull kwantità tar-referenza ta’ produttur tkun inqabżet<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, previst fl-Artikolu 10(3)(a) tar-Regolament Nru 1788/2003, ma jikkonċernax l-operazzjoni ta’ allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-kwantità ta’ referenza disponibbli, hekk kif iddefinita fl-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003, ma tistax tikkostitwixxi kriterju għall-finijiet ta’ din l-allokazzjoni mill-ġdid. Fil-fatt, minn din id-definizzjoni jirriżulta li din il-kwantità hija ddeterminata, b’mod partikolari, fid-dawl tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>allokazzjonijiet temporanji mill-ġdid li hemm imsemmija f’dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fosthom l-allokazzjoni mill-ġdid prevista fl-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-regolament. Il-kwantità ta’ referenza disponibbli, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 5(k) għaldaqstant issir magħrufa biss wara din l-allokazzjoni mill-ġdid, sa fejn din tal-aħħar tkun seħħet.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi eżaminat jekk humiex applikabbli kriterji oħra previsti fl-Artikolu 10(3) fl-ipoteżi fejn Stat Membru jiddeċiedi li jipproċedi sabiex jagħmel tali allokazzjoni mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-verżjoni Ġermaniża, Franċiża, Portugiża u Slovena ta’ din id-dispożizzjoni, il-leġiżlatur uża, rispettivament, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Neuzuweisung […], die proportional zu den Referenzmengen der einzelnen Erzeuger oder nach objektiven,<?PAGE NO="I-3140"?> von den Mitgliedstaaten festzulegenden Kriterien erfolgt<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (allokazzjoni mill-ġdid li ssir b’mod proporzjonali għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull produttur jew skont kriterji oġġettivi ffissati mill-Istati Membri), il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>après réallocation ou non, proportionnellement aux quantités de référence individuelles de chaque producteur ou selon des critères objectifs à fixer par les États membres, de la partie inutilisée de la quantité de référence nationale affectée aux livraisons<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (wara allokazzjoni mill-ġdid jew le, b’mod proporzjonali għall-kwantitajiet ta’ referenza individwali ta’ kull produttur jew skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri, tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-provvisti), il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>após eventual reatribuição — proporcionalmente às quantidades de referência individuais de cada produtor ou de acordo com critérios objectivos a definir pelos Estados-Membros — da parte não utilizada da quantidade de referência nacional afectada às entregas<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (wara allokazzjoni mill-ġdid eventwali, b’mod proporzjonali għall-kwantitajiet ta’ referenza individwali ta’ kull produttur jew skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri, tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-provvisti) u l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>porazdeljen ali ne, v sorazmerju z individualnimi referenčnimi količinami vsakega proizvajalca ali skladno z objektivnimi merili, ki jih določijo države članice<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (allokata mill-ġdid jew le, b’mod proporzjonali għall-kwantitajiet ta’ referenza individwali ta’ kull produttur jew skont kriterji oġġettivi determinati mill-Istati Membri).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu jidher minn verżjonijiet lingwistiċi oħra tar-Regolament Nru 1788/2003, bħall-verżjoni Bulgara, Ingliża u Olandiża, li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>fi proporzjon għall-kwantitajiet tar-referenza individwali ta’ kull produttur jew skond kriterji oġġettivi li għandhom jitwaqqfu mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li jinsabu fl-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-regolament, ma jirreferux għall-allokazzjoni mill-ġdid eventwali tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni, iżda għall-istabbiliment tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tat-taxxa dovuta.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, minn naħa, il-kliem użat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni ma jistax iservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew jingħata, f’dan ir-rigward, prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, Endendijk, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-187/07" PAGE.ECR="I-2115" YEAR="2008">C-187/07, Ġabra p. I-2115</REF.DOC.ECR>, punt 23, kif ukoll<?PAGE NO="I-3141"?> tad-<DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-239/07" PAGE.ECR="I-7523" YEAR="2008">C-239/07, Ġabra p. I-7523</REF.DOC.ECR>, punt 38). Min-naħa l-oħra, il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ test tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi u, għalhekk, f’każ ta’ diverġenzi bejn dawn il-verżjonijiet, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata abbażi tal-istruttura ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Endendijk, iċċitata iktar ’il fuq, punt 24, kif ukoll tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, M <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-340/08" PAGE.ECR="I-3913" YEAR="2010">C-340/08, Ġabra p. I-3913</REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, hekk kif tipprovdi l-premessa 14 tar-Regolament Nru 1788/2003, il-leġiżlatur xtaq jagħti ċerta flessibbiltà fl-amministrazzjoni tal-iskema ta’ taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib billi awtorizza lill-Istati Membri jallokaw mill-ġdid il-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati fi tmiem perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu ma jidhirx li din il-possibbiltà kienet innovazzjoni fir-rigward ta’ skema preċedenti jew inkella li saret emenda notevoli ta’ din tal-aħħar mil-leġiżlatur fuq dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Bil-kontra, il-premessa 7 tar-Regolament Nru 3950/92, li ġie ssostitwit bir-Regolament Nru 1788/2003, kienet tgħid li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>bil-għan li tinżamm forma flessibbli biżżejjed ta’ amministrazzjoni tal-iskema, jeħtieġ li tiġi pprovduta tpaċċija tal-ammonti li jkunu nqabżu tal-kwantitajiet ta’ referenza individwali kollha li jkunu tal-istess natura ġewwa t-territorju tal-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Hija f’din l-istess loġika li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92, li għalih kien sussegwentement jikkorrispondi l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, kien jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>[k]ull kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tat-taxxa dovuta għandha tiġi stabbilita skont deċiżjoni tal-Istat Membru, wara li tkun saret jew ma tkunx saret allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, jew fuq il-livell tax-xerrej skont l-ammonti li jkunu nqabżu wara li jkun qassam, b’mod proporzjonali għall-kwantitajiet ta’ referenza li għandu kull wieħed minn dawn il-produtturi, il-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, jew fuq il-livell nazzjonali skont<?PAGE NO="I-3142"?> l-ammonti li jkunu nqabżu tal-kwantità ta’ referenza li għandu kull wieħed minn dawn il-produtturi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, mill-verżjonijiet lingwistiċi kollha ta’ din l-aħħar dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li kien fil-fatt it-tqassim tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, jiġifieri l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-kwantitajiet, li kellu jsir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/> b’mod proporzjonali għall-kwantitajiet ta’ referenza li għandu kull wieħed minn dawn il-produtturi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u li l-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tat-taxxa dovuta kienet, fir-rigward tagħha, stabbilita skont l-ammont li jkun inqabeż tal-kwantità ta’ referenza li għandu kull wieħed minn dawn il-produtturi.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li kieku l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 kellu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>fi proporzjon għall-kwantitajiet tar-referenza individwali ta’ kull produttur jew skond kriterji oġġettivi li għandhom jitwaqqfu mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> huma relatati mal-istabbiliment tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tat-taxxa dovuta, il-kriterji li jinsabu f’din il-formulazzjoni jiżdiedu ma’ dak ipprovdut fl-Artikolu 10(3)(a), jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>fuq livell lokali fuq il-bażi ta’ l-ammont li bih kull kwantità tar-referenza ta’ produttur tkun inqabżet<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, li, mill-inqas, jikkomplika għal xejn l-applikazzjoni tal-iskema ta’ taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Mill-argumenti preċedenti jirriżulta li l-kriterji li jinsabu fl-imsemmija formulazzjoni japplikaw għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata preċiża ta’ dawn il-kriterji, għandu jiġi osservat li l-verżjoni Ġermaniża tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 kienet tuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Referenzmengen<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (kwantitajiet ta’ referenza).</TXT></NP><?PAGE NO="I-3143"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Hekk kif inhu mfakkar fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-verżjonijiet lingwistiċi tal-imsemmi Artikolu 10(3), minbarra l-verżjoni Ġermaniża kienu jużaw il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kwantitajiet ta’ referenza individwali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, li barra minn hekk kienu ddefiniti fl-Artikolu 5(j) tar-Regolament Nru 1788/2003 bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kwantità tar-referenza ta’ produttur fl-1 ta’ April ta’ kull perjodu ta’ tnax-il xahar<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif isostnu l-Hauptzollamt Koblenz u l-Hauptzollamt Oldenburg, l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għandha ssir b’mod proporzjonali għall-kwantità ta’ referenza individwali ta’ kull produttur li jkun ikkunsinna b’eċċess, jiġifieri l-kwantità ddeterminata fl-1 ta’ April tal-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, jew skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, billi adottat l-Artikolu 14(1) tal-MilchAbgV, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kellhiex l-intenzjoni li tapplika l-possibbiltà, prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, li tgħid li din l-allokazzjoni mill-ġdid għandha ssir b’mod proporzjonali għall-kwantità ta’ referenza individwali ta’ kull produttur li jkun ikkunsinna b’eċċess jew inkella jekk dan l-Istat Membri kellux l-intenzjoni, billi rrikorra għall-possibbiltà wkoll prevista f’din l-istess dispożizzjoni li jiffissa kriterji oġġettivi oħra għall-finijiet ta’ din l-allokazzjoni mill-ġdid, jippermetti lil tali produttur, li matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kienet ġiet ittrasferita lilu kwantità ta’ referenza li fuqha kien diġà ġie prodott u kkunsinnat ħalib għal dan l-istess perijodu mill-produttur li preċedentement kellu din il-kwantità ta’ referenza, jipparteċipa għall-imsemmija allokazzjoni mill-ġdid billi inkluda parti jew it-totalità ta’ din il-kwantità ta’ referenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3144"?><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ipoteżi fejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tkun għażlet l-ewwel soluzzjoni, għandu jiġi osservat li sa fejn il-kunċett ta’ kwantità ta’ referenza individwali, hekk kif iddefinit fl-Artikolu 5(j) tar-Regolament Nru 1788/2003, jirreferi għad-data tal-bidu tal-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, dan ma jippermettix, fi kwalunkwe każ, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwantitajiet ta’ referenza li saru matul dan il-perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ipoteżi fejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tkun għażlet it-tieni soluzzjoni, għandu jiġi kkonstatat li, billi pprovdiet il-possibbiltà għall-Istat Membri li jistabbilixxu, għall-finijiet tal-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni, kriterji oġġettivi minbarra dak tal-kwantità ta’ referenza individwali, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien ħallielhom, għal dan il-għan, marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ ħafna. Xorta jibqa’ l-fatt li l-Istati Membri ma kellhomx setgħa li jintroduċu xi tip ta’ kriterju f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta jadottaw miżuri ta’ implementazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom l-obbligu jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom billi josservaw, b’mod partikolari, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020620">20 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Mulligan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/99" PAGE.ECR="I-5719" YEAR="2002">C-313/99, Ġabra p. I-5719</REF.DOC.ECR>, punt 35, kif ukoll tal-<DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, Azienda Agricola Giorgio, Giovanni u Luciano Visentin <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-495/00" PAGE.ECR="I-2993" YEAR="2004">C-495/00, Ġabra p. I-2993</REF.DOC.ECR>, punt 40), fosthom il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni. Bl-istess mod, tali miżuri ta’ implementazzjoni għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali bħad-dritt ta’ proprjetà (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Mulligan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali tidħol fil-kuntest tal-Politika Agrikola Komuni, tali leġiżlazzjoni ma tistax tiġi stabbilita jew applikata b’tali mod li tikkomprometti l-għanijiet segwiti minn din il-politika, u b’mod iktar partikolari dawk intiżi mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib (ara, f’dan is-sens, is-sentenza<?PAGE NO="I-3145"?> Mulligan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33). Għandha ssir referenza, f’dan is-sens, b’mod partikolari għall-prinċipji ta’ funzjonament tas-sistema tat-taxxa, stabbiliti bir-Regolament Nru 1788/2003, inklużi dawk relatati mat-trasferimenti ta’ kwantitajiet ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm il-prinċipju msemmi fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, li jgħid li s-somma tal-kwantitajiet attribwiti lill-produtturi minn Stat Membru u ta’ dawk attribwiti minn dan l-Istat Membru lir-riżerva nazzjonali ma għandhiex taqbeż il-kwantità ta’ referenza nazzjonali, jaffettwa d-dritt ta’ produttur li rċieva trasferiment ta’ kwantità ta’ referenza individwali diġà użata, parzjalment jew totalment, li jikkunsinna ħalib eżenti mit-taxxa, dan il-prinċipju ma jistax ikollu inċidenza fuq it-tranżazzjoni ta’ allokazzjoni mill-ġdid prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003. Fil-fatt, sa fejn din it-tranżazzjoni għandha bħala sempliċi għan li tippermetti lill-Istati Membri jqassmu, fi tmiem perijodu ta’ tnax-il xahar, il-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni bejn il-produtturi li kkunsinnaw b’eċċess, hija ma għandhiex influwenza fuq il-volum ta’ din il-parti mhux użata u għaldaqstant ma hijiex tali li taffettwa l-ugwaljanza bejn, minn naħa, is-somma tal-kwantitajiet ta’ referenza individwali u tal-kwantitajiet ta’ referenza attribwiti mill-Istat Membru kkonċernat lir-riżerva nazzjonali u, min-naħa l-oħra, il-kwantità ta’ referenza nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kien legali għall-Istati Membri, fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 li jiffissaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>kriterji oġġettivi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, li jippermettu lil dawn il-produtturi, meta tkun ġiet ittrasferita lilhom, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza li għaliha diġà kien ġie kkunsinnat ħalib għal dan l-istess perijodu mill-produttur li preċedentement kellu din il-kwantità ta’ referenza, jipparteċipaw fl-imsemmija allokazzjoni mill-ġdid billi jinkludu parti jew it-totalità ta’ din il-kwantità ta’ referenza, sa fejn din il-leġiżlazzjoni tosserva l-prinċipji imperattivi msemmija fil-punti 74 u 75 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3146"?><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Madankollu l-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li tali leġiżlazzjoni tiġi stabbilita b’mod li ma tagħtix lok għal trasferimenti li, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti bir-Regolament Nru Nru 1788/2003, ikollhom bħala sempliċi għan li jippermettu lil ċerti produtturi li jkunu kkunsinnaw b’eċċess jiksbu pożizzjoni iktar favorevoli meta ssir allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-applikazzjoni tar-regolamenti tal-Unjoni ma tistax tiġi estiża sabiex tkopri prattiki abbużivi ta’ operaturi ekonomiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19960502">2 ta’ Mejju 1996</DATE>, Paletta, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-206/94" PAGE.ECR="I-2357" YEAR="1996">C-206/94, Ġabra p. I-2357</REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<DATE ISO="20001214">14 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Emsland-Stärke, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/99" PAGE.ECR="I-11569" YEAR="2000">C-110/99, Ġabra p. I-11569</REF.DOC.ECR>, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jingħataw ir-risposti li ġejjin għad-domandi magħmula fil-Kawża C-231/09:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>L-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għandha ssir b’mod proporzjonali għall-kwantità ta’ referenza individwali ta’ kull produttur li kkunsinna b’eċċess, jiġifieri dik iddeterminata fid-data tal-1 ta’ April tal-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, jew skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri. Il-kunċett ta’ kwantità ta’ referenza individwali, użat f’din id-dispożizzjoni, ma jippermettix it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwantitajiet ta’ referenza magħmula matul dan il-perijodu.</P></ITEM><ITEM><P>Leġiżlazzjoni nazzjonali li timplementa l-possibbiltà, prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, li jiġu ffissati kriterji oġġettivi li jipprovdu li ssir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għandha tosserva, b’mod partikolari, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll l-għanijiet segwiti mill-Politika Agrikola Komuni, u b’mod iktar partikolari dawk intiżi mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib.</P></ITEM><?PAGE NO="I-3147"?><ITEM><P>Dawn l-għanijiet ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, adottata fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ din il-possibbiltà, li tippermetti lill-produtturi li kkunsinnaw b’eċċess, meta ġiet ittrasferita lilhom, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1788/2003, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza individwali li għaliha diġà kien ġie prodott u kkunsinnat ħalib għal dan l-istess perijodu mill-produttur li preċedentement kellu din il-kwantità ta’ referenza, li jipparteċipaw għal din l-allokazzjoni mill-ġdid billi jinkludu parti jew it-totalità ta’ din il-kwantità ta’ referenza. Madankollu l-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li tali leġiżlazzjoni ma tagħtix lok għal trasferimenti li, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonjiet previsti minn dan ir-regolament, kellhom bħala sempliċi għan li jippermettu lil ċerti produtturi li kkunsinnaw b’eċċess jiksbu pożizzjoni iktar favorevoli meta ssir l-imsemmija allokazzjoni mill-ġdid.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda fil-Kawża C-230/09</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C-230/09 jirriżulta li l-kwistjoni prinċipali f’din il-kawża tikkonċerna d-determinazzjoni tal-kwantità ta’ referenza li skontha l-ammont tal-premium għall-prodotti mill-ħalib li minnu kienu jibbenefikaw Kurt und Thomas Etling in GbR kellu jiġi ffissat. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003 biss sa fejn hija tqis li l-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, li kien jirregola l-kalkolu ta’ dan il-premium fil-mument tal-fatti fil-kawża prinċipali, kien jirreferi, fir-rigward tal-imsemmi kalkolu, għall-imsemmi Artikolu 5(k).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tinftiehem fis-sens li din tal-aħħar tistaqsi, essenzjalment, jekk l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>kwantità ta’ referenza individwali [kwantità individwali ta’ referenza] eliġibbli għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>premium<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="2019" ID="QE0047"/> u disponibbli fl-azjenda<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, li jinsab fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, għandhiex tinftiehem fis-sens li meta tiġi ttrasferita lill-produttur, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza li diġà ntużat mill-persuna li preċedentement<?PAGE NO="I-3148"?> kellha din il-kwantità ta’ referenza matul l-istess perijodu, din l-espressjoni tinkludi wkoll din l-aħħar kwantità ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi eżaminat jekk il-premessa li tgħid li l-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 kien jirreferi għall-kunċett ta’ kwantità ta’ referenza disponibbli hekk kif iddenfinit fl-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003 hijiex korretta.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Hekk kif osservaw kemm il-Kummissjoni, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, kif ukoll l-Avukat Ġenerali, fil-punti 19 u 20 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 ma kienx juża eżattament il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ddefiniti fl-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003. Xorti jibqa’ l-fatt li, sa fejn l-imsemmi Artikolu 95(1) kien juża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>kwantità tar-referenza individwali [kwantità individwali ta’ referenza]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, l-użu tal-parti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>disponibbli fl-azjenda<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> kien ikun inutli li kieku l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni jirreferi għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kwantità individwali tar-referenza [kwantità ta’ referenza individwali]<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, imsemmija fl-Artikolu 5(j) tar-Regolament Nru 1788/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 95(3) tar-Regolament Nru 1782/2003 jirriżulta li l-kwantitajiet ta’ referenza individwali li kienu s-suġġett ta’ trasferimenti temporanji skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1788/2003 fil-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja huma kkunsidrati li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-azjenda tal-persuna li qed tittrasferixxi. Għaldaqstant hija f’din id-data li s-sitwazzjoni ta’ produttur li jista’ jibbenefika mill-premium għall-prodotti mill-ħalib għandha tiġi evalwata għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dan il-premium.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Issa, hija l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> li, skont il-kliem tal-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003, hija determinanti b’riferiment għall-imsemmija data.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3149"?><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li, fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> kif iddefinit fl-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003, kien effettivament intiż mil-leġiżlatur.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Sussegwentement għandu jiġi eżaminat jekk, meta tkun ġiet ittrasferita lil produttur, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza diġà użata mill-persuna li preċedentement kellha din il-kwantità ta’ referenza matul l-istess perijodu, l-imsemmi kunċett jinkludix ukoll din l-aħħar kwantità ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ddefinit fl-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003 jindika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>il-kwantità tar-referenza disponibbli għall-produtturi fil-31 ta’ Marzu tal-perjodu ta’ tnax-il xahar li għalihom trid tinħadem it-taxxa, waqt li jitqiesu t-trasferimenti kollha, il-bejgħ, il-bidliet u l-allokazzjonijiet temporanji mill-ġdid li hemm imsemmija f’dan ir-Regolament li jkunu saru matul dak il-perjodu ta’ tnax-il xahar.<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> Għaldaqstant huwa għandu rwol partikolari fis-sistema ta’ dan ir-regolament u, għaldaqstant, ma jistax jiġi analizzat barra minn dan il-kuntest.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-kliem tal-premessa 5 tar-Regolament Nru 1788/2003 kif ukoll minn dak tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 10(3)(a), jirriżulta li din il-kwantità ta’ referenza sservi biss bħala bażi għad-determinazzjoni ta’ kunsinni eċċessivi eventwali magħmula mill-produtturi u, b’hekk, tal-ammont tat-taxxa dovuta, fejn il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> ma jintużaw f’ebda dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, li kieku kwantità ta’ referenza individwali jew anki parti minnha setgħet, fil-każ ta’ trasferiment, tiġi użata minn produttur biex jikkunsinna b’mod eżenti mit-taxxa għal perijodu ta’ tnax-il xahar u, sussegwentement, mill-produttur li jibbenefika minn trasferiment sabiex jinkludiha fil-kwantità ta’ referenza disponibbli tiegħu u li jnaqqas b’hekk il-kunsinna b’eċċess għal dan l-istess perijodu, tkun qed<?PAGE NO="I-3150"?> tintuża għal darbtejn l-istess kwantità ta’ referenza għall-istess perijodu ta’ tnax-il xahar, liema ċirkustanza tmur kontra l-prinċipju msemmi fil-punt 50 u mfakkar fil-punt 76 ta’ din is-sentenza, li jgħid li s-somma tal-kwantitajiet attribwiti lill-produtturi mill-Istati Membri u tal-kwantitajiet attribwiti lir-riżerva nazzjonali ma għandhiex taqbeż il-kwantità ta’ referenza nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni hija wkoll konformi mal-istruttura ġenerali tar-Regolament Nru 1782/2003, sa fejn tevita r-riskju li jingħata premju għall-prodotti mill-ħalib, għall-istess perijodu, lil żewġ produtturi differenti abbażi tal-istess kwantità ta’ referenza disponibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kunċett ta’ kwantità ta’ referenza disponibbli ma jistax jiġi diżassoċjat mill-użu magħmul mill-produtturi u għaldaqstant ma jistax jinkludi kwantità ta’ referenza ttrasferita, jew parti minnha, li diġà ntużat minn produttur ieħor għall-istess perijodu ta’ tnax-il xahar.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula fil-Kawża C-230/09 tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>kwantità ta’ referenza individwali [kwantità individwali ta’ referenza] eliġibbli għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>premium<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="2019" ID="QE0058"/> u disponibbli fl-azjenda<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li jinsab fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, li jikkorrispondi għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> ddefinit fl-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tkun ġiet ittrasferita lil produttur, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza li fuqha kien diġà ġie kkunsinnat ħalib mill-persuna li tittrasferixxi matul l-istess perijodu, dan ma jinkludix, fir-rigward tal-persuna li qed tirċievi t-trasferiment, il-parti tal-kwantità ta’ referenza ttrasferita li fuqha kien diġà ġie kkunsinnat ħalib eżenti mit-taxxa mill-persuna li qed tittrasferixxi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3151"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2217/2004, tat-<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għandha ssir b’mod proporzjonali għall-kwantità ta’ referenza individwali ta’ kull produttur li kkunsinna b’eċċess, jiġifieri dik determinata fid-data tal-1 ta’ April tal-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, jew skont kriterji oġġettivi li għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri. Il-kunċett ta’ kwantità ta’ referenza individwali, użat f’din id-dispożizzjoni, ma jippermettix it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwantitajiet ta’ referenza magħmula matul dan il-perijodu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Leġiżlazzjoni nazzjonali li timplementa l-possibbiltà, prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2217/2004, li jiġu ffissati kriterji oġġettivi li jipprovdu li ssir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali allokata għall-kunsinni għandha tosserva, b’mod partikolari, il-prinċipji ġenerali<?PAGE NO="I-3152"?> tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll l-għanijiet segwiti mill-Politika Agrikola Komuni, u b’mod iktar partikolari dawk intiżi mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dawn l-għanijiet ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, adottata fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ din il-possibbiltà, li tippermetti lill-produtturi li kkunsinnaw b’eċċess, meta ġiet ittrasferita lilhom, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2217/2004, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza individwali li għaliha diġà kien ġie prodott u kkunsinnat ħalib għal dan l-istess perijodu mill-produttur li preċedentement kellu din il-kwantità ta’ referenza, li jipparteċipaw għal din l-allokazzjoni mill-ġdid billi jinkludu parti jew it-totalità ta’ din il-kwantità ta’ referenza. Madankollu l-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li tali leġiżlazzjoni ma tagħtix lok għal trasferimenti li, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonjiet previsti minn dan ir-regolament, kellhom bħala sempliċi għan li jippermettu lil ċerti produtturi li kkunsinnaw b’eċċess jiksbu pożizzjoni iktar favorevoli meta ssir l-imsemmija allokazzjoni mill-ġdid.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>kwantità ta’ referenza individwali [kwantità individwali ta’ referenza] eliġibbli għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>premium<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="2019" ID="QE0061"/> u disponibbli fl-azjenda<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, li jinsab fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005, tas-<DATE ISO="20050126">26 ta’ Jannar 2005</DATE>, li jikkorrispondi għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>kwantità tar-referenza disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> ddefinit fl-Artikolu 5(k) tar-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament<?PAGE NO="I-3153"?> Nru 2217/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tkun ġiet ittrasferita lil produttur, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar rilevanti, kwantità ta’ referenza li fuqha kien diġà ġie kkunsinnat ħalib mill-persuna li tittrasferixxi matul l-istess perijodu, dan ma jinkludix, fir-rigward tal-persuna li qed tirċievi t-trasferiment, il-parti tal-kwantità ta’ referenza ttrasferita li fuqha kien diġà ġie kkunsinnat ħalib eżenti mit-taxxa mill-persuna li qed tittrasferixxi.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>