|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2541 |
26.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2541
tat-23 ta’ Settembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2009/908/UE (2) l-Kunsill stabbilixxa miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/881/UE. Il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill Affarijiet Barranin hija organizzata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/908/UE. |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Lulju 2024, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-gvernijiet tal-Istati Membri approva, f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE (3), l-istabbiliment ta’ Grupp ta’ Ħidma dwar l-Industrija tad-Difiża (DIWP) bħala korp preparatorju tal-Kunsill Affarijiet Barranin. |
|
(3) |
Fid-dawl tan-natura orizzontali tad-DIWP u r-responsabbiltajiet tiegħu għall-atti leġiżlattivi, jenħtieġ li dan jiżdied mal-kategorija 3 tal-korpi preparatorji tal-Kunsill Affarijiet Barranin, u jenħtieġ li jiġi previst li d-DIWP jiġi ppresedut mill-Presidenza b’rotazzjoni ta’ kull sitt xhur. |
|
(4) |
Għalhekk l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/908/UE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/908/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-ewwel paragrafu, il-punt 3, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:
; |
|
(2) |
fit-tabella, il-punt 3, tiżdied ir-ringiela li ġejja: “Grupp ta’ Ħidma dwar l-Industrija tad-Difiża (DIWP)”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
FELDMAN Z.
(1) ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2541/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)