29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/886

tas-26 ta’ Ġunju 2020

li jikkorreġi l-verżjoni tal-lingwa Taljana tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (1) (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(a) u (b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 31, 43, 44 u l-Anness VIII tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Taljana tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (3) fiha terminoloġija inkonsistenti fl-Anness, it-Taqsima 5, SERA.5025, il-punt b) u fl-Appendiċi 4, l-ewwel ringiela tat-tabella u fin-noti f’qiegħ il-paġna (**) u (***) fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-ajru għall-art.

(2)

Il-verżjoni tal-lingwa Taljana tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni maħruġa mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).