<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-447/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0447</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:610">EU:C:2019:610</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C‑447/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Generálny riaditeľ Sociálnej poisťo vs ne Bratisla vs a <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑447/18</HT></P><P>UB</P><P>vs</P><P>Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema, ir-Repubblika Slovakka))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ ċaqliq ta’ ħaddiem</KEYWORD><KEYWORD>Bidla tal-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem li tirriżulta minn xoljiment ta’ Stat</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li tissuġġetta d-dritt għal vantaġġ supplimentari għall-irbiħ ta’ midalji fl-Olimpjadi u kampjonati internazzjonali oħra għal kundizzjoni ta’ nazzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin Ċek residenti fis-Slovakkja</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali tipprovdi opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiżviluppa l-ġurisprudenza tagħha dwar iċ-ċirkustanzi li fihom vantaġġ addizzjonali rriżervat għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru għandu jiġi estiż għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea residenti f’dan l-Istat Membru. Il-vantaġġ inkwistjoni hawnhekk (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>allowance addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) jingħata lil persuni li jkunu rebħu midalji fl-Olimpjadi u f’avvenimenti sportivi Ewropej u internazzjonali oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-tilwima ma hijiex tas-soltu minħabba li ma tqumx mill-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu, iżda mill-fatt li r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka saret żewġ Stati separati qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Għaldaqstant, ċittadin Ċek residenti fis-Slovakkja li jitlob l-allowance addizzjonali mill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali Slovakki ma jistax jitqies bħala ħaddiem <HT TYPE="ITALIC">migrant</HT>, peress li għex għal iktar minn 50 sena fi ħdan dak li issa huwa l-Istat sovran tas-Slovakkja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>In-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema, is-Slovakkja) tistaqsi jekk tali persuna, li tkun tixtieq tikseb l-allowance addizzjonali, tistax madankollu tinvoka r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72, kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 43</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> kif ukoll id-dritt għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għall-vantaġġi soċjali stabbilit fl-Artikolu 34 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Wasalt għal risposta fin-negattiv għal din id-domanda għar-raġunijiet esposti fil-parti IV hawn taħt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Sigurtà soċjali u assistenza soċjali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. L-ewwel żewġ paragrafi tiegħu jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1. L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għal benefiċċji ta’ sigurtà soċjali u servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni f’każijiet bħal ma huma l-maternità, il-mard, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, id-dipendenza jew l-anzjanità, u fil-każ ta’ telf tax-xogħol, skond ir-regoli stabbiliti mil-liġi ta’ l-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.</P></ITEM><ITEM><P>2. Kull min jirrisjedi u jmur minn post għal ieħor legalment fl-Unjoni Ewropea hu intitolat għall-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali u l-vantaġġi soċjali, skond il-liġi ta’ l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessi 4 u 5 tar-Regolament Nru 883/2004 jgħidu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(4)</NO.P><TXT>Huwa neċessarju li l-karatteristiċi speċjali ta’ leġislazzjoni nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali jkunu rispettati u li tkun ippreparata biss sistema ta’ kordinazzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Huwa neċessarju, fi ħdan il-qafas ta’ din il-kordinazzjoni, li fil-Komunità jkun garantit trattament ugwali għall-persuni konċernati taħt il-leġislazzjonijiet nazzjonali differenti.</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(w) tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>pensjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tkopri mhux biss pensjonijiet imma wkoll benefiċċji mogħtijin bħala somma waħda f’daqqa li jistgħu jingħataw minflok il-pensjoni u ħlas fil-forma ta’ ħlas lura ta’ kontribuzzjonijiet u, mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Titolu III, żidied fuq bażi ta’ valutazzjoni mill-ġdid jew allowances supplimentarji<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Oqsma koperti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-paragrafi 1, 3 u 5:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin mal-mard;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin ma’ l-invalidità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta ma’ l-età;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>benefiċċji għas-superstiti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>għotjiet marbutin ma’ mewt;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>benefiċċji ta’ qabel l-irtirar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta mal-familja.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal benefiċċji speċjali, li mhumiex kontributorji, li jingħataw fi flus u li huma koperti mill-Artikolu 70.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>assistenza soċjali u medika jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>beneficcji li fir-rigward tagħhom Stat Membru jassumi r-responsabbiltà għad-danni ta’ persuni u jipprovdi kumpens, bħal dawk fil-każ ta’ vittmi tal-gwerra u azzjoni militari jew il-konsegwenzi tagħhom; vittmi ta’ atti kriminali, qtil jew terroriżmu; vittmi ta’ dannu kkawżat minn aġenti tal-Istat Membru waqt il-qadi ta’ dmirijiethom; jew vittmi li batew żvantaġġ minħabba raġunijiet politiċi jew reliġjużi jew raġunijiet ta’ dixxendenza.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Huwa jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom igawdu l-istess benefiċċji u għandhom ikunu suġġetti għall-istess obbligi taħt il-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru daqs li kieku kienu ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Trattament ugwali ta’ benefiċċji, dħul, fatti u każijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Huwa jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, u fid-dawl tad-disposizzjonijiet speċjali ta’ implimentazzjoni stabbiliti, għandu japplika dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, ir-riċceviment ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta’ dħul ieħor joħloq ċerti effetti legali, id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dik il-leġislazzjoni għandhom japplikaw ukoll għar-riċeviment ta’ benefiċċji ekwivalenti miksuba taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u għal dħul miksub fi Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, jkunu attribwiti ċerti effetti legali meta jseħħu ċerti fatti jew każijiet, dak l-Istat Membru għandu jqis fatti u każijiet simili li jseħħu fi kwalunkwe Stat Membru bħallikieku seħħew fit-territorju tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 883/2004 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Disposizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Huwa jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu japplika għal benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus taħt il-leġislazzjoni li, minħabba l-ambitu personali, objettivi u/jew kondizzjonijiet dwar l-intitolar, għandha karatteristiċi kemm tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) u kemm ta’ assistenza soċjali.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="070.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser dawn il-benefiċċji li:</P><P>(a) huma maħsuba biex jagħtu jew:</P><P>(i) protezzjoni supplimentari, sostituta jew sekondarja kontra r-riskji koperti mill-fergħat ta’ sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1), u li jiggarantixxu lill-persuni konċernati dħul minimu għall-għajxien fil-waqt li jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Istat Membru konċernat;</P><P>jew</P><P>(ii) protezzjoni speċifika biss għal persuni b’diżabilità, liema protezzjoni hija marbuta ma’ l-ambjent soċjali tal-persuna konċernata fl-Istat Membru konċernat,</P><P>u</P><P>(b) meta l-iffinanzjar jiġi b’mod esklużiv minn taxxi obbligatorji maħsubin biex ikopru l-ispiża pubblika ġenerali u l-kondizzjonijiet biex jingħataw u biex ikunu ikkalkulati l-benefiċċji ma jiddependux fuq xi kontribuzzjoni fir-rigward tal-benefiċjarju. Madanakollu, benefiċċji mogħtija biex jissupplimentaw benefiċċju kontributorju ma għandhomx jitqiesu bħala benefiċċji kontributorji minħabba din ir-raġuni biss,</P><P>u</P><P>(ċ) huma elenkati fl-Anness X.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikolu 7 [u] l-kapitoli l-oħra ta’ dan it-Titolu ma għandhomx japplikaw għall-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jingħataw biss fl-Istat Membru fejn il-persuni konċernati għandhom ir-residenza tagħhom u skond il-leġislazzjoni ta’ dan l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw u għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Slovakk</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 taz-zákon č. 112/2015 Z.z. o príspevku športovému reprezentantovi a o zmene a doplnení zákona č. 461/2003 Z.z. o sociálnom poistení v znení neskorších predpisov (il-Liġi Nru 112/2015 dwar l-Allowances għar-Rappreżentanti Sportivi u dwar l-Emenda tal-Liġi Nru 461/2003 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali, kif emendata; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Liġi Nru 112/2015<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), fil-verżjoni applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Din il-liġi tirregola l-għoti ta’ allowance għar-rappreżentanti sportivi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>allowance<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>) fil-forma ta’ benefiċċju soċjali tal-Istat, li l-iskop tagħha huwa li tipprovdi garanzija finanzjarja lill-atleti li, inkwantu rappreżentanti sportivi tar-Repubblika Ċekoslovakka, tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka, tar-Repubblika Federali Ċekoslovakka, tar-Repubblika Federali Ċeka u dik Slovakka jew tar-Repubblika Slovakka, kisbu midalji fil-Logħob Olimpiku, fil-Logħob Paralimpiku, fid-Deaflimpiċi, fil-Kampjonati tad-Dinja jew fil-Kampjonati Ewropej.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-Liġi Nru 112/2015, fl-istess verżjoni, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Tista’ titlob allowance kull persuna fiżika li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>inkwantu rappreżentant sportiv tar-Repubblika Ċekoslovakka, tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka, tar-Repubblika Federali Ċekoslovakka, tar-Repubblika Federali Ċeka u dik Slovakka jew tar-Repubblika Slovakka, kisbet</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb (l-ewwel post), midalja tal-fidda (it-tieni post) jew midalja tal-bronż (it-tielet post) fil-Logħob Olimpiku, fil-Logħob Paralimpiku jew fid-Deaflimpiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb (l-ewwel post), midalja tal-fidda (it-tieni post) jew midalja tal-bronż (it-tielet post) fil-Kampjonati tad-Dinja, jew midalja tad-deheb (l-ewwel post) fil-Kampjonati Ewropej f’dixxiplina sportiva inkluża mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fil-Logħob Olimpiku, mill-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali fil-Logħob Paralimpiku, jew mill-Kumitat Internazzjonali tal-Isport għat-Torox fid-Deaflimpiċi, immedjatament qabel il-Kampjonati tad-Dinja jew il-Kampjonati Ewropej, jew li nżammu matul is-sena li fiha nżammu l-Kampjonati tad-Dinja jew il-Kampjonati Ewropej;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>hija ċittadin tar-Repubblika Slovakka;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>għandha r-residenza prinċipali tagħha fir-Repubblika Slovakka jew hija persuna li għaliha tapplika leġiżlazzjoni speċifika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ma tirċevix allowance simili minn barra l-pajjiż;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>laħqet l-età tal-irtirar; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>talbet benefiċċju tal-irtirar skont leġiżlazzjoni speċifika.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 112/2015, fl-istess verżjoni, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-ammont tal-allowance għandu jikkonsisti fid-differenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>bejn is-somma ta’ EUR 750 u s-somma tal-ammonti tal-benefiċċji tal-irtirar mogħtija taħt leġiżlazzjoni speċifika u benefiċċji tal-irtirar simili mħallsa barra l-pajjiż, sakemm il-persuna naturali tkun rebħet:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1)(a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1)(a) fil-Kampjonati tad-Dinja; jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>bejn is-somma ta’ EUR 600 u s-somma tal-ammonti tal-benefiċċji tal-irtirar mogħtija taħt leġiżlazzjoni speċifika u benefiċċji tal-irtirar simili mħallsa barra l-pajjiż, sakemm il-persuna fiżika tkun rebħet:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>midalja tal-fidda fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1)(a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>midalja tal-fidda fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1)(a) fil-Kampjonati tad-Dinja; jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>bejn is-somma ta’ EUR 500 u s-somma tal-ammonti tal-benefiċċji tal-irtirar mogħtija taħt leġiżlazzjoni speċifika u benefiċċji tal-irtirar simili mħallsa barra l-pajjiż, sakemm il-persuna fiżika tkun rebħet:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>midalja tal-bronż fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1)(a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>midalja tal-bronż fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1)(a) fil-Kampjonati tad-Dinja; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1)(a) fil-Kampjonati Ewropej.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u d-domanda magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont ir-reġistru tal-midalji miksuba miżmum mill-Ministerstvo školstva, vedy, výskumu a športu Slovenskej republiky (il-Ministeru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport tar-Repubblika Slovakka), UB (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), ċittadin Ċek, kiseb midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-Ice Hockey, u midalja tal-fidda fil-Kampjonati Dinjija tal-Ice Hockey, it-tnejn fl-1971. Fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> huwa invoka d-dritt għall-allowance addizzjonali inkwistjoni quddiem l-awtoritajiet Slovakki tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Huma rrifjutawha, abbażi tal-Artikolu 2(1)(b) tal-Liġi Nru 112/2015, minħabba n-nazzjonalità Ċeka tiegħu. Fil-proċedura quddiem il-Krajský súd v Košiciach (il-Qorti Reġjonali ta’ Košice, is-Slovakkja), ir-rikorrent, filwaqt li rrefera għad-dritt tal-Unjoni, sostna li l-leġiżlazzjoni Slovakka kienet diskriminatorja abbażi taċ-ċittadinanza tiegħu. Huwa indika wkoll li ma tteħidx inkunsiderazzjoni l-fatt li kien ilu jgħix fir-Repubblika Slovakka għal 52 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Abbażi tad-dokumenti marbuta mal-proċedura leġiżlattiva, in-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema, is-Slovakkja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) ikkonstatat li l-Gvern tar-Repubblika Slovakka, f’laqgħa tat-<DATE ISO="20150422">22 ta’ April 2015</DATE>, kien iddiskuta abbozz ta’ liġi dwar l-allowances għar-rappreżentanti sportivi, u kien wasal, b’mod partikolari, għall-konklużjoni li fl-Artikolu 2(1)(b), il-Gvern ikkunsidra li kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>meħtieġ li jiġi stabbilit fis-subparagrafu 1(b) il-kliem li ġej:<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>(b) hija ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ Stat li huwa parti kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jew ċittadin Svizzeru<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/>”. Fl-abbozz ta’ liġi, tqies li kien meħtieġ li ssir referenza għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Wara proposta minn ċerti Membri tan-Národná rada Slovenskej republiky (il-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>leġiżlatur<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), l-abbozz ta’ liġi dwar l-allowances għar-rappreżentanti sportivi ġie emendat fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ġiet issostitwita bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tar-Repubblika Slovakka<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ir-raġuni mogħtija għal din l-emenda proposta kienet li l-allowance inkwistjoni kienet benefiċċju soċjali tal-Istat li ma kienx benefiċċju tal-irtirar u li l-għan tiegħu kien li jikkontribwixxi għas-sigurtà finanzjarja tal-atleti ta’ livell għoli, li, inkwantu [ċittadini Slovakki], kienu rrappreżentaw lir-Repubblika Slovakka jew il-predeċessuri legali tagħha. Barra minn hekk, peress li l-abbozz ta’ liġi ma kienx intiż sabiex jiggarantixxi s-sigurtà finanzjarja tal-atleti li, minkejja li rrappreżentaw l-Istat ikkonċernat, kienu ċittadini ta’ Stati oħra, ġie propost li tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tar-Repubblika Slovakka bħala waħda mill-kundizzjonijiet sabiex persuna tkun intitolata għall-allowance inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-abbozz ta’ liġi dwar l-allowances għar-rappreżentanti sportivi fl-aħħar mill-aħħar ġie adottat mil-leġiżlatur, flimkien ma’ klawżola dwar il-kompatibbiltà tal-liġi proposta mad-dritt tal-Unjoni, skont liema il-livell ta’ kompatibbiltà kien ikkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>sħiħ<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, billi d-dritt primarju, sekondarju u terzjarju tal-Unjoni ma kienx japplika għall-imsemmi abbozz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-formulazzjoni ta’ talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Karta, fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qorti tar-rinviju indikat li kienet taf li l-Qorti tal-Ġustizzja ser tivverifika l-osservanza tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta fid-dawl tal-Artikolu 51(1) tagħha, li jgħid li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:810">EU:C:2013:810</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għalhekk tenfasizza li ma hijiex qed titlob interpretazzjoni awtonoma tad-drittijiet għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għall-assistenza soċjali, li huma stabbiliti fl-Artikolu 34 tal-Karta, iżda pjuttost qed tiġbed l-attenzjoni għall-bażi tat-tilwima, imsemmija hawn fuq, fil-proċedura quddiem il-qorti nazzjonali, li fiha trid tingħata deċiżjoni dwar il-legalità tal-mod kif qed tipproċedi awtorità pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, l-allowance mogħtija lil atleta li jkun irrappreżenta lill-Istat ma huwiex biss benefiċċju soċjali tal-Istat kif indikat fid-dokumenti marbuta mal-proċedura leġiżlattiva. Mid-diversi dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 112/2015, imsemmija hawn fuq, jista’ jidher li l-allowance addizzjonali titħallas fuq bażi regolari u b’mod parallel, flimkien mal-benefiċċju tal-irtirar, sabiex l-ammont tal-benefiċċju tal-irtirar jitla’ għal EUR 750 (taħt il-punt (a)], EUR 600 (taħt il-punt (b)) jew EUR 500 (taħt il-punt (c)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Huwa wkoll fatt mhux ikkontestat li r-rikorrent, inkwantu persuna li rrappreżentat lill-Istat fil-kuntest ta’ sport kollettiv, isib ruħu f’pożizzjoni li hija differenti minn dik ta’ sħabu fit-tim tiegħu għas-sempliċi raġuni li, b’mod differenti minnhom, huwa ma huwiex ċittadin Slovakk, għalkemm huwa kkontribwixxa wkoll, permezz tal-isforzi u l-ħiliet tiegħu, għar-riżultat kollettiv tat-tim nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddikjara li, qabel ma ddeċidiet li tissottometti t-talba għal deċiżjoni preliminari, hija analizzat fid-dettall is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’kawżi simili, jiġifieri s-sentenzi tat-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Landtová<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑399/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:415">EU:C:2011:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u tas-<DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Slovakka<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, dwar bonus tal-Milied, u Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Slovakka<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, C‑433/13, iżda waslet għall-konklużjoni li s-sentenzi ma kinux japplikaw għall-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għalhekk issospendiet il-proċeduri u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>L-Artikolu 1(w) u l-Artikoli 4 u 5 tar-[Regolament Nru 883/2004], moqrija flimkien mad-dritt għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għal vantaġġi soċjali stipulat fl-Artikolu 34(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu interpretati, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, fis-sens li dawn jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali li tipprovdi li l-istituzzjoni Slovakka tas-sigurtà soċjali għandha tqis li l-kundizzjoni fundamentali li tagħti d-dritt għas-suppliment ta’ pensjoni lir-rappreżentanti sportivi hija n-nazzjonalità tal-applikant, anki jekk kundizzjoni legali oħra, jiġifieri [l-fatt li jkunu għamlu parti mit-tim] nazzjonali tal-predeċessuri fid-dritt [tar-Repubblika Slovakka], inkluża r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka, tkun ukoll element tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mir-Repubblika Ċeka, mir-Repubblika Slovakka u mill-Kummissjoni Ewropea. It-tlieta li huma pparteċipaw fis-seduta li nżammet fis-<DATE ISO="20190507">7 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sunt tal-osservazzjonijiet bil-miktub</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka targumenta li l-allowance addizzjonali taqa’, mingħajr dubju, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament Nru 883/2004. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, benefiċċju jista’ jitqies bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali biss jekk jingħata, barra minn kwalunkwe evalwazzjoni individwali jew diskrezzjoni bbażata fuq il-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarji, abbażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment, u jekk din tkun konnessa ma’ wieħed mir-riskji elenkati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ċeka tibbaża ruħha fuq is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Hughes</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑78/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:331">UE:C:1992:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-għanijiet u l-kundizzjonijiet għall-għoti huma determinanti, u mhux il-klassifikazzjoni magħmula mill-Istat Membru. Ara s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Hughes</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑78/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:331">EU:C:1992:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961010">10 ta’ Ottubru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Hoever u Zachow</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/94 u C‑312/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:379">EU:C:1996:379</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-leġiżlazzjoni Slovakka tipprevedi li l-allowance addizzjonali hija dritt. Għalhekk, ma hijiex benefiċċju fakultattiv iżda hija ħlas obbligatorju. It-tieni nett, hija titħallas awtomatikament lil dawk li jissodisfaw kriterji oġġettivi, jiġifieri lil dawk li rrappreżentaw lis-Slovakkja jew l-Istat predeċessur tagħha f’avvenimenti sportivi internazzjonali speċifiċi. Għaldaqstant, ma teżisti l-ebda setgħa ta’ evalwazzjoni individwali jew diskrezzjonali, u l-awtorità kompetenti ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-applikant. It-tielet nett, l-allowance addizzjonali tikkompleta l-pensjoni tax-xjuħija, peress li titħallas fuq bażi regolari u b’mod parallel mal-pensjoni tax-xjuħija. Għalhekk hija meqjusa bħala pensjoni fis-sens tal-Artikolu 1(w) tar-Regolament Nru 883/2004, li testendi għall-pensjonijiet addizzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ċeka tibbaża ruħha fuq is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Noteboom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:51">EU:C:2005:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-allowance addizzjonali ugwalment tikkorrispondi għal benefiċċju tax-xjuħija fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004 skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ir-Repubblika Ċeka tibbaża ruħha fuq is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE> <NAME.CASE>Czerwinski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑517/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:350">EU:C:2018:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-fatt li l-ammont tal-allowance addizzjonali ma jiddependix fuq l-ammont tas-salarju mħallas jew fuq il-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati ma jikkontestax din il-klassifikazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Hawnhekk ir-Repubblika Ċeka tibbaża ruħha fuq sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Noteboom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:51">EU:C:2005:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-issuġġettar tal-għoti tal-allowance addizzjonali għal kundizzjoni ta’ nazzjonalità huwa għalhekk prekluż mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004. L-element determinanti għall-għoti tal-allowance addizzjonali huwa jekk il-persuna kkonċernata rrappreżentatx lill-Istat, jew lill-predeċessuri tiegħu, u jekk kisbitx ir-riżultat meħtieġ, u mhux jekk il-persuna hijiex ċittadin tal-Istat Membru inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Slovakka tikkontesta din l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Hija tirrimarka li inizjalment kien previst li r-Repubblika Ċeka u dik Slovakka jieħdu approċċ ikkoordinat fil-qasam tal-għoti tal-allowance addizzjonali, biż-żewġ pajjiżi jħallsu lir-residenti li kienu rrappreżentaw lir-Repubblika Ċekoslovakka fl-avvenimenti sportivi internazzjonali ddeterminati, kemm jekk huma Ċeki jew Slovakki, u sakemm dan ma jirriżultax fi ħlas doppju. Għal din ir-raġuni, ir-Repubblika Slovakka għall-ewwel ma pproponietx li tillimita l-ħlas tal-allowance addizzjonali għaċ-ċittadini Slovakki. Dan sar biss meta r-Repubblika Ċeka naqset milli tadotta liġi li testendi l-ħlas tal-allowance addizzjonali għaċ-ċittadini Slovakki residenti fir-Repubblika Ċeka. Għalhekk, kieku s-Slovakkja tkun meħtieġa temenda l-liġi, hija tkun qed tagħti l-allowance addizzjonali liċ-ċittadini Slovakki residenti kemm fir-Repubblika Ċeka kif ukoll fis-Slovakkja, u liċ-ċittadini Ċeki residenti fis-Slovakkja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Slovakka targumenta li l-allowance addizzjonali ma hijiex benefiċċju tas-sigurtà soċjali taħt ir-Regolament Nru 883/2004, u lanqas ma taqa’ taħt benefiċċji speċjali mhux kontributorji taħt l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 70 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel, dan huwa ddeterminat mill-elementi li jikkostitwixxu l-allowance, b’mod partikolari l-iskop tagħha u l-kundizzjonijiet għall-għoti tagħha. Huwa ma jaqax taħt wieħed mir-riskji elenkati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ir-Repubblika Slovakka tirreferi għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabilità)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa lanqas ma huwa benefiċċju tal-irtirar fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ir-Repubblika Slovakka tirreferi għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-allowance addizzjonali tingħata indipendentement mill-eżistenza ta’ benefiċċju tal-irtirar. Hija titħallas anki jekk l-ex atleta ma jirċievi l-ebda pensjoni. Il-ħlas tagħha huwa eskluż meta l-ammont tal-benefiċċji tal-irtirar jaqbeż limitu speċifikat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ir-Repubblika Slovakka tibbaża ruħha fuq is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Noteboom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:51">EU:C:2005:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-allowance addizzjonali ma titħallasx mill-istess fondi li jservu għall-finanzjament tal-pensjoni tax-xjuħija. Hija titħallas direttament mill-Istat. L-allowance addizzjonali lanqas ma hija intiża sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-benefiċjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ir-Repubblika Slovakka tirreferi għas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830705">5 ta’ Lulju 1983</DATE>, <NAME.CASE>Valentini</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:189">EU:C:1983:189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija pjuttost intiża, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, sabiex tippremja lill-atleti ta’ livell għoli għall-kisba tagħhom u sabiex tinkoraġġixxi lill-atleti żgħażagħ. L-ammont imħallas lanqas ma jiddependi fuq dak tal-kontribuzzjonijiet imwettqa jew mill-perjodu tal-assigurazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830705">5 ta’ Lulju 1983</DATE>, <NAME.CASE>Valentini</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:189">EU:C:1983:189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-benefiċċji speċjali mhux kontributorji taħt l-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 883/2004, ir-Repubblika Slovakka tosserva li l-allowance addizzjonali ma taqax taħt wieħed mir-riskji elenkati fl-Artikolu 3(1). Hija lanqas ma hija intiża sabiex tiggarantixxi livell minimu ta’ dħul għall-għajxien. Barra minn hekk, hija ma taqax taħt il-benefiċċji għal persuni b’diżabbiltà previsti fl-Artikolu 70(2)(a), u lanqas ma hija prevista mill-Anness X tar-Regolament Nru 883/2004, kif jeżiġi l-Artikolu 70(2)(ċ).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 34 tal-Karta, huwa ma jibdilx il-pożizzjoni tar-Repubblika Slovakka. L-allowance addizzjonali tinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ir-Repubblika Slovakka tirreferi għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Baldinger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:535">EU:C:2004:535</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li l-allowance addizzjonali, fil-fatt, tapplika biss għal persuni li laħqu l-età tal-irtirar u li talbu pensjoni tal-irtirar. Il-fatt li hija allowance li tikkompleta ma jipprekludix li hija titqies bħala pensjoni tax-xjuħija fis-sens tar-Regolament Nru 884/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-Kummissjoni tirreferi għas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Noteboom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:51">EU:C:2005:51</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Czerwinski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑517/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:350">EU:C:2018:350</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu, il-Kummissjoni ma hijiex ċerta jekk dan il-benefiċċju jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004. Huwa suppliment intiż sabiex jippremja kisbiet eċċezzjonali fil-kuntest tar-rappreżentazzjoni tal-pajjiż, li jista’ jitħallas lil ċirku żgħir ta’ nies. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-allowance addizzjonali inkwistjoni ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, filwaqt li tqis li għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk il-benefiċċju jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 492/2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma huwiex neċessarju li jiġi deċiż jekk l-allowance addizzjonali hijiex vantaġġ soċjali fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Il-Kummissjoni tirreferi għas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790531">31 ta’ Mejju 1979</DATE>, <NAME.CASE>Even u ONPTS</NAME.CASE> (<NO.CASE>207/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:144">EU:C:1979:144</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880927">27 ta’ Settembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Matteucci</NAME.CASE> (<NO.CASE>235/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:460">EU:C:1988:460</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Baldinger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:535">EU:C:2004:535</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, minħabba li huwa possibbli li tingħata risposta għad-domanda rrinvijata abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju, jiġifieri t-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-Artikolu 18 TFUE, u għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Tas‑Hagen u Tas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Tas‑Hagen u Tas</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑192/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:676">EU:C:2006:676</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u d-dispożittiv).</P></NOTE>, li, fil-fehma tagħha, jippermetti lir-rikorrent jinvoka l-istatus tiegħu ta’ ħaddiem skont l-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-allowance addizzjonali ma taqa’ la taħt ir-Regolament Nru 883/2004, u lanqas taħt ir-Regolament Nru 492/2011, u tinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju tal-Unjoni dwar il-moviment liberu li għalih tirreferi l-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Is-sitwazzjoni fil-proċedura fil-kawża prinċipali hija għalhekk fundamentalment differenti minn dik eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Landtová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑399/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:415">EU:C:2011:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, ma hemmx lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 34 tal-Karta, peress li s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>irregolata<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> mid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara pereżempju s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑230/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:383">EU:C:2019:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regolament Nru 883/2004, fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa stabbilit li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[i]d-distinzjoni bejn benefiċċji esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 u benefiċċji li jaqgħu taħt dan il-kamp hija bbażata essenzjalment fuq l-elementi li jikkostitwixxu kull benefiċċju, b’mod partikolari l-għanijiet tiegħu u l-kundizzjonijiet għall-għoti tiegħu, u mhux fuq il-fatt li benefiċċju huwa kklassifikat jew le minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħala benefiċċju ta’ sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Czerwinski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑517/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:350">UE:C:2018:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’kull każ, sabiex taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, liġi nazzjonali għandha tkopri wieħed mir-riskji espressament elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Czerwinski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑517/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:350">UE:C:2018:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-allowance addizzjonali ma tkoprix wieħed mir-riskji elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004 (elenkati hawn fuq fil-punt 8). Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset b’mod konsistenti li benefiċċju jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>benefiċċju tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> sa fejn, minn naħa, huwa jingħata lill-benefiċjarji mingħajr l-ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-ħtiġijiet personali tagħhom, abbażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment, u sa fejn, min-naħa l-oħra, huwa marbut ma’ wieħed mir-riskji elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Dreyer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑372/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:206">EU:C:2019:206</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. L-allowance addizzjonali hija pjuttost premju għall-prestazzjoni minn rappreżentanti nazzjonali f’avvenimenti sportivi internazzjonali. Il-fatt li, fil-prattika, hija titħallas lil persuni li laħqu l-età tal-irtirar ma huwiex biżżejjed sabiex iġibuh fost il-benefiċċji tax-xjuħija taħt l-Artikolu 3(1). Kif spjegat mill-aġent għas-Slovakkja waqt is-seduta, l-allowance addizzjonali hija marbuta biss mar-riċevituri tal-pensjoni tax-xjuħija li jirċievu l-ammont massimu tal-benefiċċju stabbilit mil-liġi tal-Istat Membru, li għandu l-effett li jnaqqas is-somma mħallsa lil dawn il-persuni. L-eliġibbiltà għall-allowance addizzjonali ma għandha l-ebda rabta fil-liġi mar-riċeviment tal-pensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-allowance addizzjonali tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>benefiċċju tax-xjuħija<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004, u għaldaqstant bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali, għandhom jiġu eżaminati l-elementi li jikkostitwixxu dan il-vantaġġ, b’mod partikolari l-iskop tiegħu u l-kundizzjonijiet għall-għoti tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Slovakka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, EU:C: <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-allowance addizzjonali tingħata lil persuni li kisbu livell għoli ta’ prestazzjoni f’avvenimenti sportivi internazzjonali. Hija maħsuba bħala premju għal din il-prestazzjoni, u sabiex tinkoraġġixxi lill-atleti żgħażagħ. Jien għalhekk nikkonkludi li l-allowance addizzjonali hija iktar simili għall-bonus tal-Milied fil-kawża Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Slovakka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, u meqjus li ma jammontax għal benefiċċju tax-xjuħija taħt l-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004, milli għall-paga tal-vaganzi mħallsa esklużivament lill-benefiċjarji ta’ pensjoni tal-irtirar jew superstiti, u ffinanzjata mill-istess riżorsi bħal dawk previsti għall-finanzjament tal-pensjoni fil-kawża Noteboom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Noteboom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:51">EU:C:2005:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, u li kienet meqjusa bħala benefiċċju tax-xjuħija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>B’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat u aġġorant permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), u emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98 tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 308). Din id-dispożizzjoni tħassret permezz tal-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).</P></NOTE>. F’dan il-każ, l-allowance addizzjonali hija ffinanzjata, mhux mill-istess fond bħall-pensjonijiet, iżda direttament mill-Istat u, kif spjegat hawn fuq ma għandha l-ebda rabta mas-sistema tal-pensjoni, għajr it-tnaqqis għall-ex atleti li jirċievu l-pensjoni massima tax-xjuħija taħt id-dritt Slovakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Filwaqt li nirrikonoxxi li l-allowance inkwistjoni fil-kawża Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja tħallset lil grupp wiesa’ ta’ benefiċjarji, u l-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża prinċipali lil grupp ristrett, in-numru diskret ta’ benefiċjarji, marbut ma’ dak ta’ prestazzjonijiet miksuba f’avvenimenti sportivi elite, iservi biss biex jenfasizza d-differenza bejn din l-allowance u s-supplimenti li huma marbuta mal-pensjoni tax-xjuħija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-benefiċċji speċjali mhux kontributorji previsti fl-Artikoli 3(3) u 70 tar-Regolament Nru 883/2004, naqbel mal-argumenti tar-Repubblika Slovakka fil-punt 34 hawn fuq, fis-sens li huwa impossibbli li l-allowance addizzjonali tiddaħħal fl-Artikolu 70. Ninnota li l-Artikolu 3(5)(a) jeskludi b’mod espliċitu l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>assistenza soċjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850327">27 ta’ Marzu 1985</DATE>, <NAME.CASE>Hoeckx</NAME.CASE> (<NO.CASE>249/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:139">EU:C:1985:139</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, u li l-Artikolu 70(2)(a)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 jirreferi lura għall-fergħat tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1), li huma intiżi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>sabiex ikopru b’mod komplementari, sussidjarju jew ta’ sostituzzjoni, ir-riskji [elenkati] fl-Artikolu 3(1)<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Skalka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑160/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:269">EU:C:2004:269</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-ħlas inkwistjoni kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>benefiċċju soċjali mhux kontributorju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</P></NOTE>. Kif spjegat fil-punt 41 ta’ dawn l-osservazzjonijiet, wasalt għall-konklużjoni li l-allowance addizzjonali ma tikkonċerna l-ebda waħda mill-kategoriji elenkati f’din id-dispożizzjoni u li hija pjuttost allowance speċifika intiża sabiex tippremja l-eċċellenza fl-isport. L-allowance addizzjonali ma hijiex prevista mill-Anness X tar-Regolament Nru 883/2004, u ma hijiex intiża sabiex tagħti livell minimu ta’ dħul għall-għajxien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-allowance addizzjonali lanqas ma taqa’ taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li l-karatteristiċi essenzjali tiegħu jeskludu l-benefiċċji li huma assoċjati mas-servizz mogħti lill-Istat. Skema ta’ rikonoxximent nazzjonali ma tistax taqa’ taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/11<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790531">31 ta’ Mejju 1979</DATE>, <NAME.CASE>Even u ONPTS</NAME.CASE> (<NO.CASE>207/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:144">EU:C:1979:144</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Baldinger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:535">EU:C:2004:535</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-assenza ta’ ħlas tal-allowance addizzjonali lil ċittadin Ċek residenti fis-Slovakkja tmur biss kontra l-għan li tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850327">27 ta’ Marzu 1985</DATE>, <NAME.CASE>Hoeckx</NAME.CASE> (<NO.CASE>249/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:139">EU:C:1985:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan jikkonċerna numru żgħir ta’ ħaddiema tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri ċ-ċittadini Ċeki li kienu rrappreżentaw lill-ex Repubblika taċ-Ċekoslovakkja u li jixtiequ jiċċaqilqu mir-Repubblika Ċeka għar-Repubblika Slovakka.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-fatt li l-allowance addizzjonali tiġi rriżervata biss għaċ-ċittadini Slovakki ma jirriżulta fl-ebda skoraġġiment globali jew ġenerali ta’ moviment għax-xogħol fis-Slovakkja madwar l-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930310">10 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑111/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:92">EU:C:1993:92</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’dak li jirrigwarda s-sitwazzjoni eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-perijodi ta’ residenza mitluba fil-Lussemburgu qabel ma tkun tista’ titħallas l-allowance tat-twelid u tal-maternità. Din affettwat lin-nisa kollha tal-Unjoni.</P></NOTE>, li jirriżulta mir-rifjut tal-awtoritajiet Slovakki li jħallsu l-allowance addizzjonali lil ċittadini Ċeki, għalkemm, kif spjegat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Slovakk u mill-aġent tagħhom waqt is-seduta, saru diskussjonijiet bejn iż-żewġ Stati Membri qabel l-adozzjoni tal-liġi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, rispons ikkoordinat kien previst fejn iż-żewġ pajjiżi jħallsu l-allowance addizzjonali liċ-ċittadini tagħhom stess, irrispettivament mir-residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Finalment, il-Kummissjoni bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Tas‑Hagen u Tas. F’din il-kawża, ir-rifjut tal-Gvern Olandiż li jħallas liċ-ċittadini tiegħu stess benefiċċju stabbilit għall-vittmi ċivili tal-gwerra minn dan il-gvern, minħabba r-residenza tagħhom fi Spanja, kien jaqa’ taħt il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ nazzjonalità taħt l-Artikolu 18 KE, iktar milli taħt sitwazzjoni purament interna, preċiżament minħabba li l-persuni kkonċernati kienu eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu billi marru u għexu fi Spanja, jiġifieri Stat Membru ieħor għajr dak li kienu ċittadini tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Tas-Hagen u Tas</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑192/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:676">EU:C:UE:C:2006:676</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>peress li l-eżerċizzju minn K. Tas-Hagen u minn R. A. Tas ta’ dritt rikonoxxut mill-ordinament ġuridiku Komunitarju affettwa d-dritt ta’ dawn ta’ l-aħħar li jiksbu benefiċċju previst mill-leġiżlazzjoni nazzjoni, tali sitwazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala purament interna u li m’għandha ebda rabta mad-dritt Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ibid., punt 28.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex ikkontestat li r-rikorrent qatt ma eżerċita d-dritt tiegħu tal-moviment liberu taħt l-Artikolu 45 TFUE. Għalhekk, filwaqt li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Tas Hagen u Tas tkun xierqa f’tilwima bejn ċittadin Ċek u l-awtoritajiet Ċeki tas-sigurtà soċjali fil-każ ta’ rifjut ta’ ħlas ta’ benefiċċju minħabba l-eżerċizzju minn ċittadin Ċek tad-dritt tiegħu għall-moviment liberu billi stabbilixxa r-residenza tiegħu fi Stat Membru differenti mir-Repubblika Ċeka, inkluża r-Repubblika Slovakka, dawn il-fatti ma seħħewx fil-kawża prinċipali. Iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jqiegħdu ċittadin Ċek li qatt ma eżerċita drittijiet ta’ moviment liberu kontra l-Istat Membru tar-residenza tiegħu, jiġifieri s-Slovakkja, fejn huwa dejjem għex sa mill-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>It-tilwima ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-dritt tal-Unjoni u għalhekk l-Artikolu 34 tal-Karta ma japplikax.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalhekk nipproponi li r-risposta għad-domanda preliminari magħmula min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka) għandha tkun kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>L-Artikolu 1(w), u l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, moqrija flimkien mad-dritt għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għal vantaġġi soċjali stipulat fl-Artikolu 34(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma jistgħux jiġu interpretati, fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali li tipprovdi li l-istituzzjoni Slovakka tas-sigurtà soċjali għandha tqis li l-kundizzjoni fundamentali li tagħti d-dritt għas-suppliment ta’ pensjoni lir-rappreżentanti sportivi hija n-nazzjonalità tal-applikant, anki jekk kundizzjoni legali oħra, jiġifieri l-fatt li jkun irrappreżenta lill-predeċessuri fid-dritt tal-Istat, inkluża r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka, tkun ukoll element tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>