<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-38/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0038</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:628">EU:C:2019:628</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20190729">29.7.2019</DATE> – Kawża C‑38/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Gambino u Hyka</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2012/29/UE</KEYWORD><KEYWORD>Standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 16 u 18</KEYWORD><KEYWORD>Smigħ tal-vittma minn qorti kriminali tal-ewwel istanza</KEYWORD><KEYWORD>Bidla fil-kompożizzjoni tal-Kulleġġ Ġudikanti</KEYWORD><KEYWORD>Repetizzjoni tas-smigħ tal-vittma fuq talba ta’ waħda mill-partijiet fil-proċeduri</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 47 u 48</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ xieraq u drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ immedjatezza</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-vittma għal protezzjoni matul il-proċeduri kriminali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑38/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Bari (il-Qorti ta’ Bari, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20171010">10 ta’ Ottubru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20180119">19 ta’ Jannar 2018</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Massimo Gambino,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Shpetim Hyka,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Procura della Repubblica presso il Tribunale di Bari,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ernesto Lappostato,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Banca Carige SpA – Cassa di Risparmio di Genova e Imperia,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. G. Marrone u D. Di Giorgio, avvocati dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn A. Kasalická, J. Vláčil u M. Smolek, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, inizjalment minn T. Henze, M. Hellmann u E. Lankenau, sussegwentement minn M. Hellmann u E. Lankenau, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u M. A. M. De Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 16, 18 u 20(b) tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="315" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 315, p. 57</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra Massimo Gambino u Shpetim Hyka minħabba reati ta’ ħasil ta’ flus u ta’ frodi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 11, 12, 20, 58 u 66 tad-Direttiva 2012/29:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(11)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tistipula regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta’ protezzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Id-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-awtur ta’ ksur. L-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>awtur ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> jirreferi għalpersuna li tkun ġiet misjuba ħatja ta’ reat. Madanakollu, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, huwa jirreferi wkoll għal persuna suspettata jew akkużata qabel kwalunkwe rikonoxximent ta’ ħtija jew kundanna, u huwa mingħajr preġudizzju għall-preżunzjoni ta’ innoċenza.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Ir-rwol tal-vittmi fis-sistema tal-ġustizzja kriminali u l-possibbiltà li huma jieħdu sehem attiv fil-proċedimenti kriminali jvarja minn Stat Membru għall-ieħor, skont is-sistema nazzjonali, u jiġu ddeterminati minn wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:jekk is-sistema nazzjonali tipprevedix status legali bħala parti għall-proċedimenti kriminali; jekk il-vittma tkunx taħt rekwiżit legali jew tkun mitluba tieħu sehem attiv fil-proċedimenti kriminali, per eżempju bħala xhieda; u/jewjekk il-vittma tkunx legalment intitolata skont il-liġi nazzjonali li tieħu sehem attiv fil-proċedimenti kriminali u tkun qed tfittex li tagħmel dan, fejn is-sistema nazzjonali ma tipprevedix li l-vittmi jkollhom status legali bħala parti għall-proċedimenti kriminali. L-Istati<?PAGE NO="3"?> Membri għandhom jiddeterminaw liema minn dawk il-kriterji japplikaw biex jiġi ddeterminat l-ambitu tad-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva, fejn ikun hemm referenzi għar-rwol tal-vittma fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(58)</NO.P><TXT>Vittmi li ġew identifikati bħala vulnerabbli għal vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, intimidazzjoni u ritaljazzjoni għandhom jingħataw il-miżuri adatti biex jipproteġuhom matul il-proċedimenti kriminali. In-natura eżatta ta’ tali miżuri għandha tiġi determinata permezz tal-valutazzjoni individwali, b’kont meħud tax-xewqa tal-vittma. Sa fejn kwalunkwe tali miżura għandha tiġi determinata mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u f’konformità mar-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja. It-tħassib u l-biża’ tal-vittmi b’rabta mal-proċedimenti għandhom ikunu fattur ewlieni fid-determinazzjoni ta’ jekk ikunux jeħtieġu xi mizura partikolari.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(66)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, tfittex li tippromwovi d-dritt għad-dinjità, għall-ħajja, għall-integrità fiżika u mentali, il-libertà u s-sigurtà, ir-rispett tal-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għall-proprjetà, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, id-drittijiet tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità, u d-dritt għal smigħ xieraq.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Objettivi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi fil-paragrafu (1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tiżgura li vittmi tal-kriminalità, jirċievu informazzjoni, appoġġ u protezzjoni xierqa u li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċedimenti kriminali.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi huma rikonoxxuti u trattati b’rispett, b’mod sensittiv, speċifikament indirizzat,professjonali u mhux diskriminatorju, fil-kuntatti kollha b’appoġġ għall-vittmi jew bis-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva jew awtorità kompetenti, li topera fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali. Id-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-vittmi b’mod mhux diskriminatorju, inkluż fir-rigward tal-istatus ta’ residenza tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Id-dritt li wieħed jinstema’<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jistgħu jinstemgħu waqt il-proċedimenti kriminali u jkunu jistgħu jipprovdu xhieda. Fejn il-vittma li tkun għadha tfal tkun ser tinstema’, għandha titqies l-età u l-maturità tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli proċedurali li taħthom il-vittmi jistgħu jinstemgħu waqt il-proċedimenti kriminali u jistgħu jipprovdu xhieda għandhom ikunu determinati mil-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-istess direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Dritt għal deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtur ta’ ksur matul il-proċedimenti kriminali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul il-proċedimenti kriminali, il-vittmi jkunu intitolati li jiksbu deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtur ta’ ksur, fi żmien raġonevoli, ħlief fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li tali deċiżjoni ssir fi proċedimenti legali oħrajn..</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri biex iħeġġu lill-awturi ta’ ksur jipprovdu kumpens adegwat lill-vittmi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/29, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Dritt għal protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Bla preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri disponibbli għall-protezzjoni tal-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom minn vitimizzazzjoni sekondarja u repetuta, minn intimidazzjoni u minn ritaljazzjoni, inkluż kontra r-riskju ta’ ħsara emozzjonali jew psikoloġika, u għall-protezzjoni tad-dinjità tal-vittmi waqt l-interrogazzjoni u meta jagħtu x-xhieda tagħhom. Meta meħtieġ, tali miżuri għandhom jikludu wkoll proċeduri stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali għall-protezzjoni fiżika tal-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Dritt għall-protezzjoni tal-vittmi waqt l-investigazzjonijiet kriminali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Bla preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u f’konformità mar-regoli ta’ diskrezzjoni ġudizzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt investigazzjonijiet kriminali:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-għadd ta’ intervisti mal-vittmi jkun limitat kemm jista’ jkun u l-intervisti jsiru biss fejn strettament meħtieġ għall-iskopijiet tal-investigazzjonijiet kriminali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-imsemmija direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Valutazzjoni individwali tal-vittmi biex jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi ssirilhom valutazzjoni individwali u f’waqtha, skont il-proċeduri nazzjonali, biex jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni u biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt jibbenefikaw minn miżuri speċjali matul il-proċedimenti kriminali, kif previst fl-Artikoli 23 u 24, minħabba li jkunu partikolarment vulnerabbli għal vitimizzazzjoni sekondarja u repetuta, għal intimidazzjoni u għal ritaljazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-valutazzjoni għandha tieħu kont partikolarment ta’:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-karatteristiċi personali tal-vittma;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-tip jew in-natura tal-att kriminali; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>iċ-ċirkostanzi tal-att kriminali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kuntest tal-valutazzjoni individwali, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil vittmi li jkunu ġarrbu ħsara konsiderevoli minħabba s-severità u tal-att kriminali; vittmi li jkunu ġarrbu att kriminali mwettaq bi preġudizzju jew raġuni diskriminatorja, li jista’, b’mod partikolari, jkun marbuta mal-karatteristiċi personali tagħhom; vittmi li r-relazzjoni tagħhom ma’ u d-dipendenza tagħhom fuq l-awtur ta’ reat tagħmilhom partikolarment vulnerabbli. F’dan ir-rigward, vittmi ta’ terroriżmu, kriminalità organizzata, traffikar tal-bnedmin, vjolenza abbażi tas-sessi, vjolenza f’relazzjonit mill-qrib, vjolenza sesswali, sfruttament jewreati ta’ mibegħda, u vittmi b’diżabbiltàgħadhom jitqiesu kif dovut.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-fini ta’ din id-Direttiva, vittmi tfal għandhom jitqiesu li għandhom ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom għal vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, għal intimidazzjoni u għal ritaljazzjoni. Biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt huma jibbenefikaw minn miżuri speċjali kif previsti skont l-Artikoli 22[23] u 24, il-vittmi tfal għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni individwali kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="022.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-ambitu tal-valutazzjoni individwali jista’ jiġi adattat skont il-gravità tal-att kriminali u l-livell ta’ ħsara viżibbli li tkun ġarrbet il-vittma.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Tali valutazzjoni individwali għandha ssir b’involviment mill-qrib tal-vittmi u għandha tieħu kont tax-xewqat tagħhom inkluż fejn ma jkunux jixtiequ jibbenefikaw minn miżuri speċjali prevsiti fl-Artikoli 22[23] u 24.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-elementi li jiffurmaw il-bażi tal-valutazzjoni individwali ikunu nbidlu b’mod sinifikanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din tkun aġġornata matul il-proċedimenti kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-istess direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Dritt għall-protezzjoni ta’ vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni waqt il-proċedimenti kriminali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u skont ir-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni li jibbenefikaw minn miżuri speċjali identifikati bħala riżultat ta’ valutazzjoni individwali prevista fl-Artikolu 22(1) jistgħu jibbenefikaw mill-miżuri previsti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Miżura speċjali prevista wara l-valutazzjoni individwali mżgħandiex titpoġġa għad-dispożizzjoni jekk restrizzjonijiet operazzjonali jew prattiċi jagħmlu dan impossibbli, jew fejn ikun hemm ħtieġa urġenti li tiġi interrogata l-vittma u jekk dan ma jsirx tkun tista’ ssir ħsara lill-vittma jew persuna oħra jew tista’ tippreġudika l-kors tal-proċedimenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-miżuri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli matul l-investigazzjonijiet kriminali għal vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni identifikati skont l-Artikolu 22(1):</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>interrogazzjonijiet mal-vittma jiġu mwettqa f’binjiet imfasslin jew addattati għal dak l-iskop;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>interrogazzjonijiet mal-vittma jiġu mwettqa minn jew permezz ta’ professjonisti mħarrġa għal dak il-għan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-intervisti kollha tal-vittma jitwettqu mill-istess persuni sakemm dan ma jmurx kontra l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-intervisti kollha mal-vittmi ta’ vjolenza sesswali, vjolenza abbażi tas-sessi jew vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib, sakemm ma jsirux minn prosekutur jew imħallef, isiru minn persuna tal-istess sess bħall-vittma, jekk il-vittma tkun tixtieq hekk, sakemm il-kors tal-proċedimenti kriminali ma jiġix ippreġudikat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-miżuri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għal vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni identifikati skont l-Artikolu 22(1) matul il-proċediment tal-qorti:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>miżuri biex jiġi evitat kuntatt viżwali bejn il-vittmi u l-awturi ta’ ksur matul l-għoti ta’ xhieda, b’mezzi adatti inkluż l-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>miżuri biex jiġi żgurat li l-vittma tkun tista’ tixhed fl-awla tal-qorti mingħajr ma tkun preżenti, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni xierqa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>miżuri biex jiġu evitati mistoqsijiet mhux meħtieġa dwar il-ħajja privata tal-vittma mhux marbuta mar-reat kriminali; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>miżuri li jippermettu li jsir smigħ mingħajr il-preżenza tal-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 511 tal-codice di procedura penale (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Qari awtorizzat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi, fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="511.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti għandha tiddeċiedi, jekk ikun il-każ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, li l-atti tal-proċess għandhom jinqraw, kompletament jew parzjalment, għall-finijiet tad-diskussjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="511.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qari tal-proċessi verbal tal-għoti tax-xhieda għandu jiġi deċiż biss wara s-smigħ tax-xhud, ħlief fl-assenza ta’ smigħ.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 525 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Immedjatezza tad-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi, fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="525.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sentenza għandha tingħata immedjatament wara l-għeluq tad-diskussjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="525.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt piena ta’ nullità assoluta, l-Imħallfin li jagħtu s-sentenza għandhom ikunu dawk li pparteċipaw għad-diskussjoni. Jekk Imħallfin sostitwenti jissejħu sabiex jikkompletaw il-Kulleġġ Ġudikanti, b’sostituzzjoni għall-Imħallfin impediti, id-deċiżjonijiet diġà mogħtija u mhux espressament irrevokati għandhom iżommu l-effettività tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li M. Gambino u S. Hyka huma akkużati quddiem it-Tribunale di Bari (il-Qorti ta’ Bari, l-Italja) b’reati ta’ ħasil ta’ flus u ta’ frodi, hekk kif previsti mill-Kodiċi Kriminali Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Minn din id-deċiżjoni jirriżulta wkoll li, skont id-deskrizzjoni tal-fatti tal-akkuża, il-vittmi ta’ din il-frodi allegata huma Ernesto Lappostato u Gianluca Menini. E. Lappostato deher <HT TYPE="ITALIC">parte civile</HT> u talab li M. Gambino jiġi kkundannat jikkumpensah għad-danni subiti minħabba l-aġir kriminali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Waqt seduta li nżammet fl‑<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, E. Lappostato u G. Menini nstemgħu fil-kwalità ta’ xhieda mill-Kulleġġ Ġudikanti tat-Tribunale di Bari (il-Qorti ta’ Bari), komposta minn tliet Imħallfin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20170221">21 ta’ Frar 2017</DATE>, inżammet seduta ġdida quddiem l-istess Kulleġġ Ġudikanti, iżda madankollu l-kompożizzjoni tagħha nbidlet wara l-assenjazzjoni, lil qorti oħra, ta’ wieħed mit-tliet Imħallfin li kienu pparteċipaw fis-seduta tal‑<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Waqt din is-seduta tal‑<DATE ISO="20170221">21 ta’ Frar 2017</DATE>, id-difensur ta’ M. Gambino talab, abbażi tal-Artikoli 511 u 525 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, ir-repetizzjoni tas-smigħ kollu tax-xhieda mwettaq sa din id-data, b’mod partikolari dak tal-vittmi tal-frodi allegata. Huwa ressaq mill-ġdid din it-talba matul seduta li nżammet fl‑<DATE ISO="20171010">10 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Artikolu 525 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jistabbilixxi l-prinċipju ta’ immedjatezza, li jikkonsisti mhux biss f’li jiġi ggarantit li s-sentenza tingħata immedjatament wara l-għeluq tad-diskussjonijiet, iżda wkoll li l-Imħallfin li jagħtu s-sentenza jkunu l-istess bħal dawk li assistew għad-diskussjonijiet. Dan l-aħħar rekwiżit huwa bbażat fuq l-idea li l-Imħallfin li jiddeċiedu dwar ir-responsabbiltà kriminali tal-persuna akkużata għandhom ikunu l-istess bħal dawk li assistew għall-produzzjoni tal-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li hija għandha dubji dwar il-konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, hekk kif interpretata mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja), li tipprovdi li, fil-każ ta’ repetizzjoni tad-diskussjoni minħabba bidla fil-kompożizzjoni ta’<?PAGE NO="7"?> Kulleġġ Ġudikanti kolleġġjali jew ta’ Imħallef uniku, is-sentenza ma tistax tkun ibbażata fuq ix-xhieda miġbura mill-Kulleġġ Ġudikanti inizjali, fuq il-bażi tal-qari biss tal-proċess verbal, mingħajr ma jinstema’ mill-ġdid ix-xhud, jekk smigħ ġdid ikun għadu possibbli u dan ikun intalab minn waħda mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta tiġi deċiża r-repetizzjoni tad-diskussjoni wara bidla fil-kompożizzjoni tal-Kulleġġ Ġudikanti u l-qorti taċċetta l-prova permezz ta’ għoti ta’ xhieda mitlub mill-ġdid, il-qari tal-proċessi verbal tax-xhieda diġà mogħtija jkun possibbli biss, fuq il-bażi tal-Artikolu 511 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, bil-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, tali interpretazzjoni tagħti lok għal abbużi min-naħa tad-difiża, peress li fil-fatt din tista’ tirrifjuta li l-Imħallfin jipproċedu għall-qari tal-proċess verbal ta’ xhieda diġà mogħtija u, għaldaqstant, timponi smigħ ġdid tal-vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 511(2) u l-Artikolu 525(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, hekk kif interpretati mill-ġurisprudenza nazzjonali, ma humiex konformi mad-Direttiva 2012/29, li timponi lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni li tiżgura l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità fil-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal‑<DATE ISO="20010315">15 ta’ Marzu 2001</DATE> dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72), li ġiet issostitwita bid-Direttiva 2012/29, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 56 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050616">16 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Pupino</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑105/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:386">EU:C:2005:386</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iddeċidiet li sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn din id-deċiżjoni qafas jeħtieġ li qorti nazzjonali jkollha l-possibbiltà, għall-vittmi partikolarment vulnerabbli, tuża’ proċedura speċjali, bħall-proċedura inċidentali ta’ produzzjoni antiċipata tal-prova prevista fid-dritt ta’ Stat Membru, kif ukoll il-modalitajiet partikolari ta’ depożizzjoni wkoll previsti, jekk din il-proċedura tissodisfa l-aħjar is-sitwazzjoni ta’ dawn il-vittmi u hija meħtieġa sabiex jiġi evitat li jintilfu xi elementi ta’ prova, sabiex titnaqqas għall-minimu r-repetizzjoni tal-eżamijiet u sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi dannużi, għall-imsemmija vittmi, tad-depożizzjoni tagħhom f’seduta pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, ir-repetizzjoni tas-smigħ tal-vittma tidher li tmur kontra l-prinċipji stabbiliti f’din is-sentenza, sa fejn il-qari tal-proċessi verbal tax-xhieda inizjalment mogħtija pubblikament, b’osservanza għall-kontradittorju u quddiem qorti imparzjali, bl-ebda mod ma jippreġudika d-dritt għal smigħ xieraq li minnu tibbenefika l-persuna akkużata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-ibbilanċjar bejn ir-rispett tad-dinjità tal-vittma u d-dritt għal smigħ xieraq tal-persuna akkużata għandu jkun konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, hekk kif previst fl-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Fl-istess ħin, id-dritt għal smigħ xieraq, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), u fl-Artikolu 47 tal-Karta, ma għandux jiġi strumentalizzat sabiex jitwettaq abbuż ta’ dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, minbarra li timponi tbatija psikoloġika addizzjonali fuq il-vittma, ir-repetizzjoni tas-smigħ tagħha twassal għal estensjoni għolja tal-proċeduri kriminali, bi ksur tar-rekwiżit ta’ tul raġonevoli tal-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Bari (il-Qorti ta’ Bari) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-Artikoli 16, 18 u 20(b) tad-Direttiva [2012/29] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-vittma jkollha terġa’ tixhed f’seduta quddiem qorti b’kompożizzjoni ġdida meta waħda mill-partijiet fil-proċeduri tirrifjuta, skont l-Artikoli 511(2) u 525(2) tal-[Kodiċi tal-Proċedura Kriminali] (kif<?PAGE NO="8"?> jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita f’dan il-qasam), li tagħti l-kunsens tagħha sabiex jinqara l-proċess verbal tal-istqarrijiet li saru qabel mill-istess vittma fl-osservanza tal-kontradittorju quddiem qorti b’kompożizzjoni differenti fl-istess proċeduri?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 16, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 20(b) tad-Direttiva 2012/29 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta l-vittma ta’ reat kriminali tkun instemgħet l-ewwel darba mill-Kulleġġ Ġudikanti ta’ qorti kriminali tal-ewwel istanza u l-kompożizzjoni ta’ dan il-Kulleġġ sussegwentement tinbidel, din il-vittma għandha, bħala prinċipju, terġa’ tinstema’ mill-Kulleġġ kompost mill-ġdid, meta waħda mill-partijiet fil-proċeduri tirrifjuta li l-imsemmi Kulleġġ jibbaża ruħu fuq il-proċess verbal tal-ewwel smigħ tal-imsemmija vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2012/29, din għandha bħala għan li tiggarantixxi li l-vittmi tal-kriminalità jirċievu informazzjoni, appoġġ u protezzjoni xierqa u jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu qabel kollox jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 20(b) ta’ din id-direttiva, bla ħsara għad-drittijiet tad-difiża u b’osservanza għas-setgħa diskrezzjonali tal-qorti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul l-investigazzjoni kriminali, in-numru ta’ smigħ tal-vittma jkun limitat għall-minimu u li s-smigħ isir biss sa fejn ikun strettament neċessarju għall-iżvolġiment tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>investigazzjonijiet kriminali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 23(2) u (3) tad-Direttiva 2012/29, din tagħmel distinzjoni bejn il-fażi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>investigazzjonijiet kriminali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u dik tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>proċediment tal-qorti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (COM(2011) 275 finali), li minnha toriġina d-Direttiva 2012/29, kienet tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-numru ta’ smigħ ikun limitat għall-minimu, fejn dan isir biss sa fejn ikun strettament neċessarju għall-iżvolġiment tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>proċeduri kriminali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ix-xogħol preparatorju tad-Direttiva 2012/29 għaldaqstant jikkonferma li, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 20(b) ta’ din tal-aħħar hekk kif adottat mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, dan tal-aħħar għażel li jirrestrinġi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għall-fażi tal-investigazzjoni kriminali biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-eventwali repetizzjoni tas-smigħ tal-vittma fil-kawża prinċipali sseħħ fil-kuntest tal-fażi ġudizzjarja tal-proċeduri kriminali, inkwantu M. Gambino ntbagħat lura quddiem Kulleġġ Ġudikanti ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 20(b) tad-Direttiva 2012/29 ma japplikax għal tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, billi tistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-numru ta’ smigħ ikun limitat għall-minimu, din id-dispożizzjoni ma tirrikjedix li l-vittma ta’ reat kriminali tinstema’ darba waħda biss mill-qorti li tagħti s-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 16 u 18 tad-Direttiva 2012/29, għandu jiġi rrilevat li din id-direttiva, skont il-premessa 12 tagħha, tipprevedi li d-drittijiet li hija tistabbilixxi huma bla ħsara għad-drittijiet tal-awtur tar-reat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi, u kull persuna għandu jkollha l-possibbiltà li tieħu parir, ikollha difiża u tkun irrappreżentata. Barra minn hekk, l-Artikolu 48(2) tal-Karta jipprovdi li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi ggarantit lil kull akkużat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Sa fejn il-Karta tinkludi drittijiet li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-KEDB, l-Artikolu 52(3) tal-Karta huwa intiż li jiżgura l-koerenza meħtieġa bejn id-drittijiet inklużi fiha u d-drittijiet korrispondenti ggarantiti mill-KEDB, u dan mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180320">20 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Menci</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:197">EU:C:2018:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Skont l-ispjegazzjonijiet relatati mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta jikkorrispondi għall-Artikolu 6(1) tal-KEDB u l-Artikolu 48 tal-Karta huwa l-istess bħall-Artikolu 6(2) u (3) tal-KEDB. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tħares li l-interpretazzjoni li hija tagħmel tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48 tal-Karta tiżgura livell ta’ protezzjoni li ma jmurx kontra dak iggarantit mill-Artikolu 6 tal-KEDB, hekk kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ara,b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑175/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:776">EU:C:2018:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-istess sens, fir-rigward tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220, li ġiet issostitwita bid-Direttiva 2012/29, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din kellha tiġi interpretata b’tali mod illi jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali, fosthom, b’mod partikolari, għandu jiġi indikat id-dritt għal smigħ xieraq, kif iddikjarat fl-Artikolu 6 tal-KEDB u interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050616">16 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Pupino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:386">EU:C:2005:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Katz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:553">EU:C:2008:553</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-prinċipji ta’ smigħ xieraq jeżiġu li, fil-każijiet xierqa, l-interessi tad-difiża jiġu bbilanċjati ma’ dawk tax-xhieda jew tal-vittmi msejħa jagħtu d-depożizzjoni tagħhom (il-Qorti EDB, <DATE ISO="19960326">26 ta’ Marzu 1996</DATE>, Doorson vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, CE:ECHR:1996:0326JUD002052492, punt 70, u l-Qorti EDB, <DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Marcello Viola vs L‑Italja, CE:ECHR:2006:1005JUD004510604, punt 51).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, dawk li għandhom ir-responsabbiltà li jiddeċiedu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-akkużat għandhom, bħala prinċipju, jisimgħu lix-xhieda personalment u jevalwaw il-kredibbiltà tagħhom. L-evalwazzjoni tal-kredibbiltà ta’ xhud hija kompitu kumpless, li, normalment, ma jistax jitwettaq permezz ta’ sempliċi qari tal-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tiegħu, kif riprodotti fil-proċessi verbal tas-smigħ (il-Qorti EDB, <DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, Dan vs il-Moldova, CE:ECHR:2011:0705JUD000899907, punt 33, u l-Qorti EDB, <DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>, Lorefice vs L‑Italja, CE:ECHR:2017:0629JUD006344613, punt 43).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’hekk, wieħed mill-elementi importanti ta’ proċess kriminali ta’ natura xierqa huwa l-possibbiltà li l-akkużat jikkonfronta lix-xhieda fil-preżenza tal-Imħallef li fl-aħħar jiddeċiedi. Dan il-prinċipju ta’ immedjatezza huwa garanzija importanti tal-proċess kriminali inkwantu l-osservazzjonijiet magħmula mill-Imħallef fir-rigward tal-aġir u tal-kredibbiltà ta’ xhud jista’ jkollhom konsegwenzi serji għall-akkużat. Għalhekk, bidla fil-kompożizzjoni tal-qorti li tagħti s-sentenza wara s-smigħ ta’ xhud importanti għandha, bħala prinċipju, twassal għal smigħ ġdid ta’ dan tal-aħħar (il-Qorti EDB, <DATE ISO="20040309">9 ta’ Marzu 2004</DATE>, Pitkänen vs Il‑Finlandja, CE:ECHR:2004:0309JUD003050896, punt 58, u l-Qorti EDB, <DATE ISO="20140318">18 ta’ Marzu 2014</DATE>, Beraru vs Ir‑Rumanija, CE:ECHR:2014:0318JUD004010704, punt 64).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, il-prinċipju ta’ immedjatezza ma jistax jitqies bħala li jipprekludi kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni ta’ qorti matul l-iżvolġiment ta’ proċess. Problemi amministrattivi jew proċedurali partikolarment evidenti jistgħu jinqalgħu u jirrendu impossibbli l-parteċipazzjoni kontinwa ta’ Imħallef fil-proċess. Jistgħu jittieħdu miżuri sabiex l-Imħallfin li jkomplu l-kawża jifhmu sewwa l-elementi u<?PAGE NO="10"?> l-argumenti tagħha, pereżempju billi jingħatawlhom il-proċessi verbal meta l-kredibbiltà tax-xhud inkwistjoni ma hijiex ikkontestata, jew billi jiġu organizzati sottomissjonijiet orali ġodda jew smigħ ġdid ta’ xhieda importanti quddiem il-qorti komposta mill-ġdid (il-Qorti EDB, <DATE ISO="20141202">2 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Cutean vs Ir‑Rumanija, CE:ECHR:2014:1202JUD005315012, punt 61, u l-Qorti EDB, <DATE ISO="20161206">6 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Škaro vs Il‑Kroazja, CE:ECHR:2016:1206JUD000696213, punt 24).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tingħata risposta għad-domanda dwar l-Artikoli 16 u 18 tad-Direttiva 2012/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li r-repetizzjoni tas-smigħ tal-vittma wara l-bidla fil-kompożizzjoni tal-Kulleġġ Ġudikanti tmur kontra l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva, li l-paragrafu (1) tiegħu jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittma jkollha d-dritt li tikseb deċiżjoni f’terminu raġonevoli dwar il-kumpens mill-awtur tar-reat fil-kuntest tal-proċeduri kriminali, ħlief fil-każ fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi li din id-deċiżjoni għandha tittieħed fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis għalhekk li l-kumpens fi żmien xieraq tad-dannu subit mill-vittma, previst f’dan l-Artikolu 16, isir ineffettiv minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għall-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċeduri l-possibbiltà li ma jiġix irrepetut is-smigħ tal-vittma quddiem l-Imħallfin tal-Kulleġġ Ġudikanti kompost mill-ġdid. B’mod partikolari, din il-qorti tqis li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tippermetti abbużi minn naħa tad-difiża, peress li r-rifjut tagħha li tagħti l-kunsens tagħha għall-qari tax-xhieda diġà mogħtija mill-vittma għandu l-effett li jtawwal it-tul tal-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-repetizzjoni tas-smigħ tal-vittma fil-każ ta’ bidla fil-kompożizzjoni tal-Kulleġġ Ġudikanti li quddiemu hija kienet inizjalment instemgħet ma timplikax, fiha nnifisha, li ma jistax jiġi deċiż f’terminu raġonevoli dwar il-kumpens ta’ din il-vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 128 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dritt previst fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2012/29 favur il-vittma ta’ reat ma jistax jaffettwa t-tgawdija effettiva tad-drittijiet proċedurali rrikonoxxuti lill-persuna akkużata, hekk kif indikati fil-punti 42 u 43 ta’ din is-sentenza, li fosthom hemm il-prinċipju ta’ immedjatezza, meta l-kompożizzjoni tal-Kulleġġ Ġudikanti nbidlet, peress li dan il-fatt ma huwiex imputabbli lil din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinvoka wkoll l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/29, li jipprovdi li, bla ħsara għad-drittijiet tad-difiża, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri sabiex jipproteġu lill-vittma u lill-membri tal-familja tagħha minn vitimizzazzjoni sekondarja u repetuta, minn intimidazzjoni u minn ritaljazzjoni, inkluż kontra r-riskju ta’ dannu emozzjonali jew psikoloġiku, u sabiex jipproteġu d-dinjità tal-vittma waqt is-smigħ u l-għoti tax-xhieda tagħha, fejn dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll, jekk ikun meħtieġ, proċeduri stabbiliti bis-saħħa tad-dritt nazzjonali li jippermettu l-protezzjoni tal-integrità fiżika tal-vittma u tal-membri tal-familja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, mill-formulazzjoni ta’ dan l-artikolu ma jirriżultax li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda, fost il-miżuri intiżi sabiex jipproteġu lill-vittma ta’ reat kriminali, il-limitazzjoni għal smigħ wieħed biss tagħha matul il-proċedura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/29 jagħti lill-vittma d-dritt għal protezzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[b]la preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Fl-istess sens, il-premessa 58 ta’ din id-direttiva tiddikjara li l-portata tal-miżuri ta’ protezzjoni xierqa matul il-proċedura kriminali għall-vittmi identifikati bħala vulnerabbli għall-vitimizzazzjoni sekondarja u repetuta, għall-intimidazzjoni u għar-ritaljazzjoni kellha tiġi ddeterminata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u f’konformità mar-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 73 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk stabbilixxa fid-Direttiva 2012/29, għall-benefiċċju tal-vittma, drittijiet li l-eżerċizzju tagħhom ma jistax jippreġudika d-dritt għal smigħ xieraq u d-drittijiet tad-difiża ta’ persuna akkużata, rispettivament stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u fl-Artikolu 48(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/29 ma jipprekludix, bħala prinċipju, li, fil-każ ta’ bidla fil-kompożizzjoni tal-Kulleġġ Ġudikanti, il-vittma ta’ reat kriminali terġa’ tinstema’ minn dan il-Kulleġġ fuq talba ta’ waħda mill-partijiet fil-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 116 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-użu bħala prova tal-proċess verbal tal-għoti tax-xhieda ta’ vittma huwiex possibbli, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk is-smigħ tagħha jistax ikun ta’ natura determinanti għall-finijiet tal-kundanna tal-persuna akkużata u jiżguraw, permezz ta’ garanziji proċedurali suffiċjenti, li l-amministrazzjoni tal-provi fil-kuntest tal-proċeduri kriminali ma tippreġudikax in-natura xierqa ta’ dawn il-proċeduri, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, u lanqas id-drittijiet tad-difiża, fis-sens tal-Artikolu 48(2) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, fil-kawża prinċipali, kundizzjonijiet partikolari bħal dawk imsemmija fil-punt preċedenti jistgħux iwasslu sabiex il-vittma tar-reat kriminali inkwistjoni ma terġax tinstema’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, fil-każ fejn jiġi deċiż favur smigħ tal-vittma mill-Kulleġġ Ġudikanti fil-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwettqu, skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2012/29, evalwazzjoni individwali ta’ din il-vittma sabiex jidentifikaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħha fil-qasam tal-protezzjoni u, jekk ikun il-każ, sabiex hija tkun tista’ tibbenefika mill-miżuri ta’ protezzjoni previsti fl-Artikoli 23 u 24 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija wkoll il-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li l-vittma inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandhiex ħtiġijiet speċifiċi fil-qasam tal-protezzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 16 u 18 tad-Direttiva 2012/29 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta l-vittma ta’ reat kriminali tkun instemgħet l-ewwel darba mill-Kulleġġ Ġudikanti ta’ qorti kriminali tal-ewwel istanza u l-kompożizzjoni ta’ dan il-Kulleġġ sussegwentement tinbidel, din il-vittma għandha, bħala prinċipju, terġa’ tinstema’ mill-Kulleġġ kompost mill-ġdid, meta waħda mill-partijiet fil-proċeduri tirrifjuta li l-imsemmi Kulleġġ jibbaża ruħu fuq il-proċess verbal tal-ewwel smigħ tal-imsemmija vittma.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 16 u 18 tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta l-vittma ta’ reat kriminali tkun instemgħet l-ewwel darba<?PAGE NO="12"?> mill-Kulleġġ Ġudikanti ta’ qorti kriminali tal-ewwel istanza u l-kompożizzjoni ta’ dan il-Kulleġġ sussegwentement tinbidel, din il-vittma għandha, bħala prinċipju, terġa’ tinstema’ mill-Kulleġġ kompost mill-ġdid, meta waħda mill-partijiet fil-proċeduri tirrifjuta li l-imsemmi Kulleġġ jibbaża ruħu fuq il-proċess verbal tal-ewwel smigħ tal-imsemmija vittma.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>