Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0011 - 0012
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2001 tat-23 Novembru 2001 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/288/KE li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE fil-għamla ta' kooperazzjoni bejn iċ-ċentru ospiti ta' l-ANIMO u l-Istati Membri [2] li trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/351/KE tat-3 ta' Mejju 2000 dwar il-proċedura għan-nomina ta' server komuni ġdid għas-sistema integrata veterinarja kkomputerizzata [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (4) Din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għal Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 12 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/486/KEE): "- 32000 D 0288: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/288/KE ta' l-4 ta' April 2000 (ĠU L 98, tad-19.4.2000, p. 37)." 2. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 103 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/350/KE) fi: "104. 32000 D 0351: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/351/KE tat-3 ta' Mejju 2000 dwar il-proċedura għan-nomina ta' server komuni ġdid għas-sistema integrata veterinarja kkomputerizzata (ĠU L 124 tal-25.5.2000, p. 61). Dan il-att japplika wkoll għall-Islanda." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2000/288/KE u 2000 351/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-24 ta' Novembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-Żona EE [4]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 6. [2] ĠU L 98, tad-19.4.2000, p. 37. [3] ĠU L 124 tal-25.5.2000, p. 61. [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------