31964L0433



Official Journal 121 , 29/07/1964 P. 2012 - 2032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0089
Danish special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0175
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0089
English special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0185
Greek special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0129
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 1 P. 0101
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 1 P. 0101


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-26 ta’ Ġunju 1964

fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ ġewwa l-Kommunità ta’ prodotti tal-laħam.

(64/433/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 20 [3] dwar it-twaqqif progressiv ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-majjal hu diġa’ fis-seħħ u Regolament simili għandu jiġi adottat għaċ-ċanga u l-vitella;

Billi r-Regolament Nru 20 jissostitwixxi għal tradizzjonijiet numerużi ta’ protezzjoni fil-fruntiera sistema waħda mfassla partikolarment biex tiffaċilita l-kummerċ ġewwa l-Komunità, fejn ir-Regolament li għandu jiġi adottat għaċ-ċanga u vitella hu wkoll magħmul biex jelimina ostakli f’ċertu kummerċ;

Billi, sakemm il-kummerċ ġewwa l-Komunità ikun imfixkel minn differenzi bejn rekwiżiti tas-saħħa ta' l-Istati Membri dwar il-laħam, l-implimentazzjoni tar-Regolamenti hawn fuq imsemmija mhux ser ikollhom l-effett mixtieq;

Billi, biex jiġu eliminati ċerti differenzi, id-disposizzjonijiet tas-saħħa ta' l-Istati Membri jridu jkunu approssimati skond ir-Regolamenti diġà adottati jew fi preparazzjoni fuq it-twaqqif progressiv ta’ organizzazzjoni tas-swieq komuni;

Billi l-oġġettiv ta’din l-approssimazzjoni partikolarment biex tillivella rekwiżiti tas-saħħa għal-laħam fil-biċċeriji u fil-kmamar tat-tqattigħ u matul il-ħażna u t-trasport; billi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-approvazzjoni għall-kummerċ ġewwa l-Komunità, biċċeriji u impjanti għal qtugħ li jilħqu l-ħtiġiet tas-saħħa mniżżla f’din id-Direttiva u sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet għal ċerta approvazzjoni jkunu osservati; billi disposizzjonijiet għandhom ukoll ikunu għall-approvazzjoni ta’ mħażen li jkessħu mill-Istati Membri;

Billi l-ħarġa taċ-ċertifikat ippreparat minn uffiċjal veterinarju għall-pajjiż li qed jesporta hu kkunsidrat li hu l-aħjar mod li jassigura l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ destinazzjoni li l-kunsinna tal-laħam taqbel mad-disposizzjonijiet ta’din id-Direttiva; billi dan iċ-ċertifikat irid ikun jakkumpanja l-kunsinna tal-laħam lejn il-post ta’destinazzjoni;

Billi Stati Membri jrid ikollhom id-dritt li jipprojbixxu l-introduzzjoni ta’ laħam fit-territorju tagħhom jekk jinstab li ma jkunx tajjeb għall-konsum uman jew jekk ma jaqbilx mad-disposizzjonijiet tas-saħħa tal-Komunità;

Billi l-kunsinnatarju għandu għat-talba tiegħu stess jew għat-talba ta’ rappreżentant tiegħu ikun permess li jirritorna l-laħam sakemm fuq bażi tas-saħħa hemm raġunijiet li juru l-kuntrarju;

Billi, fil-każ ta’projbizzjoni jew restrizzjoni, ir-raġunijiet għalhekk għandhom ikunu magħrufa lill-kunsinnatarju jew rappreżentant tiegħu u wkoll, f’ċerti każi, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jesporta sabiex huma jkunu konxji tar-raġunijiet għaliex ċerti miżuri kienu imposti;

Billi, f’każ ta' tilwima bejnu u l-awtorità ta' l-Istati Membri tad-destinazzjoni għall-ġustifikazzjoni tal-projbizzjoni jew restrizzjoni, il-kunsinnatarju għandu jkun jista’ jikseb l-opinjoni ta’ espert veterinarju li hu jagħżel minn grupp imtella’ mill-Kummissjoni;

Billi, għalhekk, proċedura mgħaġġla tal-Komunità għandha tkun ipprovduta għat-tqegħid fil-post ta’ vertenzi bejn Stati Membri għall-ġustifikazzjoni jew l-approvazjoni ta’ biċċeriji jew kamra tal-qtugħ;

Billi, f’ċerti oqsma li jippreżentaw problemi speċjali, id-disposizzjonijiet fl-Istati Membri ma jistgħux ikunu approssimati sakemm ikun sar studju iktar fil-fond;

Billi disposizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimal li jiggvernaw il-kummerċ f’annimali ħajjin u laħam ser ikunu suġġett ta’ Direttivi tal-Komunità; billi issa jidher meħtieġ li jittieħdu l-ewwel passi lejn approssimazzjoni tad-disposizzjonijiet f’dawn l-oqsma billi jitniżżlu ċerti kondizzjonijiet skond liema Stati Membri jistgħu jipprojbixxu u jirrestrinġu l-introduzzjoni ta’ laħam fit-territorju tagħhom għal raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimal u billi jipprovdu għal proċedura għall-konsultazzjoni;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kummerċ ġewwa l-Komunità għal-laħam frisk ta’ annimali domestiċi ta' l-ispeċi segwenti: annimali bovini, ħnieżer, ngħaġ u mogħoż u b’difer wieħed.

2. Il-partijiet kollha ta’dawn l-annimali huma tajbin għall-konsum uman għandhom ikunu kkunsidrati li huma laħam.

3. Il-laħam kollu m’għandux jgħaddi minn xi proċess ta’ preservazzjoni imma jkun ikkunsidrat li hu laħam frisk; għalhekk, laħam kiesaħ u ffriżat għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva jkunu kkunsidrati li huma laħam frisk.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "karkassa" tfisser il-ġisem kollu ta' annimal maqtul wara li jkun żvinat, evixxerat, tneħħija ta’ bżieżel fil-każ tal-baqar u, minbarra fil-każ tal-ħnieżer, tneħħija tal-ġilda u separazzjoni tar-ras u r-riġlejn, dawn ta' l-aħħar jiġu maqtugħa fil-karpu u t-tarsu;

(b) "skart" tfisser laħam frisk li ma jkunx dak tal-karkassa kif definita fil-paragrafu (a);

(ċ) "vixxri" tfisser skart mill-kavitajiet toraċiċi, addominali u pelviċi, li jinkludu t-trakea u l-esofagu;

(d) "veterinarju uffiċjali" tfisser veterinarju nnominat mill-awtorità ċentrali kompetenti ta' l-Istat Membru;

(e) "pajjiż esportatur" tfisser l-Istat Membru li minnu annimali bovini u ħnieżer huma mibgħuta lill-Istat Membru ieħor;

f) "??? esportatur" tfisser l-Istat Membru li minnu annimali bovini u ħnieżer huma mibgħuta lill-Istat Membru ieħor;

Artikolu 3

1. Kull Stat Membru għandu jassigura li laħam frisk biss li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, jilħaq il-ħtiġiet li ġejjin huma mibgħuta mit-territorju tiegħu għal Stat Membru ieħor:

(a) inkiseb minn biċċerija approvata u sorveljata bi qbil m’Artikolu 4 (1);

(b) kien, fil-każ ta' qatgħat iżgħar mir-robbujiet msemmija fl-Artikolu 6 (1) (A) (a), imqatta' fl-impjant tal-qatgħat approvati u sorveljati skond l-Artikolu 4 (1);

(ċ) ġej minn annimal maqtul spezzjonat ante mortem minn uffiċjal veterinarju skond il-Kapitolu IV ta’ l-Anness I u misjub li hu f’saħħtu;

(d) kien trattat skond kondizzjonijiet iġeniċi sodisfaċenti skond il-Kapitolu V ta' l-Anness I;

(e) kien spezzjonat post mortem minn uffiċjal veterinarju skond il-Kapitolu VI ta' l-Anness I, u ma wera l-ebda bdil minbarra feriti trawmatiċi li saru ftit qabel il-qatla jew malformazzjonijiet lokalizzati jew tibdil, sakemm hu stabbilit, jekk meħtieġ minn testijiet tal-laboratorju xierqa, li dawn ma jagħmlux il-karkassa u l-iskart mhux tajbin għall-konsum uman jew perikoluż għas-saħħa umana;

(f) hu stampat skond il-Kapitolu VII ta' l-Anness I;

(g) hu akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa matul it-trasport lejn il-pajjiż destinatarju skond il-Kapitolu VIII ta' l-Anness I;

(h) skond il-Kapitolu IX ta' l-Anness I, hu maħżun wara spezzjoni post mortem skond kondizzjonijiet iġeniċi sodisfaċenti fil-biċċeriji u impjanti tal-qtugħ approvati u spezzjonati bi qbil ma’ l-Artikolu 4 (1) jew f’imħażen li jkessħu approvati u spezzjonati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(4);

(i) skond il-Kapitolu X ta' l-Anness I, hu trasportat lejn il-pajjiż destinatarju skond kondizzjonijiet iġeniċi sodisfaċenti.

2. L-uffiċjal veterinarju jista’, meta jwettaq l-ispezzjoni post mortem kif msemmi f’1 (e), ikun mgħejjun f'ħidmiet purament materjali minn assistenti mħarrġa speċifikament għal dan l-iskop.

Il-Kummissjoni tista’ wara li tikkonsulta lill-Istati Membri tniżżel regolamenti dettaljati li jiggvernaw ċerta assistenza.

3. Għandhom ikunu esklużi ukoll mill-kummerċ ġewwa l-Komunità:

(a) laħam frisk minn ħnieżer slavaġ u kriptorkidej;

(b) laħam frisk trattat b’kuluri artifiċjali jew naturali, bl-eċċezzjoni ta’ kuluri għat-timbri speċifikati f’Kapitolu VII ta' l-Anness I;

(ċ) laħam frisk ta' annimali li fih kull forma ta’ tuberkolożi jew wieħed jew aktar cysterci ħajjin jew mejta kienu misjuba;

(d) partijiet ta’ karkassi jew skart juru feriti trawmatiċi magħmula ftit qabel il-qatla, malformazzjonijiet jew tibdil imsemmija fl-Artikolu 3 (1) (e);

(e) demm li kien trattat kimikament biex jipprevjeni koagulazzjoni.

Artikolu 4

1. L-awtorità ċentrali kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-biċċerija jew impjant tal-qtugħ għandha tassigura li l-approvazzjoni pprovduta fl-Artikolu 3 (1) (a) u (b) hi mogħtija biss fejn id-disposizzjonijiet tal-Kapitoli I, II u III ta' l-Anness I huma osservati.

L-awtorità ċentrali kompetenti trid tassigura li osservanza ta’ dawn id-disposizzjonijiet hi sorveljata permanentement minn uffiċjal veterinarju; trid ukoll tassigura li approvazzjoni titneħħa meta dawn id-disposizzjonijiet m’humiex aktar osservati.

2. Il-biċċeriji kollha osservati u l-impjanti għall-qtugħ ser ikunu rreġistrati fuq listi separati, kull biċċerija u impjant għall-qtugħ ikollhom numru ta’ approvazzjoni veterinarju. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-listi ta' biċċeriji u impjanti approvati għall-qtugħ u n-numru ta' approvazzjoni veterinarju tagħhom lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni u tinnotifikhom fejn xieraq b’kull tneħħija ta' l-approvazzjoni.

3. Meta Stat Membru jikkunsidra li d-disposizzjonijiet li jiggvernaw approvazzjoni m’humiex, jew m’għadhomx aktar, osservati fil-biċċerija jew fl-impjanti għall-qtugħ fi Stat Membru ieħor, għandu jinforma lill-awtorità ċentrali kompetenti ta' l-Istat kif jixraq. Ta' l-aħħar għandu jieħu l-miżuri meħtieġa u jinnotifika l-awtorità ċentrali kompetenti ta' l-Istat l-ieħor bid-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal ċerti deċiżjonijiet,

Jekk dak l-Istat Membru ieħor jibża’ li l-miżuri meħtieġa ma tteħdux jew huma inadegwati, jista’ jinforma lill-Kummissjoni b’dan li għandha tfittex l-opinjoni ta’ wieħed jew aktar veterinarji esperti. Jekk il-Kummissjoni ssib, fid-dawl ta' dik l-opinjoni, li d-disposizzjonijiet governattivi approvati m’humiex jew m’għadhomx iktar osservati, għandha tawtorizza lill-Istati Membri li jipprojbixxu proviżorjament l-introduzzjoni lejn it-territorju tagħhom laħam frisk li ġej minn dik il-biċċerija jew li kien maqtugħ f’dak l-impjant għall-qtugħ.

Fuq talba ta' l-Istat Membru responsabbli għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni għandha tneħħi dik l-awtorizzazzjoni wara li tfittex opinjoni oħra minn wieħed jew aktar veterinarji esperti u taċċerta li l-approvazzjoni hi għal darba oħra ġġustifikata.

Esperti veterinarji jridu jkunu ta' nazzjonalità ta' l-Istat Membru li ma jkunux dawk involuti fit-tilwima.

Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreskrivi regolamenti ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, partikolarment fir-rigward tal-ħila ta' dawn l-esperti veterinarji u l-proċedura li għandha tkun segwita għar-rigward ta' għoti ta’ opinjonijiet minn għandhom.

4. Imħażen li jkessħu għandhom, ukoll jekk stazzjonati barra l-biċċerija, ikunu sorveljati minn veterinarju uffiċjali għar-rigward tal-ħażna ta' laħam frisk.

L-awtorità ċentrali kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-maħżen li jkessaħ hu stazzjonat għandha tkun responsabbli għall-approvazzjoni ta' dak il-maħżen u, għall-ħażna tal-laħam frisk, għat-tneħħija ta' l-approvazzjoni.

Artikolu 5

1. Mingħajr preġudizzju għall-poteri li ġejjin mit-tieni sentenza tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4 (3) Stat Membru jista' jipprojbixxi l-kummerċ ta' laħam frisk fit-territorju tiegħu jekk:

(a) fiż-żmien tat-twettiq ta' spezzjoni tas-saħħa fil-pajjiż destinatarju ċertu laħam jinstab li mhux tajjeb għall-konsum uman; jew

(b) id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 ma kinux osservati.

2. Deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafu 1 iridu, fuq talba tal-kunsinnatarju jew rappreżentant tiegħu, jawtorizzaw ir-ritorn tal-laħam frisk sakemm dan ma jkunx kuntrarju għall-kunsiderazzjonijiet tas-saħħa.

3. Dawn id-deċiżjonijiet iridu jkunu kkomunikati lill-kunsinnatarju jew rappreżentant tiegħu flimkien ma’ raġunijiet għal ċerti deċiżjonijiet. Dawn id-deċiżjonijiet irraġunati, fuq talba, għandhom ikunu kkomunikati lilu mill-ewwel bil-miktub b’indikazzjoni ta' x’appelli hemm kontrihom skond il-leġislazzjoni kurrenti u tal-forma u l-limitu ta' żmien li fih huma jridu jinbdew.

4. Billi ċerti deċiżjonijiet huma bbażati fuq djanjosi ta' mard li jittieħed jew infettiv, deterjorazzjoni perikoluża għas-saħħa umana jew ksur serju tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, id-deċiżjonijiet u r-raġunijiet għalihom għandhom ikunu kkomunikati minnufih lill-awtorità ċentrali kompetenti tal-pajjiż esportatur.

Artikolu 6

1. 1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 3 (3) u d-dħul fis-seħħ pendenti tad-disposizzjonijiet adottati mill-Komunità Ekonomika Ewropea, din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-disposizzjonijiet ta' l-Istati Membri:

A. li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta' li ġej:

a) biċċiet ta' karkassi iktar minn:

1. fil-każ ta' annimali bovini - nofs karkassi u robbujiet;

2. fil-każ ta' ħnieżer - nofs karkassi u robbujiet;

- perżut sħiħ bl-għadma;

- spalel sħaħ bl-għadma;

- ir-reġjun dorso-lumabri bl-għadma;

- xaħam;

- sidriet.

Il-biċċiet imsemmija fl-aħħar tliet inċiżjonijiet iridu jiżnu minn ta' l-inqas 3 kilogrammi;

(b) skart separat mill-karkassa;

(ċ) laħam frisk ta' annimali b’difer wieħed;

B. li jitrattaw il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' mħażen li jkessħu msemmija fl-Artikolu 4 (4) u kull tneħħija ta' din l-approvazzjoni;

Ċ. dwar it-trattament ta' annimali għall-qatla b’sustanzi bħal antibiotiċi, estroġeni, tireostatiċi jew sustanzi li jagħmlu l-laħam tari li jistgħu jagħmlu l-konsum ta' laħam frisk perikoluż jew ta' ħsara għas-saħħa umana;

D. li jitrattaw iż-żieda ta' sustanzi barranin għal-laħam frisk u t-trattament tiegħu permezz ta' radjazzjoni jonizzanti jew ultravjoletta.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-disposizzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar is-sejbien ta' preżenza ta' trichinae fil-majjal frisk.

Artikolu 7

1. Drittijiet ta' appell li jeżistu skond il-leġislazzjoni kurrenti fl-Istati Membri kontra deċiżjonijiet meħuda skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx ikunu affetwati minn din id-Direttiva.

2. Kull Stat Membru għandu jagħti lill-kunsinnatarju li l-laħam frisk tiegħu ma jistax ikun kummerċjat skond l-Artikolu 5 (1) id-dritt li jikseb l-opinjoni ta' espert veterinarju. Kull Stat Membru jrid jassigura li, qabel l-awtoritajiet ċentrali kompetenti jieħdu kull miżura oħra għall-qerda tal-laħam, il-veterinarji esperti ikollhom opportunità li jistabbilixxu jekk il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 (1) humiex imwettqa.

L-espert veterinarju għandu jkun ta' nazzjonalità ta' l-Istat Membru li ma jkunx dak tal-pajjiż esportatur jew tal-pajjiż destinatarju.

Il-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri, għandha tagħmel grupp ta' esperti veterinarji li jistgħu jitqabbdu jifformulaw dawn l-opinjonijiet. Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, għandha tippreskrivi regolamenti ġenerali li għandhom jiġu applikati partikolarment għar-rigward tal-proċedura, għall-formolazzjoni ta' dawn l-opinjonijiet.

Artikolu 8

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 4, id-disposizzjonijiet għas-saħħa ta' l-annimal ta' l-Istati Membri li jitrattaw kummerċ ta' annimali ħajjin u laħam frisk għandhom japplikaw sad-dħul fis-seħħ ta' kull miżura meħuda mill-Komunità Ekonomika Ewropea f’dan il-qasam.

2. Stat Membru jista' jekk m’hemmx periklu li l-mard ta' l-annimal jinfirex permezz ta' l-introduzzjoni ta' laħam frisk fit-territorju tiegħu minn Stat Membru ieħor, jieħu l-miżuri li ġejjin:

(a) fil-każ ta' firxa ta' mard epiżootiku fl-Istat Membru l-ieħor, jipprojbixxi jew jirrestrinġi temporanjament l-introduzzjoni ta' laħam mill-partijiet affettwati f’dak l-Istat Membru;

(b) jekk marda epiżootika tinfirex jew jekk ikun hemm firxa ta' epidemiji serji oħra jew mard ta' l-annimali li jittieħed jipprojbixxi jew jirrestrinġi temporanjament l-introduzzjoni ta' laħam mit-territorju kollu ta' dak l-Istat.

3. Miżuri meħuda mill-Istati Membri skond il-paragrafu 2 iridu jkunu kkomunikati fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet preċiżi għal ċerti miżuri.

4. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkunsidra li l-projbizzjoni jew r-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m’humiex iġġustifikati, jista' japplika lill-Kummissjoni għall-ftuħ immedjat ta' diskussjonijiet.

Artikolu 9

Jekk id-disposizzjonijiet tal-Komunità għall-importazzjoni ta' laħam frisk minn pajjiżi terzi ma japplikawx fiż-żmien meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, jew fil-pendenza ta' l-applikazzjoni tagħhom, disposizzjonijiet nazzjonali dwar importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi m’għandhomx ikunu favorevoli iktar minn dawk li jiggvernaw il-kummerċ ġewwa l-Komunità.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, Regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa li jaqblu ma’ din id-Direttiva u l-Annessi tagħha fi żmien tnax-il xahar wara n-notifika tagħhom u għandhom mill-ewwel jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 26 ta' Ġunju 1964.

F’isem il-Kunsill

Il-President

C. Heger

[1] ĠU Nru 134, 14.12.1962, p. 2871/62.

[2] ĠU Nru 121, 29.7.1964, p. 2028/64.

[3] ĠU Nru 30, 20.4.1962, p. 945/62.

--------------------------------------------------

ANNESS I

KAPITOLU I Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' biċċeriji

1. Biċċeriji għandhom ikollhom:

(a) kenn xieraq għall-abitazzjoni ta' l-annimali;

(b) biċċeriji kbar biżżejjed għal xogħol imwettaq sodisfaċenti u li għandu post speċjali għall-qtil tal-ħnieżer;

(ċ) kamra għall-iżvujtar u t-tindif ta' l-istonku u l-imsaren;

(d) kmamar għall-preparazzjoni ta' l-imsaren u l-kirxa;

(e) kmamar separati għall-ħażna ta' xaħam u għall-ħażna ta' ġlud, qarnijiet u ixkla;

(f) stabbilimenti li jissakkru riżervati rispettivament għall-akkomodazzjoni ta' annimali morda jew suspettati morda, il-qtil ta' dawk l-annimali, il-ħażna ta' laħam miżmum u l-ħażna ta' laħam maqbud;

(g) kmamar ta' tkessiħ jew refriġerazzjoni kbar biżżejjed;

(h) kamra mgħammra kif xieraq għall-użu esklussiv tas-servizz veterinarju; kamra mgħammra kif xieraq għat-twettiq ta' test trikinoskopiku meta dak l-eżami hu obbligatorju;

(i) kmamar għat-tibdil, fliskaturi għall-ħasil, doċoċ u flush lavatories; dan ta' l-aħħar ma jridx jiftaħ direttament fuq il-kmamar tal-ħidma; il-fliskaturi għall-ħasil irid ikollhom ilma sħun u kiesaħ ġej, materjali għat-tindif u diżinfezzjoni ta' l-idejn u xugamani ta' l-idejn li jintremew; ir-reċipjenti għall-ħasil iridu jkunu qrib il-lavatories;

(j) faċilitajiet li jippermettu spezzjonijiet veterinarji pprovduti għalihom f’din id-Direttiva sabiex jitwettqu b’effiċjenza f’kull ħin;

(k) mezzi ta' kontroll għall-aċċess u ħruġ mill-biċċerija;

(l) separazzjoni xierqa bejn il-partijiet in-nodfa u dawk kontaminati ta' l-istabbiliment;

(m) fi kmamar fejn ikun qed isir xogħol fuq il-laħam:

- art li ma tixrobx ilma li hi faċli biex titnaddaf u tiġi ddiżinfettata, li ma titnawwarx, ftit immejla u jkollha sistema tad-drenaġġ addattata għal-likwidi li joħorġu lejn katusi magħmula b’nases u b'gradi;

- ħitan lixxi b'kisja ċara jew b’żebgħa li jinħaslu sa għoli ta' mill-inqas 3 metri, b’angoli u rkejjen tondi;

(n) ventilazzjoni xierqa u estrazzjoni tal-fwar fi kmamar fejn xogħol fuq il-laħam ikun qed isir;

(o) fl-istess kmamar, dawl naturali adegwat u dawl artifiċjali li ma jgħawwiġx kuluri;

(p) provvista adegwata, taħt pressjoni, ta' ilma għax-xorb biss;

(q) provvista adegwata ta' misħun;

(r) sistema ta' ilma għar-rimi li jilħaq ir-rekwiżiti iġeniċi;

(s) fil-kmamar tal-ħidma, tagħmir adegwat għal tindif u diżinfezzjoni ta' l-idejn u ta’ l-għodda;

(t) tagħmir biex, wara l-istordament, tista' ssir il-preparazzjoni sakemm ikun possibli fuq l-annimal imdendel; fejn isir is-slieħ fuq benniena tal-metall, dawn iridu jkunu ta' materjal li ma jitmermirx u għolja biżżejjed għall-karkassa li ma tmissx l-art;

(u) sistema ta' binarji minn fuq għat-trattament aktar tard tal-laħam;

(v) tagħmir ta' protezzjoni kontra insetti u gerriema:

(w) strumenti u tagħmir għax-xogħol, partikolarment tankijiet imżaqqa, ta' materjal li ma jitmermirx u faċli biex jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati;

(x) post mgħammar speċjalment għad-demel;

(y) post u tagħmir xieraq għat-tindif u diżinfezzjoni ta' vetturi.

KAPITOLU II Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' impjanti għall-qtugħ

2. Impjanti għall-qtugħ irid ikollhom:

(a) kmamar għall-qtugħ tal-laħam, separati mill-istabbilimenti l-oħra permezz ta' ħitan;

(b) kmamar kbar biżżejjed għat-tkessiħ u l-iffriżar;

(ċ) kamra mgħammra adegwata għall-użu esklussiv ta' servizz veterinarju;

(d) kmamar għat-tibdil, fliskaturi għall-ħasil, doċoċ u flush lavatories; dan ta' l-aħħar ma jridx jiftaħ direttament fuq il-kmamar tal-ħidma; il-fliskaturi għall-ħasil irid ikollhom ilma sħun u kiesaħ ġej, materjali għat-tindif u diżinfezzjoni ta' l-idejn u xugamani ta' l-idejn li jintremew; ir-reċipjenti għall-ħasil iridu jkunu qrib il-lavatories;

(e) fil-kmamar għall-qtugħ:

- art li ma tixrobx ilma li hi faċli biex titnaddaf u tiġi ddiżinfettata, li ma titmermirx, ftit immejla u jkollha sistema tad-drenaġġ addattata għal-likwidi li joħorġu lejn katusi magħmula b’nases u b'gradi;

- ħitan lixxi b'kisja ċara jew b’żebgħa li jinħaslu sa għoli ta' mill-inqas 2 metri, b’angoli u rkejjen tondi;

(f) tagħmir li jkessaħ fil-kmamar tal-qtugħ sabiex iżommu l-laħam f’temperatura interna kostanti ta' mhux aktar minn + 7 °C;

(g) ventilazzjoni adegwata fil-kmamar tal-qtugħ;

(h) fl-istess kmamar, dawl naturali adegwat u dawl artifiċjali li ma jgħawwiġx kuluri;

(i) provvista adegwata, taħt pressjoni, ta' ilma għax-xorb biss;

(j) provvista adegwata ta' ilma jaħraq;

(k) tagħmir ta' drenaġġ għar-rimi ta' l-ilma li jilħaq ir-rekwiżiti iġeniċi;

(l) fil-kmamar tal-ħidma, tagħmir adegwat għal tindif u diżinfezzjoni ta' l-idejn u ta’ l-għodda;

(m) tagħmir ta' protezzjoni kontra insetti u gerriema:

(n) strumenti u tagħmir għax-xogħol, bħal imwejjed li ma jitmermrux b’uċuħ għall-qtugħ li jistgħu jinqalgħu, kontenituri, ċintorini li jimxu u srieraq ta' materjal li ma jitmermirx u faċli biex jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati.

KAPITOLU III Iġjene tal-ħaddiema, stabbilimenti u tagħmir fil-biċċeriji u impjanti tal-qtugħ

3. Indafa assoluta hi rikjesta mill-ħaddiema, stabbilimenti u tagħmir:

(a) Il-ħaddiema partikolarment jilbsu lbies tax-xogħol u xeddijiet, fejn meħtieġ, b'targa għall-għonq. Persuni li kienu f’kuntatt ma' annimali morda jew laħam infettat iridu minnufih wara bir-reqqa jaħslu jdejhom u dirgħajhom bil-misħun u wara jiddiżinfettawhom. Tipjip m’hux permess fil-kmamar tax-xogħol u kmamar tal-ħażna.

(b) klieb, qtates u annimali ta' l-irziezet ma jistgħux jidħlu fil-biċċeriji u impjanti għall-qtugħ. Gerriema, insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara għandhom jinqerdu sistematikament.

(ċ) Tagħmir u strumenti użati għal xogħol fuq laħam irid jinżamm nadif u fi stat tajjeb ta' riparazzjoni. Huma għandhom ikunu mnaddfa bir-reqqa ddiżinfettati diversi drabi matul il-ġurnata tax-xogħol, fl-aħħar tal-ġurnata u qabel ma jerġgħu jintużaw meta huma kienu kkontaminati, partikolarment mill-mikrobi tal-mard.

4. Stabbilimenti, strumenti u tagħmir tax-xogħol ma jridux jintużaw għall-skopijiet iktar minn xogħol fuq il-laħam. Strumenti għat-tqattigħ tal-laħam iridu jintużaw biss għal dan l-għan.

5. Laħam ma jridx imiss l-art.

6. L-użu ta' deterġenti, diżinfettanti u pestiċidi ma jridux jaffettwaw is-saħħa tal-laħam.

7. Persuni li jistgħu jikkontaminaw il-laħam għandhom ikunu pprojbiti milli jaħdmu fuqu u li jmissuh, partikolarment persuni:

(a) li jsofru minn jew suspettati li jsofru mid-deni tat-tifu, paratyphus A u B, enteriti infettivii (salmonellożi), diżenterija, epatite infettiva, skarlatina jew aġenti li jġorru dan il-mard;

(b) li jsofru minn jew suspettati li jsofru minn tuberkolożi li tittieħed;

(b) li jsofru minn jew suspettati li jsofru minn mard tal-ġilda li jittieħed;

(d) li jeżerċitaw fl-istess ħin attività li tista' tikkawża mikrobi li jkunu trasmessi lil-laħam;

(e) li jilbsu faxxa fuq l-idejn, ħlief għal sticking plaster li jipproteġi ġerħa fis-sebgħa li ma tittiħidtx.

8. Ċertifikat mediku għandu jintalab mingħand kull persuna li taħdem fuq il-laħam. Dan għandu jiċċertifika li m’hemm l-ebda impediment għal dan l-impjieg; għandu jiġġedded kull sena u kull darba li l-uffiċjal veterinarju jagħmel it-talba; għandu jinżamm għad-disposizzjoni ta' dan ta' l-aħħar.

KAPITOLU IV Spezzjoni tas-saħħa ante mortem

9. Annimali jridu jgħaddu spezzjoni ante mortem fil-ġurnata tal-wasla tagħhom fil-biċċerija. L-ispezzjoni trid tkun ripetuta mill-ewwel qabel il-qtil jekk l-annimal kien fil-kenn għal iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa.

10. Il-veterinarju uffiċjali għandu jagħmel spezzjoni ante mortem bi qbil mar-Regolamenti professjonali u taħt dawk addattati.

11. L-ispezzjoni trid tistabbilixxi:

(a) jekk l-annimal isofrix minn marda li tista' tkun trasmessa lill-bnedmin u annimali jew jekk huma jurux sintomi jew huma f’kondizzjoni ġenerali li jindikaw li l-marda tista' tfeġġ;

(b) jekk jurux sintomi tal-marda jew diżordni tal-kondizzjoni ġenerali tagħhom li tista' tagħmel il-laħam mhux tajjeb għall-konsum uman;

(ċ) jekk humiex għajjenin jew aġitati.

12. Annimali ma jistgħux jinqatlu għall-kummerċ ġewwa l-Komunità f’laħam frisk:

(a) li juri xi kondizzjonijiet preskritti f’paragrafu 11 (a) u (b);

(b) li ma kinux mistrieħa għall-perjodu adegwat ta' żmien li fih, għall-annimali għajjiena u aġitati, ma jridux ikunu ilhom inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa;

(ċ) fejn kull forma ta' tuberkolożi nstabet jew li tirreaġixxi fil-pożittiv għat-tuberkulin u hija għalhekk misjuba li jkunu qed isofru minn tuberkolożi.

KAPITOLU V Iġjene għall-qtil u qtugħ

13. Annimali għall-qatla mixtrija fi stabbilimenti għall-qatla iridu jinqatlu mill-ewwel.

14. L-iżvinar irid ikun komplut; demm intenzjonat għall-konsum uman irid jinġabar f’kontenituri assolutament nodfa. M'għamdux jitħawwad bl-idejn u biss bi strumenti li jilħqu r-rekwiżiti iġeniċi.

15. Tisliħ mill-ewwel u komplet għandu jkun obbligatorju, ħlief għall-ħnieżer. Meta mhux misluħa, il-ħnieżer għandu jkollhom is-suf tagħhom imneħħi mill-ewwel.

16. Tneħħija ta' l-imsaren għandha ssir mill-ewwel u titlesta sa mhux aktar tard minn nofs siegħa wara l-iżvinar. Il-pulmun, qalb, fwied, milsa u mediastinum jistgħu jew jinqalgħu jew jitħallew hemm imwaħħla mal-karkassa permezz tal-konnezzjonijiet naturali tagħhom. Jekk maqlugħa, iridu jkunu nnumerati jew identifikati b’xi mod sabiex jippermettilhom ikunu magħrufa li jkunu ta' ċertu karkassa; dan għandu japplika għar-ras, ilsien, sistema diġestiva u kull parti oħra ta' l-annimal meħtieġa għall-ispezzjoni. Il-partijiet hawn fuq imsemmija jridu jibqgħu viċin il-karkassa sakemm l-ispezzjoni tkun lesta. Għall-ispeċi kollha l-kliewi iridu jibqgħu imwaħħla mal-karkassa permezz tal-konnessjonijiet naturali tagħhom imma jitneħħew mix-xaħam tagħhom li jgħattihom.

17. Tindif ta' laħam permezz ta' msieħ b’biċċa drapp, u inflazzjoni, huma pprojbiti.

18. Karkassi ta' annimali b’difer wieħed, ħnieżer u annimali bovini minbarra għoġiela għandhom ikunu sottomessi għall-ispezzjoni b’fetħa t-tul kollu f’nofs il-karkassa ’l isfel lejn is-sinsla. Fil-każ ta' ħnieżer u annimali b’difer wieħed, ir-ras għandha wkoll tinqasam fit-tul. Jekk l-ispezzjoni tirrikjedi hekk l-uffiċjal veterinarju jista' jitlob kull karkassa li tinqasam minn tulha.

19. Tqattigħ tal-karkassa jew tneħħija jew trattament jew kull parti ta' annimal maqtul qabel l-ispezzjoni ma tkun mitmuma hu pprojbit.

20. Laħam miżmum jew maqbud, stonku, intestini, ġlud, qrun u ixkla għandhom jitneħħew mill-iktar fis possibbli għall-istabbilimenti speċjali.

21. Jekk id-demm ta' diversi annimali jinġabar fl-istess kontenitur, il-kontenuti kollha jridu jkunu esklużi mill-kummerċ ġewwa l-Komunità jekk il-laħam ta' annimal wieħed fil-kunsinna kien iddikjarat li mhux tajjeb għall-konsum uman.

22. Tqattigħ f’biċċiet iżgħar minn nofs jew kwart tal-karkassa għandu jitħalla biss fl-impjanti tal-qtugħ.

KAPITOLU VI Spezzjoni tas-saħħa post mortem.

23. Il-partijiet kollha ta' l-annimali, li jinkludu d-demm, iridu jkunu spezzjonati mill-ewwel wara l-qatla.

24. L-ispezzjoni post mortem għandha tinkludi:

(a) spezzjoni viżiva ta' l-annimal maqtul;

(b) palpazzjoni ta' ċerti organi, partikolarment il-pulmuni, il-fwied, il-milsa, l-utru u l-ilsien;

(ċ) inċiżjonijiet ta' l-organi u ta’ l-għoqiedi linfatiċi.

(d) investigazzjonijiet ta' anomalitajiet fil-konsistenza, kulur, rieħa u, fejn xieraq, togħma;

(e) fejn meħtieġ, skart tal-laboratorju.

25. L-uffiċjal veterinarju għandu jeżamina, partikolarment:

(a) il-kulur tad-demm, il-proprjetajiet tal-koagulazzjoni u l-preżenza possibbli ta' korpi barranin fid-demm;

(b) ir-ras, il-gerżuma, l-għoqiedi linfatiċi retro-pharyngeal sottomassilarja u paratodi, (Lnn. retro-pharyngiales, mandibulares u parotidei) u t-tunsilli, l-ilsien ikun tneħħa sabiex jippermetti spezzjoni ddettaljata tal-ħalq u l-griżmejn. It-tunsilli għandhom jitneħħew wara l-ispezzjoni;

(ċ) il-pulmun, trakea, osefagu, għoqiedi linfatiċi bronkjali u medjastenali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales), it-trakea u l-fergħat ewlenin tal-bronki li nfetħu mit-tul u l-pulmuni li kienu inċiżi fl-aħħar terz tagħhom, perpendikolari ma' l-assi ewlenin tagħhom;

(d) il-perikarju u l-qalb, ta' l-aħħar hi inċiża mit-tul sabiex jinfetħu l-ventrikoli u taqta' tul is-septum intra-ventrikulari;

(e) id-diaframma;

(f) il-fwied, il-bużżieqa tal-marrara u l-kanal tal-bili u l-l-għoqiedi linfatiċi epatiċi u pankreatiċi (Lnn. portales);

(g) is-sistema gastro-intestinali, il-mesentrija, l-għoqiedi linfatiċi gastriċi u mesentriċi (Lnn. gastriċi mestentriċi, craniali u caudali);

(h) il-milsa;

(i) il-kliewi u l-għoqiedi linfatiċi tagħhom (Lnn. renales) u l-bużżieqa ta' l-awrina;

(j) il-pleura u peritoneum;

(k) l-organi ġenetiċi, fil-baqar, l-utru għandu jinfetaħ b’inċiżjoni mit-tul;

(l) il-beżżul u l-għoqiedi linfatiċi tiegħu (Lnn. supramammarii); fil-baqar, il-beżżul għandu jinfetaħ permezz ta' inċiżjoni twila u fonda sas-sinus laktiferju;

(m) ir-reġjun umbilikali u għekieżi ta' annimali żgħar, f’każ ta' dubju, ir-reġjun umbilikali għandu jkun inċiż u l-għekieżi miftuħa.

L-għoqiedi linfatiċi msemmija hawn fuq għandhom ikunu meħlusa sistematikament u mqattgħin f’biċċiet l-irqaq possibbli tul l-assi ewlenin tagħhom.

F’każ ta' dubju l-għoqiedi linfatiċi segwenti għandhom ukoll ikunu inċiżi bl-istess mod: ċervikali superfiċjali, preskapulari (Lnn. cervales superficiales), axxillaries (Lnn. axillares proprii et primae costae), substernali (Lnn. sternales craniales), ċervikali fonda (Lnn. cervicales profundi), kostoċervikali (Lnn. costocervicales), popliteal (Lnn. poplitei), prekulari (Lnn. subiliaci), ischiatic (Lnn. ischiatici), iliac u sublumbari (Lnn. iliaci et lumbales).

Fin-ngħaġ u l-mogħoż, il-ftuħ tal-qalb u inċiżjoni ta’ l-għoqiedi linfatiċi tar-ras għandhom jitwettqu biss f’każ ta' dubju.

26. B’żieda, l-uffiċjal veterinarju għandu jwettaq sistematikament:

A. Investigazzjoni għall-cysticercosis:

(a) f’annimali bovini li għandhom iktar minn sitt xhur, fil-livell ta':

- l-ilsien, ta' liema il-muskulatura trid tkun inċiża mit-tul fuq wiċċ baxx, mingħajr l-ebda ħsara eċċessiva lill-organi;

- l-oesophagus, li jrid ikun meħlus mit-trakea;

- il-qalb, li, b’żieda ma' l-inċiżjoni pprovduta fil-paragrafu 25 (d), trid tkun maqsuma minn żewġ punti opposti mill-widna sar-ras tal-masseters esterni u interni, li jkunu inċiżi matul iż-żewġ pjani paralleli għax-xedaq mill-inqas tarf tiegħu sa l-għola inserzjoni muskolari;

- id-diaframma, il-parti muskulari ta' liema trid tinħeles mill-parti serusa;

- l-uċuħ muskolari tal-karkassa li huma direttament viżibbli;

(b) fi ħnieżer, fil-livell:

- ta' l-uċuħ muskolari viżibbli direttament, partikolarment fil-livell tal-muskoli tal-koxxa, il-ħajt addominali, il-muskoli psoas meħlusa mill-qoxra tax-xaħam, il-pilastri tad-diaframma, il-muskoli interkostali, il-qalb, l-ilsien, u l-larinġi.

B. Investigazzjoni għal distomatosi f’annimali bovini, ngħaġ u mogħoż permezz ta' inċiżjonijiet fuq il-wiċċ gastiku tal-fwied biex jiġi eżaminat il-kanal tal-marrara u permezz ta' inċiżjoni fonda fil-bażi ta' l-Ispiegel lobe.

C. Investigazzjoni għal glanders f’annimali b’difer wieħed permezz ta' eżami bir-reqqa tal-membrani mukużi mit-trakea, larinġi, kavitajiet nażali, sinuses u ramifikazzjonijiet tagħhom, wara l-qsim tar-ras fil-pjan medjan u l-qtugħ barra tas-septum nażali.

KAPITOLU VII Stampar

27. L-istampar għandu jsir taħt ir-responsabbiltà ta' veterinarju uffiċjali.

28. It-timbru jrid ikun ta' marka ovali 6 75 ċm wiesgħa b’4 75 ċm għoli. L-informazzjoni segwenti trid tidher fuq il-marka b’karattri perfettament leġibbli:

- fuq il-parti ta' fuq, l-isem tal-pajjiż esportatur b’ittri kbar,

- fiċ-ċentru, in-numru ta' approvazzjoni tal-veterinarju tal-biċċerija,

- fil-parti ta' taħt, wieħed mill-gruppi ta' inizjali segwenti, CEE, EEG jew EWG.

L-ittri jridu jkunu 0 78 ċm għolja u l-figuri 1 ċm għoli.

29. Karkassi jridu jkunu mmarkati bl-inka b’timbru skond 28:

- dawk li jiżnu aktar minn 60 kilogramma għandhom ikunu stampati fuq kull nofs karkassa, fil-postijiet segwenti minn ta' l-inqas: wiċċ estern tal-koxxa, ġenbejn, dahar, sider, spalla u pleura fir-reġjun dorsali;

- karkassi oħra għandhom jiġu ttimbrati minn ta' l-inqas f’erba’ postijiet, fuq l-ispallejn u fuq il-wiċċ estern tal-koxxa.

30. Rjus, ilsna, qlub, pulmuni u fwied għandhom ikunu mmarkati bl-inka jew timbru li jaħraq skond il-paragrafu 28. Għalhekk, fil-każ ta' ngħaġ u mogħoż, timbrar ta' l-ilsna u l-qlub m’għandux ikun obbligatorju.

31. Qtugħ miksub fl-impjanti tal-qtugħ minn timbrar ta' karkassi magħmul sew għandu, fejn ma jkollhomx timbru, ikun immarkat bl-inka jew timbru jaħraq skond il-paragrafu 28 li għandu jkollu fiċ-ċentru tiegħu n-numru ta' l-impjant tal-qtugħ minflok in-numru ta' approvazzjoni tal-veterinarju tal-biċċerija.

32. Meta qtugħ mill-karkassi jew skart huma kkunsinjati f’pakketti, timbru skond kif ipprovdut fil-paragrafi 28 u 31 għandu jitwaħħal ma’ tabella ċara u viżibbli mwaħħla mal-pakkett.

Din it-tabella għandha, b’żieda, ikollha l-informazzjoni segwenti:

- numru tas-serje;

- id-deskrizzjoni anatomika tal-qatgħa jew ta' l-iskart;

- l-indikazzjoni ta' l-ispeċi ta' l-annimal li tagħhom huma l-qatgħat jew l-iskart;

- il-piż net ta' kull pakkett.

Duplikat ta' din it-tikketta għandu jitpoġġa ġewwa f’kull pakkett.

33. Metil vjola biss jista' jintuża għall-istampar bl-inka.

KAPITOLU VIII Ċertifikat tas-saħħa

34. Iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-laħam matul it-trasport lejn il-pajjiż destinatarju għandu jkun maħruġ minn veterinarju uffiċjali fil-ħin tat-tagħbija. Għandu jkun magħmul fil-lingwa tal-pajjiż destinatarju minn ta' l-inqas u jiġbor l-informazzjoni speċifikata fil-mudell fl-Anness II.

KAPITOLU IX Ħażna

35. Laħam frisk intenzjonat għall-kummerċ ġewwa l-Komunità għandu jkun imkessaħ mill-ewwel wara l-ispezzjoni post mortem u miżmum f’temperatura kostanti ta' mhux inqas minn + 7 °C għall-karkassa u qatgħat u + 3 °C għall-iskart.

KAPITOLU X Trasport

36. Laħam frisk għandu jkun trasportat f’vetturi siġillati jew kontenituri, iddiżinjati u mgħammra b’ċertu mod li t-temperaturi speċifikati fil-Kapitolu IX huma miżmuma matul it-trasport.

37. Vetturi jew kontenituri intenzjonati għat-trasportazzjoni ta' ċertu laħam għandhom jilħqu r-rekwiżiti segwenti:

(a) l-uċuħ ġewwiena tagħhom jew kull parti li tista' tiġi f’kuntatt mal-laħam trid tkun ta' materjal li ma jitmermirx li ma jaffetwax il-karattru organolettiku tal-laħam u lanqas huma ta' deni għas-saħħa umana; dawn l-uċuħ għandhom ikunu lixxi u faċli li jitnaddfu u jkunu ddiżinfettati;

(b) għandhom jkunu pprovduti bi strumenti effiċjenti għall-protezzjoni tal-laħam kontra insetti u trab u li ma jidħolx ilma fihom biex jipprevenu ħruġ ta' likwidi;

(ċ) għat-trasport ta' karkassi, nofs karkassa jew kwart, għandhom ikunu mgħammra b’partijiet li ma jitmermrux għad-dendil tal-laħam imwaħħla f’ċertu għoli li l-laħam ma jistax imiss l-art; din id-disposizzjoni m’għandhiex tapplika għal-laħam iffriżat f’imballaġġ iġeniku.<0Ħ

38. Vetturi jew kontenituri intenzjonati għat-trasport tal-laħam fl-ebda każ ma jkunu użati għat-trasport ta' annimali ħajjin jew kull prodott li jista' jaffettwa jew jikkontamina l-laħam.

39. L-ebda prodott ieħor ma jista' jkun ittrasportat fl-istess ħin waqt il-laħam fl-istess vettura jew kontenitur. B’żieda, stonku jista' jkun ittrasportat fihom sakemm ikunu mismuta, u rjus u saqajn sakemm ma jkunux imqaxxra jew mismuta u mqaxxra.

40. Vetturi u kontenituri użati għat-trasport tal-laħam għandhom ikunu mnaddfa u ddiżinfettati mill-ewwel wara li jinħattu.

41. Karkassa, nofs karkassa u robbujiet, li jeskludu laħam iffriżat ippakkjat bi qbil mar-rekwiżiti iġeniċi, għandhom dejjem ikunu mdendla għat-trasport. Qatgħat oħra u skart għandhom jiddendlu jew jitpoġġew fuq post ta' appoġġ jekk mhux ippakkjati jew imqiegħda f'kontenituri li ma jitmermrux. Dawn l-appoġġi, ippakkjar jew kontenituri għandhom jilħqu l-ħtiġiet iġeniċi. Il-vixxri għandhom ikunu dejjem ittrasportati f'ippakkjar bi protezzjoni mill-ilma u li jiflaħ għat-tbajja’ li jista' biss jerġa' jintuża wara li jitnaddaf u jkun iddiżinfettat.

42. Il-veterinarju uffiċjali għandu jassigura li qabel il-kunsinna dawk il-vetturi għat-trasport jew kontenituri u kondizzjonijiet għat-tagħbija jilħqu r-rekwiżiti iġeniċi ta' dan il-Kapitolu.

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------