<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-560/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CC0560</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:872">EU:C:2017:872</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Wathelet – Kawża C‑560/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">E.ON Czech Holding</HT> </P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wathelet</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑560/16</HT></P><P>E.ON Czech Holding AG</P><P>vs</P><P>Michael Dědouch,</P><P>Petr Streitberg,</P><P>Pavel Suda</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (qorti suprema, ir-Repubblika Ċeka)]</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni esklużiva</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 2 tal-Artikolu 22</KEYWORD><KEYWORD>Validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dan l-Istat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li tordna t-trasferiment obbligatorju lill-azzjonist prinċipali ta’ din il-kumpannija tat-titoli tal-azzjonisti minoritarji tal-istess kumpannija u li tistabbilixxi l-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas mill-imsemmi azzjonist prinċipali</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ġudizzjarja li għandha l-għan li tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari, li waslet lir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20161104">4 ta’ Novembru 2016</DATE>, tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn E.ON Czech Holding AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>E.ON<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Michael Dědouch, Petr Streitberg kif ukoll Pavel Suda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Dědouch <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ tneħħija (<HT TYPE="ITALIC">squeeze out</HT>) tal-azzjonisti minoritarji, E.ON. kienet obbligata tħallas lil Dědouch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> wara t-trasferiment obbligatorju tat-titoli li kellhom fil-kumpannija Jihočeská plynárenská.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[b]la preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għall-iskopijiet ta’ din id-disposizzjoni u sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ għandu jkun:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati,</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ ta’ provista ta’ servizzi, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jekk sub-paragrafu (b) ma japplikax, japplika s-sub‑paragrafu (a);</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 44/2001, persuna b’domiċilju fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ wkoll tiġi mfittxija bil-qorti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>meta tkun waħda minn numru ta’ konvenuti, fil-qrati tal-post fejn wieħed minnhom jkun domiċiljat, basta illi t-talbiet ikunu marbuta hekk mill-qrib li jkun aktar espedjenti li jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex jevitaw ir-riskju ta’ ġudizzji irrikkonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 jippreskrivi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dawn il-qrati li ġejjin għandhom ikollhom ġurisdizzjoni esklussiva, independentament mid-domiċilju:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>fi proċedimenti li jkollhom bħala l-obbjettiv tagħhom il-validità tal-kostituzzjoni, in-nullità jew id-dissoluzjoni ta’ kumpanniji jew ta’ persuni ġuridiċi oħra jew għaqdiet ta’ persuni naturali jew ġuridiċi, jew il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ l-organi tagħhom, il-qrati ta’ l-Istat Membru li fih il-kumpannija, persuna ġuridika jew għaqda jkollha s-sede tagħhom. Sabiex tiġi determinata s-sede, il-qorti għandha tapplika r-regoli tal-liġi privata internazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 183i taz-zákon č. 513/1991 Sb., obchodní zákoník (Liġi Nru 513/1991, li tirrigwarda l-kodiċi tal-kummerċ, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kodiċi tal-kummerċ Ċek<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), jippreskrivi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="183.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Persuna li għandha titoli ta’ sehem ta’ kumpannija (a) li l-valur nominali totali tagħhom huwa ekwivalenti għal mill-inqas 90 % tal-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija, jew (b) li jissostitwixxu titoli ta’ sehem ta’ kumpannija li l-valur nominali totali tagħhom huwa ekwivalenti għal mill-inqas 90 % tal-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija, jew (c) li jirrappreżentaw mill-inqas 90 % tad-drittijiet tal-vot tal-kumpannija (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>azzjonist prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>) għandha l-possibbiltà li titlob lill-kunsill ta’ amministrazzjoni jsejjaħ laqgħa ġenerali, sabiex jieħu deċiżjoni dwar it-trasferiment tat-titoli l-oħra kollha ta’ sehem tal-kumpannija lilha.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="183.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Ir-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali tidentifika lill-azzjonist prinċipali, fiha l-elementi li jistabbilixxu li dan l-azzjonist huwa tassew l-azzjonist prinċipali u tindika l-ammont tal-korrispettiv […] kif ukoll it-terminu relatat mal-pagament tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 183k tal-kodiċi tal-kummerċ Ċek jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="183.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-detenturi tat-titoli ta’ sehem għandhom il-possibbiltà […] li jitolbu lil qorti tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv; […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="183.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni ta’ qorti li tagħti d-dritt għal ammont differenti tal-korrispettiv hija vinkolanti għall-azzjonist prinċipali u l-kumpannija, f’dak li jikkonċerna l-bażi tad-dritt mogħti, anki fir-rigward tad-detenturi l-oħra ta’ titoli ta’ sehem. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="183.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Deċiżjoni skont liema l-korrispettiv ma jkunx raġonevoli ma għandhiex l-effett li tinvalida r-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali adottata f’konformità mal-Artikolu 183i(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="183.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Deċiżjoni skont liema l-korrispettiv ma jkunx raġonevoli ma tistax tiġi invokata għall-finijiet ta’ rikors għal invalidità tar-riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa ġenerali skont l-Artikolu 131.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Permezz ta’ riżoluzzjoni tat-<DATE ISO="20061208">8 ta’ Diċembru 2006</DATE>, il-laqgħa ġenerali tal-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Ċek Jihočeská plynárenská, stabbilita f’České Budějovice (ir-Repubblika Ċeka), iddeċidiet dwar it-trasferiment obbligatorju tat-titoli kollha ta’ sehem ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist prinċipali tagħha, E.ON, stabbilita f’München (il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Din ir-riżoluzzjoni kienet tindika l-ammont tal-korrispettiv li dan tal-aħħar kien obbligat li jħallas lill-azzjonisti minoritarji wara dan it-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fis-<DATE ISO="20070126">26 ta’ Jannar 2007</DATE> kontra Jihočeská plynárenská u E.ON, Dědouch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> talbu lill-Krajský soud v Českých Budějovicích (qorti reġjonali ta’ České Budějovice, ir-Repubblika Ċeka) tistħarreġ dwar in-natura raġonevoli ta’ dan il-korrispettiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Matul din il-proċedura, E.ON qajmet eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati Ċeki, fejn sostniet li, fid-dawl tal-post tas-sede tagħha, il-qrati Ġermaniżi biss kienu jgawdu mill-ġurisdizzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20090826">26 ta’ Awwissu 2009</DATE>, il-Krajský soud v Českých Budějovicích (qorti reġjonali ta’ České Budějovice) ċaħdet din l-eċċezzjoni minħabba li l-qrati Ċeki kellhom ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 biex jieħdu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn Dědouch <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>E.ON appellat din id-deċiżjoni quddiem il-Vrchní soud v Praze (qorti superjuri ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka), li, permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, qieset li l-kawża li kienet adita biha kienet taqa’ taħt il-punt 2 tal-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament u li, b’kunsiderazzjoni tal-post tas-sede ta’ Jihočeská plynárenská, huma l-qrati Ċeki li għandhom il-ġurisdizzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Adita b’appell ippreżentat minn E.ON, l-Ústavní soud (qorti kostituzzjonali, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20120911">11 ta’ Settembru 2012</DATE>, annullat dan id-digriet u bagħtet il-kawża lura lill-Vrchní soud v Praze (qorti superjuri ta’ Praga).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20140502">2 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-Vrchní soud v Praze (qorti superjuri ta’ Praga) ikkonkludiet li l-qrati Ċeki għandhom il-ġurisdizzjoni, u dan fuq il-bażi tal-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>E.ON ippreżentat appell minn dak id-digriet quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li n-Nejvyšší soud (qorti suprema, ir-Repubblika Ċeka) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament [Nru 44/2001] għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għall-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali huwa obbligat iħallas, inkambju għal titoli ta’ sehem, lid-detenturi preċedenti tal-imsemmija titoli, li ġew ittrasferiti lilu bħala riżultat ta’ riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, dwar it-trasferiment obbligatorju tat-titoli l-oħra ta’ sehem lill-azzjonist prinċipali [proċedura msejħa ta’ tneħħija (<HT TYPE="ITALIC">squeeze out</HT>)], meta r-riżoluzzjoni hekk adottata tiffissa l-ammont tal-korrispettiv raġonevoli u meta jkun hemm deċiżjoni ġudizzjarja li tagħti d-dritt għal ammont ta’ korrispettiv differenti, ta’ natura vinkolanti għall-azzjonist prinċipali u għall-kumpannija, fir-rigward tal-bażi tad-dritt mogħti, kif ukoll [anki] fir-rigward tad-detenturi l-oħra ta’ titoli ta’ sehem?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament [Nru 44/2001] għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv deskritt fl-ewwel domanda?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel żewġ domandi, il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament [Nru 44/2001] għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv deskritt fl-ewwel domanda?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>E.ON, Dědouch <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-Gvern Ċek u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Peress li ma ġiet ippreżentata l-ebda talba motivata għal seduta għas-sottomissjonijiet orali u peress li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li għandha biżżejjed informazzjoni, hija ddeċidiet li ma torganizzax tali seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk rikors li jikkonċerna n-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali ta’ kumpannija ser ikollu jħallas għal kull sehem lill-azzjonisti minoritarji tal-istess kumpannija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ tneħħija (<HT TYPE="ITALIC">squeeze out</HT>), jaqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tas-sede tal-kumpannija [il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001], jew taħt il-ġurisdizzjoni speċjali tal-qrati tal-post fejn l-obbligu kuntrattwali li jintuża bħala bażi għat-talba twettaq jew għandu jitwettaq [il-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001] jew inkella taħt il-ġurisdizzjoni speċjali tal-qrati tal-post fejn seħħ jew jista’ jseħħ id-dannu [il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tenfasizza problema strutturali tar-Regolament Nru 44/2001 [li tippersisti taħt ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>], jiġifieri n-nuqqas ta’ bażi ta’ ġurisdizzjoni ddedikata għar-riżoluzzjoni tat-tilwim intern għall-kumpanniji, bħat-tilwin bejn azzjonisti jew bejn azzjonisti u membri tat-tmexxija jew bejn il-kumpannija u l-membri tat-tmexxija tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, f’dan is-sens, Paschalidis, P., <HT TYPE="ITALIC">Freedom of Establishment and Private International Law for Corporations</HT>, Oxford University Press, 2012, punti 2.09 sa 2.29.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 huwa intiż biss għall-kwistjonijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>validità […], in-nullità jew id-dissoluzjoni ta’ kumpanniji […] jew il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ l-organi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Madankollu, it-tilwim tad-dritt tal-kumpanniji ma jimplikax neċessarjament kwistjoni ta’ validità ta’ deċiżjoni tal-organi tal-kumpanniji u, wisq inqas, il-validità, in-nullità jew id-dissoluzzjoni tal-kumpannija. Dan huwa l-każ f’din il-kawża fejn il-kawża prinċipali tikkontesta, skont l-Artikolu 183k(4) tal-kodiċi tal-kummerċ Ċek, mhux il-validità tar-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali dwar it-tneħħija tal-azzjonisti minoritarji, iżda biss l-ammont tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali ser ikollu jħallashom biex jakkwista l-ishma tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-problema tan-nuqqas ta’ bażi ta’ ġurisdizzjoni għal dan it-tip ta’ kawżi ssir iktar ikkomplikata fid-dawl tad-diffikultà ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 3 tal-Artikolu 5 fil-kawża prinċipali peress li t-tneħħija tal-azzjonisti minoritarji u l-korrispettiv deċiż permezz ta’ riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali la hija kuntratt, la delitt u lanqas kważi delitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Minn naħa, ma jeżistix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>obbligu aċċettat liberament minn parti favur oħra<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Holterman Ferho Exploitatie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑47/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:574">EU:C:2015:574</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> li jattiva l-applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001. Fil-fatt, il-prinċipju ta’ proċedura ta’ tneħħija tal-azzjonisti minoritarji huwa li l-azzjonist prinċipali jista’ jattivaha mingħajr il-kunsens tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minkejja li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[il-punt 3 tal-Artikolu 5] tar-Regolament Nru 44/2001 japplika għal kull talba intiża sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà ta’ konvenut u li ma humiex relatati ma’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-[punt 1 tal-Artikolu 5] ta’ dan ir-regolament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Holterman Ferho Exploitatie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑47/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:574">EU:C:2015:574</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, il-proċedura inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex intiża sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-azzjonist prinċipali. Għall-kuntrarju, din tikkonċerna n-natura raġonevoli jew le tal-korrispettiv stabbilit, f’konformità mal-Artikolu 183i(3) tal-kodiċi tal-kummerċ Ċek, mil-laqgħa ġenerali (u għalhekk mhux neċessarjament u mhux biss mill-azzjonist prinċipali).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Din il-problema ma hijiex partikolari għall-proċedura ta’ tneħħija, iżda tqum fir-rigward ta’ diversi kunċetti oħra tad-dritt tal-kumpanniji, bħal, pereżempju, l-obbligu ta’ lealtà impost fuq il-membri tat-tmexxija. Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li rreferejt għaliha fil-punt 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-obbligu ta’ lealtà huwa obbligu li jieħu membru tat-tmexxija lejn il-kumpannija malli jaċċetta liberament il-funzjonijiet tiegħu. F’dan is-sens, talba tal-kumpannija jew ta’ azzjonist intiża biex jiġi stabbilit ksur ta’ dan l-obbligu minn membru tat-tmexxija taqa’ taħt il-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, iżda dan l-obbligu ma għandux post ta’ eżekuzzjoni speċifiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni peress li dan huwa impost kullimkien fid-dinja. Għalhekk fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni huwa impossibbli li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Meta ma tkun tapplika l-ebda bażi ta’ ġurisdizzjoni esklużiva jew speċjali, wieħed normalment ikollu jdur lura għar-regola ġenerali tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001, skont liema l-persuni b’domiċilju fit-territorju Stat Membru għandhom, indipendentement min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Reisch Montage</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑103/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:471">EU:C:2006:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>BVG</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:300">EU:C:2011:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, tista’ tiġi prevista interpretazzjoni stretta tal-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Reisch Montage</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑103/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:471">EU:C:2006:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>BVG</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:300">EU:C:2011:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, tali interpretazzjoni li teskludi l-kawża inkwistjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu [peress li, f’konformità mal-Artikolu 183k(4) tal-kodiċi tal-kummerċ Ċek, din il-kawża ma tikkontestax il-validità tar-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali li tiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-azzjonisti minoritarji] tmur kontra l-istruttura u l-iskop ta’ dan ir-regolament, li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiggwidaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081002">2 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hassett u Doherty</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑372/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:534">EU:C:2008:534</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>BVG</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:300">EU:C:2011:300</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ninnota li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ntalbet tinterpreta l-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001. Għalkemm, fil-fehma tiegħi, hija għad ma kellhiex l-opportunità li tagħmel dan fil-kuntest ta’ tilwima interna għal kumpannija rregolata mid-dritt tal-kumpanniji, dan ma xekkilhiex milli, f’din il-ġurisprudenza, issemmi l-prinċipji li jiggwidaw l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Fil-fatt, il-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081002">2 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hassett u Doherty</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑372/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:534">EU:C:2008:534</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet tikkonċerna tilwim bejn sindakat professjonali tad-dritt Ingliż u l-membri tiegħu fuq il-bażi ta’ kuntratt konkluż bejniethom. Din għalhekk ma kinitx tirrigwarda tilwima li taqa’ taħt id-dritt tal-kumpanniji Ingliż. L-istess japplika għall-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830322">22 ta’ Marzu 1983</DATE>, <NAME.CASE>Peters Bauunternehmung</NAME.CASE> (<NO.CASE>34/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:87">EU:C:1983:87</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u li kienet tikkonċerna tilwim li jirriżulta minn kuntratt ta’ adeżjoni ma’ assoċjazzjoni. Il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tas-sede tal-assoċjazzjoni lanqas biss kienet qamet. Il-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>BVG</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:300">EU:C:2011:300</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kienet tikkonċerna tilwima bejn kumpannija tad-dritt Ġermaniż u l-kreditur tagħha fir-rigward ta’ kuntratt li jirrigwarda strument derivattiv finanzjarju. Il-kumpannija Ġermaniża kienet qiegħda tikkontesta l-validità ta’ dan il-kuntratt bħala att <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> billi invokat ksur tal-istatuti tagħha mill-korpi tagħha. Din għalhekk ma kinitx tirrigwarda tilwima interna għall-kumpannija, peress li l-kwistjoni rregolata mid-dritt tal-kumpanniji, jiġifieri l-kwistjoni tan-natura <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> tal-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt mill-kumpannija Ġermaniża, kienet biss inċidentali. Il-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2319">EU:C:2014:2319</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet tikkonċerna tilwima bejn, minn naħa, kumpannija tal-ajru tad-dritt Litwan u, min-naħa l-oħra, kumpannija tal-ajru tad-dritt Latvjan u l-kumpannija tad-dritt Latvjan li kienet tamministra l-ajruport ta’ Riga (il-Latvja). Il-kumpannija tal-ajru tad-dritt Litwan kienet qiegħda tipprova tikseb kumpens għad-dannu li rriżulta minn ksur mill-konvenuti tad-dritt tal-kompetizzjoni. Din għalhekk la kienet tirrigwarda tilwima interna għal kumpannija, u lanqas kwistjoni rregolata mid-dritt tal-kumpanniji.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan is-sens, bħalma qieset il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081002">2 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hassett u Doherty</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑372/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:534">EU:C:2008:534</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali ta’ ġurisdizzjoni, [id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001] m’għandhomx jiġu interpretati f’sens iktar wiesgħa milli jitlob l-għan tagħhom, peress li għandhom bħala effett li jiċħdu lill-partijiet mill-għażla tal-ġurisdizzjoni [qorti] li kieku kienet tkun tagħhom u, f’ċerti każijiet, li jressquhom quddiem ġurisdizzjoni [qorti] li mhijiex il-ġurisdizzjoni proprja tad-domiċilju tal-ebda waħda minnhom<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>l-għan essenzjali mfittex minn tali eċċezzjoni, li tipprevedi l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha s-sede tagħha, huwa li jiċċentralizza l-ġurisdizzjoni sabiex jiġu evitati sentenzi kontradittorji f’dak li jirrigwarda l-eżistenza tal-kumpanniji u l-validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081002">2 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hassett u Doherty</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑372/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:534">EU:C:2008:534</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Inqis li dan l-għan jinqeda aħjar kieku l-punt 2 tal-Artikolu 22 jingħata interpretazzjoni konformi mal-għan essenzjali mfittex minflok interpretazzjoni stretta u formalista tal-formulazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħalma qieset diġà l-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha s-sede tagħha jidhru, fil-fatt, fl-aħjar pożizzjoni sabiex jaqtgħu […] l-kawżi [li jikkonċernaw l-eżistenza tal-kumpanniji u l-validità tad-deċiżjonijiet tal-korpi tagħhom], b’mod partikolari minħabba li l-formalitajiet ta’ pubbliċità tal-kumpannija jsiru fl-istess Stat. L-attribuzzjoni ta’ tali kompetenza [ġurisdizzjoni] esklużiva lil dawn il-qrati għalhekk titwettaq fl-interess ta’ amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081002">2 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hassett u Doherty</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑372/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:534">EU:C:2008:534</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Dan, fil-fehma tiegħi, huwa wkoll il-każ tal-qrati Ċeki għat-tilwima inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Peress li din tikkonċerna proċedura ta’ tneħħija mill-azzjonist prinċipali tal-azzjonisti minoritarji ta’ kumpannija tad-dritt Ċek u l-azzjonist prinċipali E.ON ma jikkontestax li d-dritt Ċek huwa d-dritt applikabbli għall-mertu tal-kawża minkejja li din tal-aħħar taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati Ġermaniżi fuq il-bażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 44/2001, naħseb li l-qrati Ċeki jinsabu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ din il-kawża u jaqtgħuha skont id-dritt Ċek.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, inqis li l-ġurisdizzjoni tal-qrati tas-sede tal-kumpannija li l-affarijiet interni tagħha huma s-suġġett tal-kawża fuq il-bażi tal-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 ma tippreġudikax l-għan ta’ prevedibbiltà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-premessa 11 tar-Regolament Nru 44/2001. Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>BVG</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:300">EU:C:2011:300</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> mfittex mir-Regolament Nru 44/2001 peress li l-azzjonisti ta’ kumpannija, u fuq kollox l-azzjonist prinċipali, jistgħu jantiċipaw faċilment li l-qrati tas-sede jkunu l-qrati li jkollhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kull tilwima interna għall-kumpannija. F’dan il-każ, il-qrati Ċeki huma l-qorti naturali għal deċiżjoni dwar it-tilwima bejn E.ON u Dědouch <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, inqis li din il-kawża toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-possibbiltà biex tiċċara l-applikabbiltà tal-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 għat-tilwim intern għall-kumpanniji. Jien nipproponi li jiġi interpretat fis-sens li dan it-tilwim, u b’mod partikolari dak li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ tneħħija, ikun bejn azzjonist prinċipali u l-azzjonisti minoritarji ta’ kumpannija, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula min-Nejvyšší soud (qorti suprema, ir-Repubblika Ċeka) bil-mod segwenti:</TXT><P>Il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal proċedura ta’ stħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali huwa obbligat iħallas lid-detenturi preċedenti ta’ titoli ta’ sehem (azzjonisti minoritarji), inkambju għal dawn it-titoli, li ġew ittrasferiti lilu bħala riżultat ta’ riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata u li timponi t-trasferiment tat-titoli l-oħra ta’ sehem lill-azzjonist prinċipali.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>