Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2002) 810111 tat-13 ta’ Marzu 2002, li twaqqaf l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) bħala investiment infrastrutturali fil-Campania (l-Italja) fir-rigward ta’ sistema integrata ta’ żvilupp għal finijiet turistiċi ta’ tliet vilel Vessuvjani (ERDF Nru 86/05/04/054).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) L-Ente per le Ville vesuviane għandu jbati l-ispejjeż kollha.