|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2466 |
28.4.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Kawża M.11965 — BCI / BROOKFIELD / GCM GROSVENOR / SHEPHERDS FLAT WIND)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2466)
1.
Fis-16 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada), |
|
— |
Brookfield Renewable Energy Group, LLC, (“Brookfield”, il-Kanada), |
|
— |
GCM Grosvenor Inc. (“GCM”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Shepherds Flat Wind, LLC (“Shepherds Flat”, l-Istati Uniti), ikkontrollata b’mod konġunt minn Brookfield u GCM. |
BCI, Brookfield u GCM se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt fuq Shepherds Flat kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
BCI huwa investitur istituzzjonali li jinvesti madwar id-dinja f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inkluż introjtu fiss, ekwitajiet pubbliċi, ekwità privata, infrastruttura, riżorsi rinnovabbli, proprjetà immobbli, u ipoteki kummerċjali, |
|
— |
Brookfield hija ditta ta’ investiment dinjija li tinvesti mad-dawra sħiħa tan-negozji ewlenin tagħha, inkluż in-negozju tal-ġestjoni tal-assi tagħha u n-negozji operattivi tagħha ffukati fuq l-enerġija rinnovabbli u t-tranżizzjoni, l-infrastruttura, l-ekwità privata, u l-proprjetà immobbli, fost interessi oħra, |
|
— |
GCM huwa fornitur ta’ soluzzjonijiet globali alternattivi għall-ġestjoni tal-assi fl-ekwità privata, l-infrastruttura, il-proprjetà immobbli, il-kreditu, u l-istrateġiji ta’ investiment b’redditu assolut, |
|
— |
Shepherds Flat hija s-sid u topera faċilità tal-enerġija mir-riħ ta’ 845 MW fil-Lvant ta’ Oregon. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11965 — BCI / BROOKFIELD / GCM GROSVENOR / SHEPHERDS FLAT WIND
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2466/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)