9.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/16


DEĊIŻJONI (UE) 2021/928 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-2 ta’ Ġunju 2021

li taħtar Imħallef tal-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ tlieta u għoxrin Imħallef tal-Qorti Ġenerali skadew fil-31 ta’ Awwissu 2019.

(2)

F’dan il-kuntest, is-Sinjura Maja BRKAN ġiet proposta għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali.

(3)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ din il-kandidata għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali.

(4)

Jenħtieġ li s-Sinjura Maja BRKAN tinħatar għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Maja BRKAN hija b’dan maħtura Mħallef tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2021.

Il-President

N. BRITO