15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 144/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/KE tal-4 ta’ April 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabilità marbuta mas-sottosistema “vetturi ferrovjarji - storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim,

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/229/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar mill-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test ta’ punt 37 g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE) fl-Anness XIII tal-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:

“ 32011 D 0229: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE tal-4 ta’ April 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabilità marbuta mas-sottosistema ‘vetturi ferrovjarji - storbju’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 99, 13.4.2011, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fil-punt 7.7.2.4 tal-Anness tad-Deċiżjoni il-kliem ‘u n-Norveġja’ għandhom jiżdiedu wara l-kelma ‘Litwanja’.”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/229/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.

(2)   ĠU L 99, 13.4.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 37, 8.2.2006, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.