|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/213 |
3.2.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/213
tat-30 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument C(2025) 736)
(Il-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, billi tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Sabiex jiġu indirizzati t-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 (4) abbażi tal-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) 2016/429. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 ’l hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbiliment fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini, fir-reġjun ta’ Sliven. |
|
(6) |
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Bulgarija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918, kif ukoll id-durata tal-miżuri li japplikaw fihom, jenħtieġ li jiġu aġġustati sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda fil-Bulgarija u fil-bqija tal-Unjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, li huma stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(7) |
Id-daqs taż-żoni u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, fiż-żoni ta’ sorveljanza, u fiż-żoni ristretti ulterjuri jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fl-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda kif ukoll il-livell tar-riskju għal aktar tixrid tal-marda. Jenħtieġ li d-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir li l-marda tinxtered aktar minħabba tifqigħa ġdida tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż viċin it-tifqigħat preċedenti fir-reġjun ta’ Sliven, u dan jindika li l-marda qed tkompli tippersisti u tiċċirkola fiż-żona affettwata. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(9) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 tad-19 ta’ Novembru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 (ĠU L, 2024/2918, 22.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2918/oj).
ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Sliven BG-CAPRIPOX-2024-00008 BG-CAPRIPOX-2024-00010 BG-CAPRIPOX-2024-00012 BG-CAPRIPOX-2025-00001 BG-CAPRIPOX-2025-00002 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of the region of Sliven, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.587, Long. 26.4778 (2024/8), Lat. 42.5865, Long. 26.4795 (2024/10) Lat. 42.5864, Long. 26.4777 (2024/12), Lat. 42.5854, Long 26.4779 (2025/1), Lat. 42.5876, Long 26.4793 (2025/2) |
4.2.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of the region of Sliven, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.587, Long. 26.4778 (2024/8), Lat. 42.5865, Long. 26.4795 (2024/10), Lat. 42.5864, Long. 26.4777 (2024/12), Lat. 42.5854, Long 26.4779 (2025/1), Lat. 42.5876, Long 26.4793 (2025/2) excluding the areas contained in the protection zone |
13.2.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of the region of Sliven, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.587, Long. 26.4778 (2024/8), Lat. 42.5865, Long. 26.4795 (2024/10), Lat. 42.5864, Long. 26.4777 (2024/12), Lat. 42.5854, Long 26.4779 (2025/1), Lat. 42.5876, Long 26.4793 (2025/2) |
5.2.2025 – 13.2.2025 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Unità reġjonali |
Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Stara Zagora |
Municipalities Galabovo and Opan |
4.2.2025 |
|
Ir-reġjun ta’ Haskovo |
Entire territory of the region of Haskovo, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
4.2.2025 |
|
Entire territory of the region of Haskovo |
6.1.2025 – 4.2.2025 |
|
|
Ir-reġjun ta’ Sliven |
Entire territory of the region of Sliven excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
15.3.2025 |
|
Entire territory of the region of Sliven |
14.2.2025 – 15.3.2025 |
|
|
Ir-reġjun ta’ Yambol |
Municipalities of Straldzha, Yambol and Tundzha |
15.3.2025 |
|
Ir-reġjun ta’ Kurdzhali |
Municipalities of Krumovgrad and Momchilgrad excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
18.2.2025 |
|
Municipalities of Krumovgrad and Momchilgrad |
20.1.2025 – 18.2.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/213/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)