<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑569/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0569</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:425">EU:C:2013:425</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130627">27.6.2013</DATE> — KAWŻA C-569/10</P><P>IL-KUMMISSJONI vs IL-POLONJA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 94/22/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għal prospettar, esplorazzjoni u estrazzjoni ta’ idrokarburi</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess mhux diskriminatorju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-569/10,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20101203">3 ta’ Diċembru 2010</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn K. Herrmann u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn M. Szpunar, M. Drwięcki u. B. Majczyna, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, J.-C. Bonichot, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha l-Kummissjoni Ewropea qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-aċċess għal attività ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi ma jkunx diskriminatorju bejn l-entitajiet ikkonċernati u li l-awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ tali attività jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet ikkonċernati kollha jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kriterji ppubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> qabel il-bidu tal-perijodu tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(2), 3(1) u 5(1) u (2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE>, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għal prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 262).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 94/22 t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>[<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>]awtorizzazzjoni[<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/>] jfisser kull liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew kuntrattwali jew strument maħruġ taħtha li bih l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jintitolaw entità li teżerċita, għaliha stess u fuq ir-riskju tagħha, dritt esklużiv li tipprospetta jew tesplora għal jew tipproduċi idrokarburi f’żona ġeografika. Awtorizzazzjoni tista’ tingħata għal kull attività separata jew għal diversi attività jiet fl-istess żmien<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jżommu d-dritt li jistabbilixxu ż-żoni fit-territorju tagħhom li għandhom jintgħamlu disponibbli għall-eżerċitar ta’ l-attività jiet ta’ prospettar, esplorazzjoni u għal produzzjoni ta’ idrokarburi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull meta żona tintgħamel disponibbli għall-eżerċitar ta’ l-attività jiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn entitajiet fir-rigward ta’ l-aċċess għal u l-eżerċitar ta’ dawn l-attivitàjiet.</ALINEA><ALINEA>B’dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jiċħdu, fuq il-bażi ta’ sigurtà nazzjonali, li jippermettu aċċess għal jew l-eżerċitar ta’ dawn l-attivitàjiet lil xi entità li hija effettivament ikkontrollata minn pajjiżi terzi jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-awtorizzazzjonijiet jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet kollha nteressati jistgħu jibgħhatu applikazzjonijiet skont il-paragrafu 2 jew 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din il-proċedura għandha tinbeda:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew fuq l-inizjattiva ta’ l-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ avviz li jistieden applikazzjonijiet, li għandu jiġi pubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il</HT>-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropew</HT> ta’ mill-anqas 90 jum qabel id-data ta’ l-għeluq għall-applikazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jew permezz ta’ avviż li jistieden applikazzjonijiet, li għandhom jiġu ppubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni minn xi entità mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1). Entitajiet oħra interessati għandhom jkollhom perijodu ta’ mill-anqas 90 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni li fiha jkunu jistgħu jibgħatu applikazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-avviżi għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ awtorizzazzjoni, iż-żona jew iż-żoni ġeografiċi li parti minnhom jew kollha kemm huma, applikazzjoni tkun ġiet jew tkun tista’ ssir u d-data proposta jew il-limitu ta’ żmien għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni.</P><P>Meta tingħata preferenza għall-applikazzjonijiet minn entitajiet li huma persuni naturali jew legali waħdanija, l-avviż għandu hekk jispeċifika.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan li ġej m’għandux jiġi konsidrat bħala għotja ta’ awtorizzazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-għoti ta’ awtorizzazzjoni lill-entità li jkollha forma oħra ta’ awtorizzazzjoni meta il-pussess ta’ din l-awtorizzazzjoni ta’ l-aħħar timplika dritt għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni preċedenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 94/22 jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjonijiet jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji li jikkonċernaw, fil-każi kollha:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kapaċità teknika u finanzjarja ta’ l-entitajiet;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-mod li bih jipproponu li jipprospettaw, jesploraw u/jew iġibu fi produzzjoni iż-żona ġeografika f’dak il-każ;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>u, fejn applikabbli:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jekk l-awtorizzazzjoni tingħata għall-bejgħ, il-prezz li l-entità hija lesta li tħallas biex tikseb l-awtorizzazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jekk, wara evalutazzjoni [evalwazzjoni] permezz tal-kriterji (a), (b) u, fejn applikabbli, (ċ), żewġ applikazzjonijiet jew aktar ikollhom mertu ndaqs, kriterji oħra relevanti u mhux diskriminatorji, biex issir għażla finali minn dawk l-applikazzjonijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST><P>Il-kriterji għandhom jitħejjew u jiġu pubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il</HT>-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> qabel il-bidu tal-perijodu għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet. L-Istati Membri li jkunu diġà ppubblikaw il-kriterji fil-ġurnali uffiċjali tagħhom jistgħu jillimitaw il-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il</HT>-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> għal referenza tal-pubblikazzjoni fil-ġurnali uffiċjali tagħhom. B’dana kollu, kull tibdil fil-kriterji għandu jiġi pubblikat <HT TYPE="ITALIC">f’Il</HT>-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT>;</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet li jikkonċernaw l-eżerċizzju jew it-terminazzjoni ta’ l-attività li tapplika għal kull tip ta’ awtorizzazzjoni bis-saħħa tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fiż-żmien tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet, sew jekk ikunu fl-awtorizzazzjoni jew ikunu waħda mill-kondizzjonijiet li għandha tiġi aċċettata qabel l-għoti ta’ dik l-awtorizzazzjoni, ikunu stabbiliti u magħmula disponibbli għall-entitajiet interessati f’kull żmien. Fil-każ li għalih jipprovdi l-Artikolu 3(2)(a), jistgħu jitgħamlu disponibbli biss mid-data li tibda minn meta l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jistgħu jintbagħtu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(2) u l-obbligazzjonijiet dettaljati għall-użu ta’ awtorizzazzjoni speċifika jkunu ġġustifikati esklużżivament mill-ħtieġa li jiġi assigurat it-twettiq xieraq ta’ l-attivitajiet fiż-żona li għaliha tintalab l-awtorizzazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 2 u bil-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja jew ta’ kontribuzzjoni f’idrokarburi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jisgħu, sal-limitu ġġustifikat mis-sigurtà nazzjonali, mis-sigurtà pubblika, mis-saħħa pubblika, mis-sigurtà ta’ trasport, mill-protezzjoni ta’ l-ambjent, mill-protezzjoni ta’ riżorsi bioloġiċi u teżori nazzjonali li jkollhom valur artistiku, storku jew arkeoloġiku, mis-sigurtà ta’ stallazzjonijiet u tal-ħaddiema, mill-immaniġġar ippjanat tar-riżorsi idrokarburi (per eżempju r-rata li biha l-idrokarburi jkunu eżawriti jew l-ottimizzazzjoni ta’ l-akkwist tagħhom) jew il-ħtieġa li jiġi assigurat l-introjtu tat-taxxa, jimponu kondizzjonijiet u ħtiġijiet dwar l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1).<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 94/22 ġiet trasposta fid-dritt Pollakk bil-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri tal-<DATE ISO="19940204">4 ta’ Frar 1994</DATE>, kif emendata (Dz. U. tal-2005, Nru 228, pożizzjoni 1947, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), u bir-Regolament tal-Kunsill tal-Ministri dwar il-proċedura ta’ għoti għall-ksib ta’ drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri, tal-<DATE ISO="20050621">21 ta’ Ġunju 2005</DATE> (Dz. U. Nru 135, pożizzjoni 1131, iktar ’il quddiem ir- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regolament tal-Kunsill tal-Ministri<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-imsemmija liġi tagħmel distinzjoni bejn id-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri, mogħti mit-Teżor pubbliku inkwantu proprjetarju tad-depożiti ta’ idrokarburi, u l-konċessjoni, mogħtija mill-Ministru għall-Ambjent. Sabiex jista’ jkun hemm prospettar, esplorazzjoni jew estrazzjoni fil-Polonja, għandhom jinkisbu kemm dritt ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jipprovdi li, fi ħdan il-limiti stabbiliti bil-liġijiet fis-seħħ u bil-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri, l-użufruttwarju tal-minjieri jista’ jwettaq, bl-esklużjoni ta’ kull persuna oħra, attivitajiet ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ mineral partikolari u li, fi ħdan dawn il-limiti, l-użufruttwarju tal-minjiera jista’ jiddisponi mid-dritt tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tal-istess liġi jistabbilixxi li l-kostituzzjoni tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri ssir permezz ta’ ftehim, inkambju għal kumpens u suġġett għall-ksib ta’ konċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(2) sa (4) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>bla ħsara għal dak li huwa pprovdut fl-Artikolu 12(1), il-kostituzzjoni tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri li jkopri l-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta’ gass naturali, żejt mhux raffinat u d-derivati naturali tiegħu kif ukoll ta’ coalbed methane għandha tkun ippreċeduta minn sejħa għall-offerti.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tas-sejħa għall-offerti dwar il-ksib tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri huma l-awtoritajiet inkarigati mill-għoti tal-konċessjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill tal-Ministri għandu jistabbilixxi, permezz ta’ regolament, ir-regoli li jirregolaw il-pubblikazzjoni tal-avviżi ta’ sejħa għall-offerti għall-ksib tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll id-data li għandha tiġi inkluża f’dawn l-avviżi, ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerent u dawk li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerti, it-terminu għal preżentazzjoni tal-offerti, it-terminu għall-għeluq tal-proċedura ta’ għoti kif ukoll il-prinċipji u l-metodi tal-organizzazjoni u tal-eżekuzzjoni tas-sejħa għall-offerti kif ukoll dawk tal-konvokazzjoni u tal-ħidma tal-Bord tal-għoti.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) u (3) tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-imprenditur li jkun esplora u ddokumenta depożiti ta’ minerali li jkun proprjetà tat-Teżor pubbliku u li jkun ħejja dokumentazzjoni ġeoloġika bil-preċiżjoni meħtieġa għall-ksib ta’ konċessjoni għall-estrazzjoni jista’ jitlob li jingħata dritt ta’ użufrutt tal-minjieri bi prijorità fuq l-entitajiet l-oħra.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-possibbiltà prevista fil-paragrafu 1 tiskadi ladarba jgħaddu sentejn minn meta tiġi rċevuta konferma bil-miktub li l-awtorità amministrattivà kompetenti fil-qasam ġeoloġiku taċċetta d-dokumentazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15(1) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, konċessjoni hija meħtieġa għal: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1) l-ipprospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ minerali, 2) l-isfruttar ta’ minerali […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. L-Artikolu 2(2) tal-istess liġi jirreferi, għal dak kollu mhux previst f’din il-Liġi, għal-Liġi dwar il-libertà tal-eżerċitar ta’ attività ekonomika (Dz. U. Nru 173, pożizzjoni 1807).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk interess partikolarment importanti tal-Istat jew tal-pubbliku, li essenzjalment ikun marbut mal-ħarsien tal-ambjent, jiġġustifika dan, l-għoti ta’ konċessjoni jista’ jkun suġġett għall-kostituzzjoni ta’ garanzija, li tkun tista’ tikkumpensa l-eventwali konsegwenzi dannużi tal-eżerċizzju tal-attività koperta mill-konċessjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-forma u l-ammont tal-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 huma ffissati fil-konċessjoni skont it-tip ta’ attività eżerċitata, iż-żona koperta mill-konċessjoni, il-perijodu li għalih ingħatat il-konċessjoni u l-livell ta’ ħsara għall-ambjent tal-attivita ppjanata.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1)(2)(b) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jipprovdi li l-applikazzjoni għall-għoti ta’ konċessjoni għandha tinkludi n-numru ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-impriżi jew fir-Reġistru tal-attivitajiet ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20(2)(1) tal-imsemmija liġi, l-applikazzjoni għall-għoti ta’ konċessjoni għall-estrazzjoni ta’ minerali għandha tinkludi wkoll il-prova tal-fatt li l-applikant għandu dritt li juża d-dokumentazzjoni ġeoloġika.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 47(3) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-entita li tkun sostniet l-ispejjeż għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi magħmula abbażi ta’ deċiżjonijiet mogħtija skont il-liġi preżenti jkollu d-dritt esklużiv li juża mingħajr ebda ħlas l-informazzjoni ġeoloġika miksuba minn dawn ix-xogħlijiet, għal finijiet ta’ esplorazzjoni, [għal finijiet] xjentifiċi, u biex iwettaq l-attivitajiet irregolati mil-liġi preżenti. Dan id-dritt jiskadi malli jgħaddu 5 snin mid-data<?PAGE NO="6"?> ta’ meta ma tibqax valida d-deċiżjoni li awtorizzat ix-xogħlijiet li kienu s-sors ta’ informazzjoni jew li ppermettiet l-iżvolġiment ta’ attività oħra rregolata fil-liġi jew f’regolamenti oħra. Il-parti li għandha d-dritt li tuża l-informazzjoni ġeoloġika miksuba b’dan il-mod tista’ tagħmilha aċċessibbli għal partijiet oħra, ħlief jekk konċessjoni jew deċiżjoni li tapprova programm ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi tipprovdi mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill tal-Ministri:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kundizzjonijiet partikolari tas-sejħa għall-offerti għandhom b’mod partikolari jispeċifikaw:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>l-informazzjoni fuq id-dokumenti li l-offerent għandu jipproduċi sabiex juri li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa, b’mod partikolari s-silta tar-Reġistru tal-impriżi u d-dikjarazzjoni li tikkonferma li ma huwiex eskluż mill-proċedura ta’ għoti skont l-Artikolu 5(2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>il-kriterji oġġettivi ta’ evalwazzjoni tal-offerti jassiguraw l-osservanza tal-prinċipji ta’ kompetizzjoni leali u jiddefinixxu s-sinjifikat tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba bil-miktub tal-offerent, l-organizzatur tas-sejħa għall-offerti għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ dan tal-aħħar il-kundizzjonijiet partikolari tas-sejħa għall-offerti, b’effett mill-ġurnata tal-pubblikazzjoni tas-sejħa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-offerent huwa awtorizzat jikkuntattja lill-organizzatur tas-sejħa għall-offerti sabiex jitlob spjegazzjonijiet fuq il-kundizzjonijiet partikolari tas-sejħa għall-offerti, mhux iktar tard minn 14-il ġurnata qabel id-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-organizzatur tas-sejħa għall-offerti għandu jibgħat dawn l-ispjegazjonijiet immedjatament lill-offerenti kollha, mingħajr ma jiżvela s-sors tat-talba. L-ispjegazzjonijiet huma kkunsidrati bħala finali għall-offerenti kollha.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-organizzatur tas-sejħa għall-offerti jista’ jestendi t-terminu għat-tfigħ tal-offerti sabiex jippermetti li l-ispjegazzjonijiet rċevuti jew il-kundizzjonijiet partikolari tas-sejħa għall-offerti jiġu riflessi mill-offerenti fl-offerti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070323">23 ta’ Marzu 2007</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika tal-Polonja ittra ta’ intimazzjoni, fejn invokat li l-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri ma kinitx konformi mal-Artikoli 2(2), 3(1), u 5(1) u (2) tad-Direttiva 94/22.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja rrispondiet għall-ittra ta’ intimazzjoni fit-<DATE ISO="20070523">23 ta’ Mejju 2007</DATE> fejn essenzjalment sostniet li hija kienet ittrasponiet b’mod korrett id-Direttiva 94/22 fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080131">31 ta’ Jannar 2008</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika tal-Polonja opinjoni motivata fejn ikkonfermat l-ilmenti kollha li hija kienet għamlet fl-ittra ta’ intimazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20080320">20 ta’ Marzu 2008</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja, mingħajr ma kkontestat il-fondatezza tal-ilmenti magħmula fl-opinjoni motivata, talbet l-għeluq tal-proċedura għal ksur billi sostniet li x-xogħlijiet leġiżlattivi dwar l-elaborazzjoni ta’ Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri ġdida kienu ppermettew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>l-eliminazzjoni tan-nuqqasijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u t-tneħħija tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>dispożizzjonijiet li kienu taw lok għad-dubji tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Dan l-Istat Membru barra minn hekk informa lill-Kummissjoni li kien ser jibagħtilha l-iskeda dwar dan l-abbozz ta’ liġi sal-aħħar ta’ Ġunju 2008.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’ittra tas-<DATE ISO="20100427">27 ta’ April 2010</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja informat lill-Kummissjoni li l-imsemmi abbozz ta’ liġi kien ġie ppreżentat quddiem il-Parlament Pollakk fit-<DATE ISO="20081118">18 ta’ Novembru 2008</DATE> u li dan ma kienx f’pożizzjoni li jadottah fl-2009, iżda li l-liġi l-ġdida kellha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni hekk kif tiġi adottata.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa inammissibbli minħabba li l-ilmenti magħmula fir-rikors ma humiex identiċi għal dawk li kienu saru matul il-proċedura prekontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrispondi li s-suġġett tal-kawża u l-ilmenti magħmula matul il-proċedura prekontenzjuża huma identiċi għal dawk li jikkostitwixxu l-bażi tar-rikors. Is-siltiet tar-rikors li għalihom tagħmel riferiment ir-Repubblika tal-Polonja ma jinvolvux ilmenti ġodda iżda motivazzjoni ġuridika iktar iddettaljata insostenn tal-ilmenti li l-Kummissjoni kienet diġà invokat fl-opinjoni motivata tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Hija tgħid ukoll li, f’kull każ, anki jekk jitqies li r-rikors jinkludi lmenti ġodda, huma biss dawn l-ilmenti l-ġodda li jistgħu jiġu ddikjarati inammissibbli u mhux l-ilmenti kollha magħmula f’dan l-istess rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Qabel ma tingħata deċiżjoni fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà eċċepita mir-Repubblika tal-Polonja, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura prekontenzjuża għandha l-għan li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità, minn naħa, li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jinvoka l-motivi ta’ difiża tiegħu kontra l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni. L-għan tar-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 258 TFUE huwa, għalhekk limitat mill-proċedura prekontenzjuża pprovduta minn din id-dispożizzjoni. Għalhekk, ir-rikors ma jistax ikun ibbażat fuq ilmenti differenti minn dawk iddikjarati fil-proċedura prekontenzjuża (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20010510">10 ta’ Mejju 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/98" PAGE.ECR="I-3463" YEAR="2001">C-152/98, Ġabra p. I-3463</REF.DOC.ECR>, punt 23, u tal-<DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ċipru, C-340/10, punt 21). B’mod partikolari, ir-rikors għandu jkun ibbażat fuq l-istess motivi u raġunijiet bħal dawk tal-opinjoni motivata (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-50/09" PAGE.ECR="I-873" YEAR="2011">C-50/09, Ġabra p. I-873</REF.DOC.ECR>, punt 93), li għandha tinkludi dikjarazzjoni koerenti u dettaljata tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Litwanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-274/07" PAGE.ECR="I-7117" YEAR="2008">C-274/07, Ġabra p. I-7117</REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi interpretat bħala li jimponi, f’kull każ, koinċidenza perfetta bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fl-opinjoni motivata u dawk imsemmija fir-rikors (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19960910">10 ta’ Settembru 1996</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-11/95" PAGE.ECR="I-4115" YEAR="1996">C-11/95, Ġabra p. I-4115</REF.DOC.ECR>, punt 74 u tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-283/07, punt 22).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, meta l-Kummissjoni ma tkunx indikat, matul il-proċedura prekontenzjuża, li s-suġġett tal-imsemmija proċedura, jiġifieri n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu imputat lill-Istat Membru kkonċernat, imur lil hinn mid-dispożizzjonijiet nazzjonali indikati speċifikament fil-kuntest tal-imsemmija proċedura prekontenzjuża, ir-rikors huwa inammissibbli sa fejn jirrigwarda dispożizzjonijiet nazzjonali oħra għajr dawk indikati speċifikament matul il-proċedura prekontenzjuża (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19840207">7 ta’ Frar 1984</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="166/82" PAGE.ECR="I-459" YEAR="1984">166/82, Ġabra p. I-459</REF.DOC.ECR>, punti 19 sa 22, u tat-<DATE ISO="19930622">22 ta’ Ġunju 1993</DATE>, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-243/89" PAGE.ECR="I-3353" YEAR="1993">C-243/89, Ġabra p. I-3353</REF.DOC.ECR>, punti 15 sa 17). Fil-fatt, f’tali każ, jirriżulta li l-motivi tal-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u, għaldaqstant il-bażi tiegħu, ġew estiżi mingħajr ma l-Istat Membru kkonċernat ma kellu, f’dan ir-rigward, l-opportunità, minn naħa, li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jesponi b’mod effettiv il-motivi ta’ difiża tiegħu fil-konfront tal-ilmenti magħmula mill-Kummissjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel motiv tar-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel motiv tar-rikors, ibbażat fuq l-allegat ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 94/22, il-Kummissjoni tosserva diskriminazzjoni bejn l-entitajiet fir-rigward tal-aċċess għall-attivitajiet ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi u l-eżerċizzju tagħhom. Hija ssostni, b’mod partikolari, li l-esklużività tad-dritt ta’ użu mingħajr ħlas tal-informazzjoni ġeoloġika minn entità li wettqet xogħlijiet ġeoloġiċi fuq il-bażi ta’ konċessjoni ta’ esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi, prevista fl-Artikolu 47(3) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, flimkien mar-rekwiżit li jiġi pprovat, fl-applikazzjoni għall-għoti ta’ konċessjoni ta’ esplorazzjoni, li l-applikant għandu dritt ta’ użu tad-dokumentazzjoni ġeoloġika, previst fl-Artikolu 20(2)(1) ta’ din l-istess liġi, imorru kontra l-prinċipju ta’ aċċess mhux diskriminatorju tal-entitajiet ikkonċernati għall-attivitajiet ta’ estrazzjoni tal-idrokarburi.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li dan l-ilment tqajjem, għall-ewwel darba, fl-istadju tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li, għaldaqstant, huwa inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li fl-opinjoni motivata l-Kummissjoni llimitat ruħha li tilmenta, essenzjalment, li r-Repubblika tal-Polonja ma tiggarantixxix l-aċċess mhux diskriminatorju għall-attivitajiet ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni, billi timponi fuq l-applikanti għal konċessjoni ta’ estrazzjoni ta’ minerali l-obbligu, kif previst fl-Artikolu 20(2)(1) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, li jipproduċu l-prova tal-eżistenza tad-dritt li jużaw id-dokumentazzjoni ġeoloġika, għandu jiġi osservat li, fil-kawża preżenti, dan l-obbligu huwa bbażat fuq il-fatt li, skont l-Artikolu 47(3) ta’ din l-istess liġi, id-dritt ta’ użu bla ħlas ta’ tali dokumentazzjoni huwa tal-entità li wettqet xogħlijiet ġeoloġiċi fuq il-bażi ta’ konċessjoni ta’ esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-riferiment, fir-rikors promotur, għal din it-tieni dispożizzjoni tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri għandu jiġi kkunsidrat bħala li jiżviluppa lment li diġà tqajjem mill-Kummissjoni fl-opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà eċċepita mir-Repubblika tal-Polonja għandha tiġi miċħuda f’dak li jirrigwarda l-ewwel motiv tar-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni motiv tar-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tieni motiv tar-rikors, ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/22, il-Kummissjoni, b’mod partikolari, tikkritika lir-Repubblika tal-Polonja talli ma pprovdietx, fir-rigward tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 1(3) ta’ din id-direttiva, li kemm l-għoti tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll dak tal-konċessjoni għandu jsir permezz ta’ proċedura kompetittiva u skont metodi li jiggarantixxu aċċess mhux diskriminatorju għall-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, il-prijorità li l-Artikolu 12 tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jagħti lill-proprjetarju tad-dritt tal-użu tad-dokumentazzjoni ġeoloġika tmur ukoll kontra dan ir-rekwiżit ta’ proċedura kompetittiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu 52 tal-Liġi dwar il-libertà tal-eżerċitar ta’ attività ekonomika jipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ għoti biss fil-każ fejn in-numru ta’ impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-għoti ta’ konċessjoni u li jippreżentaw il-garanzija ta’ eżekuzzjoni korretta tal-attività koperta mill-konċessjoni jkun ikbar min-numru ta’ konċessjonijiet li huma proposti għall-għoti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rikors tagħha l-Kummissjoni ssostni wkoll li l-Artikolu 54(4) tal-imsemmija liġi jeżiġi li l-offerta tkun ippreżentata bil-Pollakk, fatt li jmur kontra l-prinċipju li jgħid li l-entitajiet ikkonċernati kollha għandu jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni sabiex jeżerċitaw attivitajiet ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi. Madankollu l-Kummissjoni rrinunzjat għal dan l-ilment fir-replika tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja teċċepixxi l-inammissibbiltà ta’ dawn l-ilmenti minħabba li dawn tqajmu għall-ewwel darba fl-istadju tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ilment ibbażat fuq il-fatt li r-Repubblika tal-Polonja ma pprovdietx, fir-rigward tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 94/22, li kemm l-għoti tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll dak tal-konċessjoni għandu jsir permezz ta’ proċedura kompetittiva u skont metodi li jiggarantixxu aċċess mhux diskriminatorju għall-awtorizzazzjoni, huwa biżżejjed li jiġi osservat li dan l-ilment diġà kien jinsab fl-opinjoni motivata. Għalhekk, dan l-ilment huwa ammissibbli fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-prijorità li l-Artikolu 12 tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jagħti lill-proprjetarju tad-dritt tal-użu tad-dokumentazzjoni ġeoloġika tmur ukoll kontra dan ir-rekwiżit ta’ proċedura kompetittiva, dan ma kienx is-suġġett tal-opinjoni motivata. Minn dan isegwi li dan l-ilment huwa inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 52 tal-Liġi dwar il-libertà tal-eżerċitar ta’ attività ekonomika jipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ għoti biss fil-każ fejn in-numru ta’ impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-għoti ta’ konċessjoni u li jippreżentaw il-garanzija ta’ eżekuzzjoni korretta tal-attività koperta mill-konċessjoni jkun ikbar min-numru ta’ konċessjonijiet li huma proposti għall-għoti, lanqas dan ma kien is-suġġett tal-opinjoni motivata. Għaldaqstant, dan l-ilment huwa inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment dwar ir-rekwiżit, previst fl-Artikolu 54(4) tal-Liġi dwar il-libertà tal-eżerċitar ta’ attività ekonomika, li jgħid li l-offerta għandha tkun ippreżentata bil-Pollakk, peress li l-Kummissjoni rrinunzjat għalih, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan l-ilment.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet motiv tar-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tielet motiv tar-rikors, ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 94/22, il-Kummissjoni ssostni, b’mod partikolari, li l-leġiżlazzjoni Pollakka ma tittrasponix b’mod korrett ir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-kriterji ta’ evalwazzjoni li jirriżultaw mill-imsemmi Artikolu 5(1). Fir-rikors tagħha l-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika tal-Polonja wkoll talli poġġiet fuq l-istess livell, minn naħa, il-kriterju dwar il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-offerent u dawk tal-portata tat-teknoloġija proposta għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, u, min-naħa l-oħra, l-ammont propost għall-kumpens għall-istabbiliment tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri. Il-Kummissjoni reġgħet għamlet dan l-ilment matul is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li dawn l-ilmenti huma inammissibbli peress li dawn ma tqajmux fl-opinjoni motivata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ewwel ilment ibbażat fuq il-fatt li l-leġiżlazzjoni Pollakka allegatament ma tittrasponix b’mod korrett ir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-kriterji ta’ evalwazzjoni elenkati fl-Artikolu 5(1), tad-Direttiva 94/22, għandu jiġi kkonstatat li dan l-ilment ġie invokat fl-opinjoni motivata. Konsegwentement dan huwa ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni lment espost fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, peress li l-Kummissjoni rrepetietu matul is-seduta, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan l-ilment.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel motiv tar-rikors</P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 94/22, huwa kompost minn żewġ partijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, il-Kummissjoni ssostni li billi teżiġi, fl-Artikolu 18(1)(2)(b) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, li l-applikazzjoni għall-għoti ta’ konċessjoni għandha tinkludi n-numru ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-impriżi jew fir-Reġistru tal-attivitajiet ekonomiċi, fil-Polonja, il-leġiżlazzjoni Pollakka toħloq, fir-rigward tal-aċċess għall-proċedura nnifisha ta’ ksib ta’ konċessjoni, sitwazzjoni diskriminatorja fir-rigward tal-entitajiet stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jkunu jistgħu japplikaw għall-għoti ta’ konċessjoni biss jekk ikollhom impriża rreġistrata fil-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tirrispondi li l-obbligu ta’ sede previst fl-istadju tal-applikazzjoni għal konċessjoni ma jikkostitwixxix ostakolu għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika proposta peress li din il-fażi tirrigwarda l-kontroll tal-osservanza tar-rekwiżiti formali min-naħa tal-operatur u twassal, normalment, għall-għoti tal-konċessjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 94/22, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn entitajiet fir-rigward tal-aċċess għal u l-eżerċitar tal-attivitajiet ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni tal-idrokarburi, fiż-żoni li huma disponibbli għall-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, sa fejn jeżiġi li operatur ekonomiku, stabbilit fi Stat Membru ieħor u li jixtieq jikseb konċessjoni ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni jew ta’ estrazzjoni tal-idrokarburi fil-Polonja, għandu jkollu sede jew stabbiliment fit-territorju Pollakk qabel ma tingħatalu l-konċessjoni, l-Artikolu 18(1)(2)(b) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jagħmel l-aċċess għall-attività ekonomika inkwistjoni iktar diffiċli għal dan l-operatur milli għal operatur stabbilit prinċipalment fil-Polonja. Fil-fatt, l-imsemmija dispożizzjoni teżiġi li l-operatur ekonomiku li japplika għall-għoti ta’ konċessjoni jagħmel investimenti, eventwalment kunsiderevoli, filwaqt li ma huwiex ċert li ser jikseb tali konċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1)(2)(b) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri huwa, għalhekk, inkompatibbli mal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 94/22.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza allegata mir-Repubblika tal-Polonja, li tgħid li l-għoti tal-konċessjoni fir-rigward ta’ żona partikolari huwa suġġett biss għall-osservanza ta’ ċerti rekwiżiti formali min-naħa tal-applikant u, normalment, ikun segwit mill-ksib, minn dan tal-aħħar, tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri fuq din iż-żona, ma hijiex tali li tikkonfuta l-konstatazzjoni magħmula fil-punt preċedenti. Fil-fatt, minn naħa, ma jistax jitqies li huwa ggarantit li applikant jissodisfa, fil-każijiet kollha, ir-rekwiżiti li għalihom huwa suġġett l-għoti ta’ konċessjoni u, min-naħa l-oħra, dan l-Istat Membru nnifsu ammetta l-eżistenza ta’ każ fejn l-għoti ta’ konċessjoni kien ġie rrifjutat.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tal-ewwel motiv hija fondata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-esklużività tad-dritt ta’ użu mingħajr ħlas tal-informazzjoni ġeoloġika minn entità li wettqet xogħlijiet ġeoloġiċi fuq il-bażi ta’ konċessjoni ta’ esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi, kif prevista fl-Artikolu 47(3) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, flimkien mar-rekwiżit, previst fl-Artikolu 20(2)(1) ta’ din l-istess liġi, li fl-applikazzjoni għall-għoti ta’ konċessjoni ta’ esplorazzjoni jiġi pprovat li l-applikant għandu dritt ta’ użu tad-dokumentazzjoni ġeoloġika, imorru kontra l-prinċipju ta’ aċċess mhux diskriminatorju tal-entitajiet ikkonċernati għall-attivitajiet ta’ estrazzjoni tal-idrokarburi. Fil-fatt, li tkun preċedentement kisbet konċessjoni ta’ esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi jkunu ffavoriti meta mqabbla ma’ entitajiet oħra kkonċernati mill-għoti ta’ konċessjoni ta’ estrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li, skont id-dritt Pollakk, kull entità kkonċernata tibbenefika minn aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-ksib ta’ konċessjonijiet dwar xogħlijiet ta’ prospettar jew ta’ esplorazzjoni ta’ idrokarburi. Konsegwentement, kull entità għandha l-possibbiltà li tiddokumenta depożitu ta’ minerali billi tfassal dokumentazzjoni ġeoloġika dwaru u, konsegwentement, li tikseb id-dritt esklużiv li tuża din l-informazzjoni ġeoloġika.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-regoli applikabbli fil-Polonja dwar id-dritt għal informazzjoni ġeoloġika, li jagħtu d-dritt ta’ użu ta’ din l-informazzjoni lill-entitajiet li huma nnifishom sostnew l-ispejjeż neċessarji għall-ksib ta’ din l-informazzjoni, huma bbażati fuq wieħed mill-prinċipji fundamentali tad-dritt Pollakk u tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-osservanza tad-dritt għall-proprjetà u tad-drittijiet patrimonjali l-oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika tal-Polonja, l-Artikolu 47(3) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jittrasponi l-Artikolu 3(5)(b) tad-Direttiva 94/22, li jipprovdi li l-għoti ta’ awtorizzazzjoni lill-entità li jkollha forma oħra ta’ awtorizzazzjoni meta l-pussess ta’ din l-awtorizzazzjoni tal-aħħar jimplika dritt għall-għoti tal-awtorizzazzjoni preċedenti, ma huwiex ikkunsidrat bħala għoti ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikoli 10(1) u 11(2) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, il-kostituzzjoni tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri li jkopri l-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta’ gass naturali, żejt mhux raffinat u d-derivati naturali tiegħu kif ukoll ta’ coalbed methane għandha tkun ippreċeduta, bla ħsara għall-Artikolu 12(1) ta’ din l-istess liġi, minn sejħa għall-offerti u ssir permezz ta’ ftehim, inkambju għal kumpens u suġġett għall-ksib ta’ konċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 47(3) u 20(2)(1) tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri twassal biex, fil-perijodu ta’ esklużività ta’ ħames snin, l-entità kkonċernata li tkun rebħet is-sejħa għall-offerti dwar id-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri li jkopri l-estrazzjoni ta’ idrokarburi kkonċernati, tkun tista’ tikseb il-konċessjoni ta’ estrazzjoni biss jekk l-entità li tkun preċedentement wettqet ix-xogħlijiet ġeoloġiċi u li jkollha, għalhekk, id-dritt esklużiv ta’ użu tad-dokumentazzjoni ġeoloġika tqiegħed dik id-dokumentazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk jirriżulta li s-sistema inkwistjoni, fid-dawl tal-pożizzjoni vantaġġuża li hija tagħti, matul il-perijodu ta’ ħames snin, lill-entità li tkun diġà eżerċitat attivitajiet ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni, tagħmilha f’kull każ iktar diffiċli, jekk mhux saħansitra impossibbli, li l-entità li ma wettqitx il-prospettazzjoni u lanqas l-esplorazzjoni tad-depożiti kkonċernati tikseb l-awtorizzazzjoni ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tista’ fl-ebda każ tiġi kkonfutata mill-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jgħid li l-awtorizzazzjoni prevista mill-proċedura nazzjonali tinkludi kemm il-konċessjoni dwar il-prospettazzjoni u l-esplorazzjoni kif ukoll dik dwar l-estrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa permess li l-Istati Membri jiggarantixxu ċertu kumpens favur l-entità li sostniet spejjeż sabiex tistabbilixxi d-dokumentazzjoni ġeoloġika matul l-attivitajiet tagħha ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni, tali kumpens ma jistax ikun fil-forma magħżula mil-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, mingħajr ma jikser ir-regola tal-aċċess mhux diskriminatorju tal-entitajiet kollha għall-attivitajiet, b’mod partikolari, ta’ esplorazzjoni tal-idrokarburi, kif stabbilita fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 94/22.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-ewwel motiv hija fondata.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar il-fuq, l-ewwel motiv invokat mill-Kummissjoni insostenn tar-rikors tagħha għandu jiġi milqugħ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni motiv tar-rikors</P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>It-tieni motiv tar-rikors, ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/22, huwa kompost minn żewġ partijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tat-tieni motiv</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri ma tiggarantixxix li proċedura kompetittiva li tosserva l-prinċipji previsti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22 għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi għandha tinbeda f’kull każ.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma tikkontestax l-għażla tar-Repubblika tal-Polonja li żżid, mal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 94/22, in-neċessità li jinkiseb dritt ta’ użufrutt tal-minjieri u sussegwentement konċessjoni. F’dan il-każ, madankollu, il-ksib ta’ dawn iż-żewġ drittijiet għandu jsir skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22 u skont metodi li jiggarantixxu aċċess mhux diskriminatorju għall-awtorizzazzjoni. Issa, huwa biss id-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri li jingħata permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti, filwaqt li l-konċessjoni tingħata fuq il-bażi ta’ proċedura fuq titoli.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tfakkar li, fis-sistema prevista mil-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, l-awtorizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 94/22 hija komposta kemm mid-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll mill-konċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Kull entità tista’ titlob l-istabbiliment ta’ dritt ta’ użufrutt tal-minjieri, u dan jagħtiha l-possibbiltà li tikseb konċessjoni. Kull offerta ppreżentata fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti dwar l-istabbiliment tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri għandha tiġi evalwata skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Il-fatt li, fil-prattika, hija biss impriża waħda li hija ammessa fil-proċedura amministrattiva ta’ natura formali dwar l-għoti tal-konċessjoni, jiġifieri l-entità li l-offerta tagħha ġiet ikkunsidrata bħala l-aħjar u li, għaldaqstant, intgħażlet wara s-sejħa għall-offerti dwar l-istabbiliment tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri, jikkonferma, skont ir-Repubblika tal-Polonja, li l-għoti tal-konċessjoni huwa deċiż mir-riżultat tas-sejħa għall-offerti dwar id-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri. Konsegwentement, l-għan tad-Direttiva 94/22, li huwa li l-konċessjoni tingħata lill-entità li tkun ippreżentat l-aħjar offerta fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, evalwata skont kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji, jintlaħaq permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kollha kkunsidrati flimkien.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/22, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet kollha kkonċernati jistgħu jibagħtu applikazzjonijiet skont il-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li, skont il-proċedura nazzjonali kif stabbilita mil-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, l-awtorizzazzjoni sabiex jiġi eżerċitat id-dritt esklużiv ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni tal-idrokarburi f’żona ġeografika, fis-sens tal-Artikolu 1(3), tad-Direttiva 94/22, hija komposta kemm mid-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll mill-konċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Issa, l-fatt li huwa biss id-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri li jingħata permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti, filwaqt li l-għoti tal-konċessjoni lill-offerent magħżul sabiex jingħata dan id-dritt huwa suġġett biss għall-osservanza ta’ ċerti rekwiżiti formali, ma huwiex, fih innifsu, inkompatibbli mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/22. Fil-fatt, ma jistax jiġi eskluż <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li tali sistema tista’ tiggarantixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>l-awtorizzazzjonijiet jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet kollha kkonċernati li jistgħu jibgħatu applikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens ta’ dan l-Artikolu. Dan jgħodd b’mod partikolari fil-każ fejn l-entitajiet kollha interessati jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet dwar l-għoti tad-dritt ta’<?PAGE NO="14"?> użufrutt taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, u fejn l-għoti tal-konċessjoni lill-offerent magħżul sabiex jingħata dan id-dritt ikun suġġett biss għal rekwiżiti li ma jimplikawx evalwazzjoni tal-merti tal-applikazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 5(1)(d) tad-Direttiva 94/22.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-tieni motiv ma hijiex fondata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tat-tieni motiv</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-avviż li jħabbar in-neċessità li ssir sejħa għall-offerti huwa ppubblikat biss fid-<HT TYPE="ITALIC">Dziennik Ustaw Rzeczypospolitej Polskiej</HT> (Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja), u mhux f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, kif jeżiġi l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22, li għalih jagħmel riferiment l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tindika li, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill tal-Ministri, l-avviż tas-sejħa għall-offerti dwar l-għoti ta’ dritt ta’ użufrutt tal-minjieri li jkopri l-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta’ gass naturali, żejt mhux raffinat u d-derivati naturali tiegħu kif ukoll ta’ coalbed methane, ukoll għandu jiġi ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Skont kliem l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22, li għalih jagħmel riferiment l-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva, il-proċedura li fiha l-entitajiet kollha kkonċernati għadhom ikunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni hija miftuħa jew fuq l-inizjattiva ta’ l-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ avviż li jistieden applikazzjonijiet, li għandu jiġi ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew</HT> jew permezz ta’ avviż li jistieden applikazzjonijiet, li għandhom jiġu ppubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni minn xi entità.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li dan ir-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni huwa, fir-rigward tal-għoti tad-dritt ta’ użufrutt tal-minjieri, osservat fl-ordinament ġuridiku Pollakk.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, il-fatt li l-proċedura ta’ konċessjoni ma hijiex is-suġġett ta’ tali pubblikazzjoni ma jmurx, fih innifsu u għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel parti tat-tieni motiv, kontra l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22 u għaldaqstant lanqas kontra l-Artikolu 3(1) ta’ din l-istess direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni parti tat-tieni motiv ma hijiex fondata u li, għaldaqstant, dan tal-aħħar għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet motiv</P></TI></TITLE><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>It-tielet motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 94/22, huwa issa magħmul minn tlett partijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tat-tielet motiv</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tielet motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, sa fejn l-Artikolu 17 tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri jipprovdi li, jekk interess partikolarment importanti tal-Istat jew tal-pubbliku, li essenzjalment ikun marbut mal-ħarsien tal-ambjent, jiġġustifika dan, l-għoti ta’ konċessjoni jista’ jkun suġġett għall-kostituzzjoni ta’ garanzija, li tkun tista’ tikkumpensa l-eventwali konsegwenzi dannużi tal-eżerċizzju tal-attività koperta mill-konċessjoni, dan l-artikolu jmur kontra l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 94/22. Il-Kummissjoni barra minn hekk tosserva li l-fatt li l-għoti tal-konċessjoni huwa suġġett għall-kostituzzjoni ta’ garanzija ma jistax ikun ibbażat fuq l-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva, dispożizzjoni li ma tikkonċernax l-għoti jew ir-rifjut ta’ awtorizzazzjoni, iżda biss is-sitwazzjoni fid-data ta’ meta tingħata l-awtorizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tirrifjuta t-teżi tal-Kummissjoni u tikkunsidra l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 94/22 jippermetti li l-awtorità nazzjonali kompetenti sabiex tagħti l-konċessjoni tissuġġetta l-għoti tal-konċessjoni għall-kostituzzjoni ta’ garanzija meta interess partikolarment importanti tal-Istat, marbut b’mod partikolari mal-protezzjoni tal-ambjent, ikun jiġġustifika dan.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont kliem l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 94/22, l-awtorizzazzjonijiet jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji li jikkonċernaw, fil-każi kollha, il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-entitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Għalkemm huwa ċertament minnu li garanzija, li għaliha jista’ jkun suġġett l-għoti ta’ konċessjoni, fis-sens tal-Artikolu 17 tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, ma taqax taħt l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 94/22.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Madankollu, minn qari flimkien tal-Artikoli 5(2), u 6(1) u (2) tad-Direttiva 94/22 jirriżulta li, jekk interess partikolarment importanti tal-Istat jew tal-pubbliku, li essenzjalment ikun marbut mal-ħarsien tal-ambjent, jiġġustifika dan, Stat Membru jista’, hekk kif jipprovdi l-Artikolu 17 tal-Liġi dwar il-ġeoloġija u l-minjieri, jissuġġetta l-għoti ta’ konċessjoni għall-kostituzzjoni ta’ garanzija, li tkun tista’ tikkumpensa l-eventwali konsegwenzi dannużi tal-eżerċizzju tal-attività koperta mill-konċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-tielet motiv ma hijiex fondata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tat-tielet motiv</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tielet motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li r-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-kriterji preċiżi dwar l-elementi msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22 ma huwiex traspost b’mod sodisfaċenti fl-ordinament ġuridiku Pollakk.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tikkontesta l-fatt li kisret l-obbligu li tippubblika u tiddefinixxi b’mod ċar il-kriterji ta’ evalwazzjoni kollha tal-offerta tal-entitajiet ikkonċernati. Hija ssostni li dan l-obbligu huwa sodisfatt bl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill tal-Ministri.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kriterji, li abbażi tagħhom jingħataw l-awtorizzazzjonijiet, jiġu ppubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> qabel il-bidu tal-perijodu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, kif indikat il-Kummissjoni mingħajr ma ġiet kontradetta mir-Repubblika tal-Polonja, l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill tal-Ministri invokat minn dan l-Istat isemmi biss tipi ta’ kriterji li abbażi tagħhom offerta titqies li hija l-iktar waħda vantaġġuża. Barra minn hekk, għalkemm, hekk kif osservat il-Kummissjoni, l-Artikolu 4(2) u (3) tal-istess regolament jipprovdi għall-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-avviżi ta’ sejħiet għall-offerti li għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti, madankollu fil-prattika jirriżulta li l-Gvern Pollakk illimita ruħu li jippubblika fl-imsemmi Ġurnal Uffiċjali l-kategoriji ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti, filwaqt għad-determinazzjoni preċiża ta’ dawn il-kriterji huwa jagħmel sempliċement riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kundizzjonijiet fid-dettall tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti dwar il-ksib ta’ drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għall-ipprospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali f’ċerti żoni ta’ konċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li jistgħu jintalbu mingħand id-dipartiment kompetenti tal-Ministeru tal-Ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li r-Repubblika tal-Polonja ma adottatx il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura traspożizzjoni sodisfaċenti tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22 fl-ordinament ġuridiku Pollakk.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet parti tat-tielet motiv hija fondata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet parti tat-tielet motiv</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tat-tielet motiv tagħha, ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 94/22, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni Pollakka ma tiggarantixxix li r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet kollha dwar l-eżerċizzju tal-attivitajiet koperti mill-imsemmija direttiva jkunu stabbiliti u mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-entitajiet ikkonċernati sa mid-data ta’ meta jistgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja, filwaqt li tikkontesta l-ilment invokat mill-Kummissjoni, tillimita ruħha li tindika li l-leġiżlazzjoni Pollakka tipprevedi l-komunikazzjoni tal-informazzjoni kollha neċessarja lill-entitajiet ikkonċernati u li din l-informazzjoni hija aċċessibbli f’ċertu stadju tal-proċedura, bla ħsara għall-possibbiltà, biss f’każijiet eċċezzjonali, li ċerti kundizzjonijiet jiġu ppreċiżati fl-atti ta’ konċessjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Hekk kif previst fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 94/22, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-eżerċizzju jew it-terminazzjoni tal-attività, li japplikaw għal kull tip ta’ awtorizzazzjoni bis-saħħa tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, sew jekk ikunu previsti fl-awtorizzazzjoni u sew jekk ikunu waħda mill-kundizzjonijiet li għandha tiġi aċċettata qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, ikunu stabbiliti u jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-entitajiet ikkonċernati f’kull żmien. Fil-każ li għalih jipprovdi l-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva, dawn jistgħu jitpoġġew għad-dispożizzjoni biss mid-data li tibda minn meta l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jistgħu jintbagħtu.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Issa, għalkemm ir-Repubblika tal-Polonja tikkontesta l-ilment li jifforma t-tielet parti tat-tielet motiv invokat mill-Kummissjoni, hija ma tirrifjutax l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-leġiżlazzjoni Pollakka ma tiggarantixxix li r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet kollha dwar l-eżerċizzju tal-attivitajiet koperti mid-Direttiva 94/22 ikunu stabbiliti u mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-entitajiet ikkonċernati sa mid-data ta’ meta jistgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-imsemmija leġiżlazzjoni ma hijiex konformi mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 94/22.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet parti tat-tielet motiv hija fondata.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, it-tielet motiv invokat mill-Kummissjoni insostenn tar-rikors tagħha għandu jiġi miċħud fir-rigward tal-ewwel parti tiegħu u għandu jiġi milqugħ fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn naħa, għandu jiġi kkonstatat li, billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-aċċess għal attività ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi ma jkunx diskriminatorju bejn l-entitajiet ikkonċernati u li l-awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ tali attività jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet ikkonċernati kollha jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kriterji ppubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> qabel il-bidu tal-perijodu tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(2), 3(1) u 5(1) u (2) tad-Direttiva 94/22/KE u, min-naħa l-oħra, li l-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Fil-kawża preżenti, peress li kull parti tilfet fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħha, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-aċċess għal attività ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi ma jkunx diskriminatorju bejn l-entitajiet ikkonċernati u li l-awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ tali attività jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet ikkonċernati kollha jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kriterji ppubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> qabel il-bidu tal-perijodu tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(2), 3(1) u 5(1) u (2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE>, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>