02019D1720 — MT — 14.10.2020 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1720 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (ĠU L 262 15.10.2019, p. 58) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 139I |
4 |
4.5.2020 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1467 tat-12 ta’ Ottubru 2020 |
L 335 |
18 |
13.10.2020 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1720
tal-14 ta’ Ottubru 2019
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, minn persuni fiżiċi li:
jkunu responsabbli għal ksur serju jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa;
l-azzjonijiet, politiki jew attivitajiet tagħhom b'mod ieħor idgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fin-Nikaragwa;
jkunu assoċjati ma' dawk imsemmija fil-punti (a) u (b);
kif elenkati fl-Anness.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż ospitanti ta' organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali mlaqqa' min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt il-patroċinju tagħha;
taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew
skont it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 2
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta', jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li:
jkunu responsabbli għal ksur serju jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa;
l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom b'xi mod ieħor idgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fin-Nikaragwa;
jkunu assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fil-punti (a) u (b);
kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li tingħata disponibbiltà għal ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
neċessarji biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u imposti ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hija tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
ser jitħallsu f'kont, jew jinħarġu minn kont, ta' missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data meta dawk il-kontijiet ikunu saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat;
dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagament ieħor jibqa' soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness, jew li tingħata disponibbiltà għal ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness, taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-provvista ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi hija neċessarja għal skopijiet umanitarji, bħall-għoti jew il-faċilitazzjoni tal-għoti ta' assistenza inklużi provvisti mediċinali, oġġetti tal-ikel jew it-trasferiment ta' ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għall-evakwazzjonijiet min-Nikaragwa.
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 6
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari:
fir-rigward tal-Kunsill, il-preparazzjoni u l-emendar tal-Anness;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, il-preparazzjoni ta' emendi għall-Anness.
Artikolu 7
Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta', jew f'isem, waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmijin fil-punt (a).
Artikolu 8
Sabiex l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jkun kemm jista' jkun qawwi, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Ottubru 2021 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 1 U 2
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Ramón Antonio AVELLÁN MEDAL |
Data tat-twelid: 11 ta’ Novembru 1954 Post tat-twelid: Jinotepe, in-Nikaragwa Numru tal-passaport: A0008696 Maħruġ: 17 ta’ Ottubru 2011 Validu sa: 17 ta’ Ottubru 2021 Ġeneru: raġel |
Deputat Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali tan-Nikaragwa (NNP) u eks kap tal-pulizija f’Masaya. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa, inkluż billi kkoordina r-repressjoni tad-dimostranti f’Masaya fl-2018. |
4.5.2020 |
|
2. |
Sonia CASTRO GONZÁLEZ |
Data tat-twelid: 29 ta’ Settembru 1967 Post tat-twelid: Carazo, in-Nikaragwa Numru tal-passaport: A00001526 Maħruġ: 19 ta’ Novembru 2019 Validu sa: 19 ta’ Novembru 2028 Numru tal-ID: 0422909670000N Ġeneru: mara |
Konsulent speċjali għall-President tan-Nikaragwa dwar kwistjonijiet ta’ saħħa u eks Ministru għas-Saħħa. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa, inkluż billi xekklet l-aċċess għal assistenza medika ta’ emerġenza għall-popolazzjoni ċivili midruba involuta fid-dimostrazzjonijiet u ordnat lill-persunal tal-isptarijiet biex jirrapportaw lid-dimostranti li ttieħdu l-isptar mill-pulizija. |
4.5.2020 |
|
3. |
Francisco Javier DÍAZ MADRIZ |
Data tat-twelid: 3 ta’ Awwissu 1961 Ġeneru: raġel |
Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali tan-Nikaragwa (NNP) mit-23 ta’ Awwissu 2018 u eks Deputat Direttur Ġenerali tal-NNP. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa, inkluż billi mexxa l-forzi tal-pulizija biex iwettqu vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza, arresti u detenzjonijiet arbitrarji u tortura. |
4.5.2020 |
|
4. |
Néstor MONCADA LAU |
Data tat-twelid: 2 ta’ Marzu 1954 Ġeneru: raġel |
Konsulent personali għall-President tan-Nikaragwa dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali. F’din il-kapaċità, huwa kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali u għall-istabbiliment ta’ politiki repressivi mwettqa mill-Istat tan-Nikaragwa kontra persuni li jieħdu sehem f’dimostrazzjonijiet, rappreżentanti tal-oppożizzjoni u ġurnalisti fin-Nikaragwa minn April 2018 ’il quddiem. |
4.5.2020 |
|
5. |
Luís PÉREZ OLIVAS |
Data tat-twelid: 8 ta’ Jannar 1956 Ġeneru: raġel |
Kummissarju Ġenerali u Uffiċjal Prinċipali għall-Assistenza Legali (DAEJ) fiċ-ċentru penitenzjarju “El Chipote”. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura, l-użu ta’ forza estensiva, it-trattament ħażin tad-detenuti u forom oħra ta’ trattament degradanti. |
4.5.2020 |
|
6. |
Justo PASTOR URBINA |
Data tat-twelid: 29 ta’ Jannar 1956 Ġeneru: raġel |
Kap tal-Unità tal-Operazzjonijiet Speċjali tal-Pulizija (DOEP). Kien direttament involut fl-implimentazzjoni ta’ politiki repressivi kontra d-dimostranti u l-oppożizzjoni fin-Nikaragwa, b’mod partikolari f’Managua. F’dan il-kuntest, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa. |
4.5.2020 |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).