17.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1210

tal-15 ta' Lulju 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill irreveda l-lista ta' persuni u entitajiet iddeżinjati stabbilita fl-Annessi II, III, V u VI għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Jenħtieġ li persuna waħda li kienet elenkata kemm fl-Anness I kif ukoll fl-Anness II titneħħa mill-Anness II. Jenħtieġ li tiġi aġġornata l-entrata li tikkonċerna entità waħda fl-Anness III.

(4)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ li tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).


ANNESS

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Anness II, il-Parti I(A) (“Persuni”) hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata 30, dwar RI Pyong Chol (Data tat-twelid: 1948), titneħħa;

(b)

il-bqija tal-entrati huma nnumerati mill-ġdid minn 1 sa 27.

2.

Fl-Anness III, il-Parti (B) (“Entitajiet”), l-entrata għall-entità li ġejja hija sostitwita kif ġej:

“3.

Maritime Administrative Bureau

magħruf ukoll bħala North Korea Maritime Administration Bureau jew Maritime Administration of DPR Korea

Indirizz: Ryonhwa-2Dong, Central District, Pyongyang, DPRK

PO Box 416

Tel. 850-2-18111 Estensjoni 8059

Fax: 850 2 381 4410

email: mab@silibank.net.kp

Sit tal-internet: www.ma.gov.kp

16.10.2017

Il-Maritime Administrative Bureau għen fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti inkluż permezz tal-għoti ta' isem ġdid u tar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' assi ta' entitajiet elenkati u billi pprovda dokumentazzjoni falza għall-bastimenti soġġetti għal sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.”