|
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/121 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets”
COM(2009) 268 finali - 2009/0077 (COD)
2009/C 318/23
Nhar it-30 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 152(4b) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets”
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu CES 1411/2000 u CESE 1705/2007 adottati fid-29 ta’ Novembru 2000 (1) u t-12 ta’ Diċembru 2007 (2), iddeċieda, matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu tat-30 ta’ Settembru – l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru 2009), b’180 vot favur, u 9 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favoreveli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.
Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi – ĠU C 116, 20.4.2001, p. 54 (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni – ĠU C 120, 16.5.2008, p. 49.