<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0400304701.case.xml"><NO.CASE>C-511/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CJ0511</NO.CELEX><NO.SEQ>0007.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-3068</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-3090</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100415">15.4.2010</DATE> — KAWŻA C-511/08</LEFT><RIGHT>HEINRICH HEINE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-511/08,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20081125">25 ta’ Novembru 2008</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader (Relatur), C. W. A. Timmermans, P. Kūris u L. Bay Larsen, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-3069"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV, minn K. Haase, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u S. Unzeitig, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. Rodríguez Cárcamo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u H. Almeida, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn W. Wils u H. Krämer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-3070"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19970520">20 ta’ Mejju 1997</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001" />Handelsgesellschaft Heinrich Heine<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001" />) u Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen eV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002" />Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002" />) rigward l-imputazzjoni lill-konsumatur fil-kuntratti li jsiru mill-bogħod, f’każ ta’ rtirar mill-kuntratt, tal-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3071"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 4 tad-Direttiva 97/7 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003" />Billi l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda qiegħda żżid in-numru ta’ modi li bihom il-konsumaturi jistgħu jiksbu l-informazzjoni dwar offerti kullimkien fil-Komunità u biex jagħmlu l-ordnijiet; billi xi Stati Membri diġà ħadu miżuri differenti sabiex jipproteġu l-konsumaturi fir-rigward ta’ bejgħ mill-bogħod, li għandu effett detrimentali fuq il-kompetizzjoni bejn in-negozji fis-suq intern; billi huwa meħtieġ għal dan il-għan li jiġi introdott fil-livell tal-Komunità sett minimu ta’ regoli komuni f’dan il-qasam<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003" />.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 14 tal-imsemmija direttiva tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004" />Billi l-konsumatur ma jistax jara l-prodott jew jaċċerta ruħu min-natura tas-servizz ipprovdut qabel jikkonkludi l-kuntratt; billi għandha ssir dispożizzjoni kemm-il darba mhux speċifikat b’mod ieħor f’din id-Direttiva, għal dritt ta’ irtirar mill-kuntratt; billi, jekk dan id-dritt għandu jkun aktar minn formali, l-ispejjeż, jekk hemm, li jitħallsu mill-konsumatur meta jeserċita d-dritt ta’ rtirar għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż diretti involuti sabiex jirritorna l-oġġetti; billi dan id-dritt ta’ rtirar għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumatur skond il-liġijiet nazzjonali, b’rigward partikolari għar-riċevuta ta’ prodotti u servizzi bil-ħsara jew ta’ prodotti u servizzi li ma jaqblux mad-deskrizzjoni mogħtija fl-offerta ta’ dawn il-prodotti u<?PAGE NO="I-3072"?> servizzi; billi jitħalla għall-Istati Membri sabiex jiddeterminaw il-kondizzjonijiet u ftehim ieħor li jsegwu l-eserċizzju tad-dritt ta’ rtirar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004" /></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005" />Informazzjoni minn qabel<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005" />, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006" />Il-konsumatur għandu jkun ipprovdut fi żmien adekwat qabel il-konklużjoni ta’ kull kuntratt mill-bogħod, bl-informazzjoni li ġejja:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-prezz ta’ l-oġġetti jew servizzi li jinkludi t-taxxi kollha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>spejjeż ta’ kunsinna, fejn xieraq;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006" /></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3073"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007" />Dritt ta’ irtirar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007" />, jipprovdi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008" />1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal kull kuntratt li jsir mill-bogħod il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta’ mill-inqas sebat ijiem tax-xogħol li fihom jista’ jirtira mill-kuntratt mingħajr penali u mingħajr ma jagħti ebda raġuni. L-unika kont [spiża] li jista’ jingħata [tista’ tiġi mgħoddija] lill-konsumatur minħabba l-eżerċizzju tad-dritt ta’ irtirar tiegħu huwa l-ispiża diretta involuta sabiex l-oġġetti jiġu rritornati.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn id-dirtt ta’ irtirar ġie eserċitat mill-konsumatur skond dan l-Artikolu, il-fornitur għandu jkun obbligat li jirrimborża l-ammonti mħallsa mill-konsumatur mingħajr ħlas. L-unika imposta li tista’ ssir lill-konsumatur minħabba l-eżerċizzju tad-dritt li għandu li jirtira huwa l-ispiża diretta involtua fir-ritorn ta’ l-oġġetti. Dan ir-rimbors għandu jsir kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien 30 jum.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008" /></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009" />Klawsola minima<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009" />, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010" />L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu, fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, dispożizzjonijiet aktar stretti kompatibbli mat-Trattat, sabiex jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom, fejn xieraq, jinkludu projbizzjoni, fl-interess ġenerali, dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti jew servizzi, partikolarment prodotti mediċinali, fit-territorju tagħhom permezz ta’ kuntratti mill-bogħod, b’kunsiderazzjoni xierqa mogħtija lit-Trattat.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3074"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-liġi fuq il-mandati ta’ inibizzjoni f’każ ta’ ksur tad-drittijiet tal-kunsumatur jew ksur ieħor (Gesetz über Unterlassungsklagen bei Verbraucherrechts- und anderen Verstößen) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011" />(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna li tikser dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jipproteġu lill-konsumaturi (liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur), bi kwalunkwe mod barra milli fl-applikazzjoni jew ir-rakkomandazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ, tista’ tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ inibizzjoni fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Jekk il-ksur imwettaq f’impriża kummerċjali kien imwettaq minn impjegat jew persuna li tirrapreżenta l-impriża, il-mandat ta’ inibizzjoni japplika wkoll kontra l-proprjetarju tal-impriża.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tad-dispożizzjoni preżenti, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012" />liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0012" REF.START="QS0012" /> jinkludu b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi ċivili [Bürgerliches Gesetzbuch, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013" />BGB<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0013" REF.START="QS0013" />], li japplikaw għal […] kuntratti li jsiru mill-bogħod bejn negozjant u konsumatur […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…].<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011" /></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3075"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 312d tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014" />Dritt ta’ rtirar u restituzzjoni fil-kuntratti li jsiru mill-bogħod<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014" />, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015" />Il-konsumatur li jikkonkludi kuntratt li jsir mill-bogħod għandu d-dritt għall-irtirar deskritt fl-Artikolu 355. Meta l-kuntratt jirrigwarda l-provvista ta’ merkanzija, dan id-dritt ta’ rtirar jista’ jiġi sostitwit bid-dritt għar-restituzzjoni previst fl-Artikolu 356.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 346 tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016" />Effetti tax-xoljiment tal-kuntratt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016" />:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="346.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017" />(1)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk kontraenti jipprevalixxi ruħu mill-klawżola riżoluttiva kuntrattwali jew legali, is-servizzi li jkunu ttieħdu għandhom, f’każ ta’ xoljiment, jingħataw lura flimkien mal-benefiċċji effettivament miksuba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="346.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Mal-għoti lura jew ir-restituzzjoni, id-debitur ikun obbligat iħallas kumpens meta:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-għoti lura jew ir-restituzzjoni jkunu esklużi minħabba n-natura tal-akkwist;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>huwa jkun iddegrada, ċeda, ittrasferixxa, ittrasforma jew biddel l-istruttura tal-prodott irċevut;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-3076"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>il-prodott irċevut ikun iddeterjora jew inħela; l-użu li jikkorrispondi għal użu normali madankollu ma jittieħidx inkunsiderazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Jekk il-kuntratt jistipula xi korrispettiv, dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-kumpens; jekk il-kumpens ikun dovut minħabba l-benefiċċju riżultanti minn self, tista’ tinġieb prova li l-valur tal-benefiċċju kien iżgħar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="346.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-obbligu tal-kumpens ma japplikax:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>jekk in-nuqqas li jiġġustifika x-xoljiment ikun deher biss matul it-trasformazzjoni jew it-tibdil fl-istruttura tal-prodott,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>jekk il-kreditur ikun responsabbli għad-deterjorament jew għall-fatt li huwa nħela, jew jekk id-dannu jkun seħħ għandu,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>jekk, f’każ ta’ kundizzjoni riżoluttiva legali, id-deterjorament jew il-fatt li l-prodott inħela jkun seħħ għand il-persuna kkonċernata, minkejja li dan ikun uża l-istess diliġenza li huwa juża normalment għall-affarijiet tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>L-arrikkiment rimanenti għandu jiġi restitwit.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017" /></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3077"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 347 tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018" />Użu wara x-xoljiment <QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018" />, jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019" />Meta d-debitur jirritorna l-prodott, meta jħallas kumpens jew meta l-obbligu li jħallas tali kumpens ikun eskluż skont l-Artikolu 346(3)(1) jew (2), huwa għandu jiġi rrimborsat l-ispejjeż neċessarji li huwa jkun nefaq. L-ispejjeż kollha l-oħra għandhom jiġu rimborsati jekk dawn ikunu kkontribwixxew għal arrikkiment tal-kreditur.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 355 tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020" />Dritt ta’ rtirar fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020" />, jipprovdi: L-Artikolu 355 tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021" />Dritt ta’ rtirar fil-kuntratti li jsiru mal-konsumaturi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021" />, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022" />Meta l-liġi tagħti dritt ta’ rtirar lill-konsumatur skont din id-dispożizzjoni, huwa ma jibqax marbut bl-għoti tal-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-kuntratt meta huwa jirtira minnu fiż-żmien stabbilit. L-irtirar ma għandux għalfejn ikun motivat u għandu jsir bil-miktub jew permezz tar-ritorn tal-prodott lill-bejjiegħ fi żmien ġimagħtejn, fejn id-data tal-ispedizzjoni tkun tikkostitwixxi prova konklussiva.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 356 tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023" />Dritt ta’ ritorn fil-kuntratti konklużi mill-konsumaturi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023" />, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024" />Sakemm il-liġi tippermettih espressament, id-dritt ta’ rtirar previst fl-Artikolu 355 jista’ jiġi sostitwit fil-kuntratt bi dritt ta’ restituzzjoni bla limitu meta l-kuntratt ikun konkluż abbażi ta’ prospett tal-bejgħ. Għal dan il-għan, irid ikun hemm ir-rekwiżiti li ġejjin:</P><?PAGE NO="I-3078"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>li l-prospett tal-bejgħ fih informazzjoni ċara fuq id-dritt ta’ restituzzjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>li l-konsumatur seta’ jieħu konjizzjoni tal-prospett tal-bejgħ fid-dettall fin-nuqqas tan-negozjant u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>li d-dritt ta’ restituzzjoni jingħata lill-konsumatur bil-miktub.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024" /></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 357 tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025" />Effetti legali tal-irtirar u tar-restituzzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025" />, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="357.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026" />(1)</NO.PARAG><ALINEA>Salv jekk ikun hemm dispożizzjoni kuntrarja, ir-regoli li jikkonċernaw ix-xoljiment legali japplikaw b’analoġija għad-dritt ta’ rtirar u ta’ restituzzjoni. L-Artikolu 286(3) japplika wkoll għall-obbligu tar-rimbors tal-ħlasijiet skont din id-dispożizzjoni; it-terminu li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mad-dikjarazzjoni għall-irtirar jew għar-restituzzjoni min-naħa tal-konsumatur. Għal dak li jikkonċerna l-obbligu tar-rimbors tal-konsumatur, it-terminu jibda jiddekorri mill-mument li fih dan jibgħat id-dikjarazzjoni tiegħu; għal dak li jikkonċerna l-obbligu tar-rimbors tal-bejjiegħ, it-terminu jibda jiddekorri mill-mument li fih din id-dikjarazzjoni tasal għandu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="357.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 346(2), il-konsumatur għandu jħallas kumpens f’każ ta’ deterjorament li jirriżulta minn użu konformi tal-prodott dejjem jekk huwa jkun ġie informat b’din il-konsegwenza ġuridika bil-miktub<?PAGE NO="I-3079"?> mhux aktar tard mill-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt kif ukoll bil-possibbiltà li jevitaha. Huwa ma jkunx obbligat iħallas tali kumpens meta d-deterjorament jirriżulta esklużivament mill-eżami tal-prodott. Il-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 346(3) ma japplikax meta l-konsumatur ikun ġie informat korrettement bid-dritt ta’ rtirar tiegħu jew meta huwa kien jaf bih b’xi mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="357.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi preċedenti jistabbilixxu d-drittijiet tal-partijiet b’mod eżawrjenti.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026" /></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 448 tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027" />Spejjeż ta’ kunsinna u spejjeż simili<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027" />, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028" />Il-bejjiegħ għandu jbati l-ispejjeż tar-ritorn tal-prodott, ix-xerrej għandu jbati l-ispejjeż ta’ aċċettazzjoni u ta’ kunsinna tal-prodott f’post li ma huwiex dak fejn ġie eżegwit il-kuntratt.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Handelsgesellschaft Heinrich Heine hija kumpannija speċjalizzata fil-bejgħ bil-korrispondenza. Il-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ ta’ din il-kumpannija jipprovdu li l-konsumatur għandu jbati somma ta’ EUR 4.95 għall-kunsinna. Din is-somma tintilef favur il-bejjiegħ f’każ ta’ rtirar mill-kuntratt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3080"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen, assoċjazzjoni tal-konsumaturi kkostitwita taħt id-dritt Ġermaniż ippreżentat mandat ta’ inibizzjoni kontra Handelsgesellschaft Heinrich Heine intiż li jwaqqafha milli titfa’ l-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija fuq il-konsumaturi f’każ li dawn jirtiraw mill-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza laqgħet it-talba ta’ Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-appell ippreżentat minn Handelsgesellschaft Heinrich Heine kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud mill-Oberlandsgericht Karlsruhe.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Meta kienet qed teżamina rikors għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029" />reviżjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029" /> ippreżentat minn Handelsgesellschaft Heinrich Heine, il-Bundesgerichtshof kkonstatat li d-dritt Ġermaniż formalment ma jagħti ebda dritt lill-konsumatur għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija ordnata.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, skont din il-qorti, jekk id-Direttiva 97/7 kellha tiġi interpretata li tipprekludi li l-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija jbatihom il-konsumatur f’każ li dan jirtira mill-kuntratt, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-BGB, għandhom jiġu interpretati bl-istess mod bħal din id-direttiva fis-sens li l-fornitur għandu jirrimborsa tali spejjeż lill-konsumatur.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju madankollu tikkunsidra li hija mhix f’pożizzjoni li tiddetermina biċ-ċertezza meħtieġa l-interpretazzjoni li għandha tingħata lil din id-direttiva, u b’mod partikolari lill-Artikolu 6(1) u (2) tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3081"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dak ir-rigward, il-Bundesgerichtshof tesponi numru ta’ argumenti li jistgħu jappoġġaw is-soluzzjoni li l-imsemmija direttiva ma tipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’hekk, fl-ewwel lok, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030" />minħabba l-eżerċizzju tad-dritt ta’ irtirar tiegħu<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030" /> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031" />infolge der Ausübung seines Widerrufsrechts<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031" />), li tidher fil-verżjoni Ġermaniża tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1), u fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7, jistgħu jissuġġerixxu li dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw biss l-ispejjeż li jkunu saru fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt bl-esklużjoni tal-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija li jkunu diġà saru fid-data ta’ rtirar. Verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari l-verżjoni Ingliża u l-verżjoni Franċiża, jistgħu jappoġġaw interpretazzjoni bħal din.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva ma tipprekludix li, f’każ ta’ rtirar mill-kuntratt, il-fornitur jikseb kumpens tal-valur tas-servizzi użati mill-konsumatur li minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu rrestitwiti. B’hekk ikun kompatibbli mal-imsemmi artikolu li jiġi aċettat li l-kunsinna tal-merkanzija hija fiha nfisha servizz li għalih il-konsumatur irid iħallas lura l-valur tas-sostituzzjoni li jammonta għas-somma tal-ispejjeż ta’ kunsinna u konsegwentement, għandu jitnaqqas proporzjonalment l-obbligu tar-rimbors tal-fornitur.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ma hemmx ċertezza li l-għan tal-protezzjoni tal-konsumatur li jinsab fil-premessa 14 tad-Direttiva 97/7 jimponi wkoll ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija. Fil-fatt, waqt akkwist normali, il-konsumatur ibati wkoll l-ispejjeż tiegħu tat-trasport sal-ħanut, mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-ħin li jkun ħa biex imur għandu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3082"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032" />Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza [tal-ewwel subparagrafu] tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva [97/7] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ispejjeż relatati mal-kunsinna tal-prodotti [merkanzija] jkunu sostnuti mill-konsumatur anke meta dan ikun irtira mill-kuntratt?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0032" REF.START="QS0032" /></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen, il-Gvern Spanjol, il-Gvern Awstrijak, u l-Gvern Portugiż kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jikkunsidraw li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/7 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-fornitur li jgħaddi l-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija fuq il-konsumatur fil-każ fejn dan tal-aħħar jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033" />ammonti mħallsa mill-konsumatur<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033" />, li tidher fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7, għandha tiġi interpretata b’mod wiesa’ sabiex tinkludi s-somom kollha mħallsa mill-konsumatur lill-fornitur fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, inkluż fosthom l-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3083"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Imbagħad, l-Artikolu 6(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jipprovdu li l-ispiża diretta involuta fir-ritorn tal-merkanzija tista’ tiġi mgħoddija lill-konsumatur li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt. Konsegwentement, l-ispejjeż l-oħra, b’mod partikolari dawk relatati mal-kunsinna tal-merkanzija, ma jistgħux jiġu mgħoddija lill-konsumatur.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, huma jsostnu li l-konsumatur għandu jiġi rimborsat l-ispejjeż li huwa ħallas għal servizz aċċessorju tal-fornitur, bħall-kunsinna tal-merkanzija, li ma huwa ta’ ebda interess wara l-irtirar tal-konsumatur sabiex dan jiġi protett mir-riskji minħabba l-impossibbiltà prattika li wieħed jipprevedihom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ mill-bogħod.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż għal kuntrarju jsostni li d-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal din fejn l-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija jistgħu jiġu mgħoddija lill-konsumatur fil-każ fejn huwa eżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>L-imsemmi gvern essenzjalment isostni li d-Direttiva 97/7 ma tirregolax l-imputazzjoni tal-ispejjeż ta’ kunsinna f’każ ta’ rtirar tal-konsumatur mill-kuntratt. B’hekk, din l-imputazzjoni taqa’ fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034" />kondizzjonijiet u ftehim ieħor li jsegwu l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034" /> li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, hekk kif previst mill-premessa 14 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Dan l-istess gvern jikkunsidra li r-rimbors tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035" />ammonti mħallsa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0035" REF.START="QS0035" /> mill-konsumatur fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva jikkonċerna biss is-servizzi prinċipali u, b’mod partikolari, il-prezz imħallas mill-konsumatur.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3084"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Id-Direttiva 97/7 tiddistingwi bejn l-ispejjeż mgħoddija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036" />minħabba l-eżerċizzju<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0036" REF.START="QS0036" /> tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt, li huma sussegwenti għall-implimentazzjoni ta’ dan id-dritt, ta’ spejjeż oħra li saru minħabba l-konklużjoni jew l-eżekuzzjoni tal-kuntratt. F’dan ir-rigward, it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva tkopri biss l-ispejjeż sussegwenti għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt, peress li s-sistrema applikabbli għall-ispejjeż kuntrattwali l-oħra ma jkunux armonizzati mill-imsemmija direttiva. Issa, l-ispejjeż ta’ kunsinna jseħħu qabel u indipendentement mill-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt. Konsegwentement, l-imputazzjoni tagħhom tkun irregolata mid-dritt intern ta’ kull Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għanijiet imħaddna mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/7, il-Gvern Ġermaniż isostni li dan l-artikolu għandu l-għan, ċertament, li jikkumpensa l-iżvantaġġ li jirriżulta mill-impossibbiltà għall-konsumatur li jeżamina l-merkanzija qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Madankollu, dawn l-għanijiet ma jikkontjenu l-ebda indikazzjoni li tippermetti tibdil sħiħ tar-relazzjoni kuntrattwali.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-konsumatur ibati l-ispejjeż ta’ kunsinna ma jipprekluduhx milli jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt. Fil-fatt, minn naħa, huwa jkun informat, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, bl-ammont ta’ tali spejjeż. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni li jittermina l-kuntratt tkun indipendenti mill-eżistenza ta’ dawn l-ispejjeż peress li dawn ikunu diġà saru.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li preliminarjament jirriżulta mill-premessa 14 tad-Direttiva 97/7 li din għandha l-għan li tintroduċi regoli komuni minimi fl-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kuntratti li jsiru mill-bogħod.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3085"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva tirrikonoxxi fir-rigward tal-konsumatur dritt ta’ rtirar mill-kuntratt li jista’ jeżerċita, f’terminu partikolari, mingħajr sanzjonijiet u mingħajr ma għandu bżonn jagħti raġunijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsegwenzi ġuridiċi tal-irtirar, l-ewwel u tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037" />il-fornitur għandu jkun obbligat li jirrimborża l-ammonti mħallsa mill-konsumatur mingħajr ħlas. L-unika imposta li tista’ ssir lill-konsumatur minħabba l-eżerċizzju tad-dritt li għandu li jirtira huwa l-ispiża diretta involtua fir-ritorn ta’ l-oġġetti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0037" REF.START="QS0037" />.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, mill-premessa 14 ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-armonizzazzjoni tal-konsegwenzi ġuridiċi tal-irtirar mhumiex kompluti u li b’hekk, huma l-Istati Membri li għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038" />jiddeterminaw il-kondizzjonijiet u ftehim ieħor li jsegwu l-eserċizzju tad-dritt ta’ rtirar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0038" REF.START="QS0038" />.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039" />ammonti mħallsa mill-konsumatur<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0039" REF.START="QS0039" /></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, id-domanda li tqum hija dwar jekk il-portata tal-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 97/7 tkopri l-imputazzjoni tal-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija, fil-każ fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt, jew jekk, għall-kuntrarju, huma l-Istati Membri li jiddeterminaw din l-imputazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-kliem tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva jimponi fuq il-fornitur, f’każ ta’ rtirar mill-kuntratt<?PAGE NO="I-3086"?> tal-konsumatur, obbligu ġenerali ta’ rimbors li tapplika fuq l-ammonti kollha mħallsa minnu għall-kuntratt, tkun xi tkun ir-raġuni tal-ħlas tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Ġermaniż, ma jirriżulta la mill-kliem tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/7 u lanqas mill-istruttura ġenerali tiegħu li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040" />ammonti mħallsa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0040" REF.START="QS0040" /> għandom jiġu interpretati bħala li jindikaw biss il-prezz imħallas mill-konsumatur bl-esklużjoni tal-ispejjeż imħallsa minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-Direttiva 97/7, b’mod konformi mal-Artikolu 4 tagħha, tagħmel distinzjoni biss bejn il-prezz tal-prodott u l-ispejjeż ta’ kunsinna għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-konsumatur mill-fornitur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-konsegwenzi ġuridiċi tal-irtirar, din id-direttiva ma tagħmilx distinzjoni bħal din u b’hekk tkopri l-ammonti kollha mħallsa mill-konsumatur lill-fornitur.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija wkoll ikkonfermata mill-istruttura stess tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041" />[l]unika imposta li tista’ ssir lill-konsumatur<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0041" REF.START="QS0041" />, użata fit-tieni sentenza tal-imsemmi paragrafu 2, sabiex tindika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042" />l-ispiża diretta involtua fir-ritorn ta’ l-oġġetti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0042" REF.START="QS0042" />. Hekk kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043" />[l]unika imposta<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0043" REF.START="QS0043" /> teħtieġ interpretazzjoni stretta ta’ din id-dispożizzjoni u tagħti karattru eżawrjenti lil din l-eċċezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Konsegwentement, minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044" />ammonti mħallsa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0044" REF.START="QS0044" /> li tidher fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7 tkopri l-ammonti kollha mħallsa mill-konsumatur sabiex tkopri l-ispejjeż li saru għall-kuntratt, suġġetta għall-interpretazzjoni li għandha tingħata fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3087"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045" />minħabba l-eżerċizzju tad-dritt ta’ irtirar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0045" REF.START="QS0045" /></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Hekk kif ġie mfakkar fil-punt 35 tas-sentenza preżenti, il-Gvern Ġermaniż jallega wkoll li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046" />minħabba l-eżerċizzju tad-dritt ta’ irtirar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0046" REF.START="QS0046" />, li tidher fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1), u fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7, ma tirrigwardax l-ispejjeż kollha attribwibbli lill-konsumatur, iżda biss dawk li għandhom rabta mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt. Konsegwentement, l-imsemmija dispożizzjonijiet jirregolaw biss it-tip ta’ spejjeż kkawżati minn l-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi, il-kliem tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1), u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2), tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati kemm li jirreferu għall-ispejjeż li huma sussegwenti għall-implimentazzjoni tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt u kkawżati minn dan l-irtirar, kif ukoll li jkopru l-ispejjeż kollha li saru minħabba l-konklużjoni, l-eżekuzzjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt u li jistgħu jiġu mgħoddija lill-konsumatur fil-każ fejn dan jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Hekk kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 41 tal-konklużjonijiet tiegħu, għalkemm il-verżjoni Ġermaniża, il-verżjoni Ingliża u l-verżjoni Franċiża tad-Direttiva 97/7 jużaw rispettivament l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047" />infolge<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0047" REF.START="QS0047" />, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048" />because of<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0048" REF.START="QS0048" /> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049" />en raison de<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0049" REF.START="QS0049" />, verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ din l-istess direttiva, b’mod partikolari dik Spanjola u dik Taljana, ma jużawx espressjoni simili, iżda jirreferu sempliċement għall-konumatur li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-ħtieġa ta’ interpretazzjoni uniformi tad-direttivi tal-Unjoni teskludi li, f’każ ta’ dubju, it-test ta’ dispożizzjoni jitqies b’mod iżolat u titlob, għall-kuntrarju, li dan jiġi interpretat u applikat fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi uffiċjali l-oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, EMU Tabac <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-296/95" PAGE.ECR="I-1605" YEAR="1998">C-296/95, Ġabra p. I-1605</REF.DOC.ECR>, punt 36; tas-<DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Mecklenburg,<?PAGE NO="I-3088"?> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-321/96" PAGE.ECR="I-3809" YEAR="1998">C-321/96, Ġabra p. I-3809</REF.DOC.ECR>, punt 29; tal-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, Heuschen &amp; Schrouff Oriëntal Foods Trading, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-375/07" PAGE.ECR="I-8691" YEAR="2008">C-375/07, Ġabra p. I-8691</REF.DOC.ECR>, punt 46, kif ukoll tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Eschig, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/08" PAGE.ECR="I-8295" YEAR="2009">C-199/08, Ġabra p. I-8295</REF.DOC.ECR>, punt 54). Barra minn hekk, fil-każ ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ test tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20000309">9 ta’ Marzu 2000</DATE>, EKW u Wein &amp; Co, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-437/97" PAGE.ECR="I-1157" YEAR="2000">C-437/97, Ġabra p. I-1157</REF.DOC.ECR>, punt 42; tal-<DATE ISO="20071004">4 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Schutzverband der Spirituosen-Industrie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-457/05" PAGE.ECR="I-8075" YEAR="2007">C-457/05, Ġabra p. I-8075</REF.DOC.ECR>, punt 18, kif ukoll tad-<DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Sabatauskas <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-239/07" PAGE.ECR="I-7523" YEAR="2008">C-239/07, Ġabra p. I-7523</REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7, li skont din dawn id-dispożizzjonijiet li jkopru l-ispejjeż kollha li saru minħabba l-konklużjoni, l-eżekuzzjoni kif ukoll it-terminazzjoni tal-kuntratt u li jistgħu jiġu mgħoddija lill-konsumatur fil-każ fejn dan jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt, tikkorrispondi mal-istruttura ġenerali u l-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, din l-interpretazzzjoni hija kkonfermata mill-fatt li, anki fil-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 97/7 li jużaw, fl-Artikolu 6 tagħha, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050" />minħabba<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0050" REF.START="QS0050" /> jew kull espressjoni oħra simili, il-premessa 14 ta’ din id-direttiva ssemmi l-ispejjeż li jitħallsu mill-konsumatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051" />meta jeserċita d-dritt ta’ rtirar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0051" REF.START="QS0051" />. Kuntrarjament għal dak li jallega l-Gvern Ġermaniż, jirriżulta li t-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva jirreferu għall-ispejjeż kollha li jkunu saru minħabba l-kuntratt u mhux biss għall-ispejjeż sussegwenti għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt u kkawżati minn dan l-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward min-naħa l-oħra, tal-għan tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/7, għandu jingħad li l-premessa 14 ta’ din id-direttiva tipprovdi li l-projbizzjoni li l-konsumatur jintalab iħallas, f’każ li dan jirtira minn kuntratt, spejjeż relatati mal-kuntratt għandha l-għan li tiggarantixxi li d-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt iggarantit minn<?PAGE NO="I-3089"?> din id-direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052" />jkun aktar minn formali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0052" REF.START="QS0052" /> (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Messner, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-489/07" PAGE.ECR="I-7315" YEAR="2009">C-489/07, Ġabra p. I-7315</REF.DOC.ECR>, punt 19). Peress li mhemm l-ebda dubju li l-imsemmi Artikolu 6 ta’ din id-direttiva għandu l-għan li ma jiskoraġġix lill-konsumatur milli jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt, imur kontra l-imsemmi għan li dan l-artikolu li jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li jippermettu li l-ispejjeż ta’ kunsinna jkunu r-responsabbiltà ta’ dan il-konsumatur fil-każ ta’ tali rtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li t-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva jawtorizzaw lill-fornitur jgħaddi biss fuq il-konsumatur, f’każ ta’ rtirar mill-kuntratt, l-ispiża diretta involuta fir-ritorn tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Jekk l-ispejjeż ta’ kunsinna kellhom xorta jitħallsu mill-konsumatur, imputazzjoni bħal din, li tkun neċessarjament ta’ tip li tiskoraġġixxi lil dan tal-aħħar jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt, tmur kontra l-għan stess tal-Artikolu 6 tad-direttiva, kif imsemmi fil-punt 54 tas-sentenza preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, imputazzjoni bħal din tkun ta’ tip li tpoġġi fid-dubju diviżjoni tar-riskji bilanċjata bejn il-partijiet fil-kuntratti li jsiru mill-bogħod, billi l-konsumaturi jħallsu l-ispejjeż kollha marbuta mat-trasport tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-konsumatur ġie infurmat bis-somma tal-ispejjeż ta’ kunsinna qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mhux ta’ tip li jinnewtralizza l-karattru dissważiv li l-imputazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż lill-konsumatur ikollha fuq l-eżerċizzju mill-konsumatur tad-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3090"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, għandha tingħata risposta għad-domanda li saret li t-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti lill-fornituri f’kuntratti konklużi mill-bogħod li jimputaw l-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija lill-konsumatur fil-każ fejn dan il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19970520">20 ta’ Mejju 1997</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti lill-fornituri f’kuntratti konklużi mill-bogħod li jimputaw l-ispejjeż ta’ kunsinna tal-merkanzija lill-konsumatur fil-każ fejn dan il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>
