|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/311 |
15.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11861 – TOWERBROOK / JC FLOWERS / RAILSR / EQUALS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/311)
1.
Fit-3 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
J.C. Flowers & Co. LLC (“J.C. Flowers”, l-Istati Uniti), |
|
— |
TowerBrook Capital Partners (U.K.) LLP (“TowerBrook”, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti), |
|
— |
Embedded Finance Limited (“Railsr”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Equals Group Plc (“Equals”, l-Istati Uniti). |
TowerBrook u J.C. Flowers se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Railsr u Equals kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
J.C. Flowers hija kumpanija ta’ investiment privat iffukata fuq l-investiment fis-servizzi finanzjarji, |
|
— |
TowerBrook hija kumpanija ta’ ġestjoni tal-investimenti privati, li tinvesti f’diversi setturi inklużi n-negozji tal-konsumatur, tal-finanzi, tal-kura tas-saħħa, tas-settur industrijali, tat-teknoloġija, tal-media u tas-servizzi, |
|
— |
Railsr toffri pjattaforma ta’ finanzjament integrat, li tippermetti l-integrazzjoni tas-servizzi finanzjarji fil-prodotti jew is-servizzi tal-kumpaniji, kif ukoll prodotti u servizzi tal-kards integrati, |
|
— |
Equals tiżviluppa u tbigħ pjattaformi skalabbli li jippermettu lin-negozji jimmaniġġjaw il-flussi tal-flus permezz tal-prodotti ta’ pagament u tal-kards tagħha. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11861 – TOWERBROOK / JC FLOWERS / RAILSR / EQUALS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/311/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)