|
25.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 19/14 |
Il-proċedura nazzjonali ta' l-Italja għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku ta' l-ajru
(2008/C 19/07)
F'konformità ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 847/2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-proċedura nazzjonali li ġejja bil-għan li tixxerred fost id-detenturi kollha Komunitarji tad-drittijiet tat-traffiku kkonċernati, skond kif ikunu ristretti bil-ftehimiet dwar servizzi ta' l-ajru stipulati ma' pajjiżi terzi.
“Il-Ministro dei Trasporti
Att li jistabbilixxi linji gwida għan-nomina ta' servizzi ta' l-ajru għal destinazzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea relatati mat-talbiet ippreżentati mill-kumpaniji ta' l-ajru
Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament Komunitarju (KE) Nru 847/2004 ta' l-29 ta' April 2004, dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;
Wara l-osservazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' l-opportunità li tiġi emendata d-Direttiva tal-Ministeru tat-Trasport, bid-data tas-7 ta' Lulju 2000, dwar l-att li jistabbilixxi linji ta' gwida għan-nomina tas-servizzi ta' l-ajru għal destinazzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea, relatati mat-talbiet ippreżentati mill-kumpaniji ta' l-ajru;
Minħabba li l-eżiġenza ta' l-allokazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku għandha karattru ta' kontinwità;
Wara li ġiet ikkunsidrata li l-ħtieġa tal-konċessjoni tad-drittijiet tat-traffiku għal konnessjonijiet bl-ajru, regolati bil-ftehimiet tat-traffiku ma' Stati terzi, għandha tiġi implimentata abbażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti fl-interessi ta' l-utent u ta' l-industrija tat-trasport ta' l-ajru,
wara li ġiet ikkunsidrata l-ħtieġa li l-informazzjoni kollha tkun għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi komunitarji permezz tal-pubblikazzjoni tagħha bit-trażmissjoni elettronika.
Qed jinħareġ
dan l-att li jistabbilixxi linji ta' gwida għan-nomina tas-servizzi ta' l-ajru, relatati mat-talbiet ippreżentati mill-kumpaniji ta' l-ajru, li jħassar u jissostitwixxi d-Direttiva preċedenti tas-7 ta' Lulju 2000.
Dan l-att, il-programm previst ta' konsultazzjonijiet, il-korp sħiħ tad-drittijiet tat-traffiku u l-proċeduri relatati ta' assenjazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-kumpaniji ta' l-ajru ta' l-Unjoni Ewropea permezz tat-trażmissjoni elettronika u dawn għandhom isiru skond il-kriterji ta' non-diskriminazzjoni, abbażi tal-parametri li ġejjin:
1. Għanijiet ġenerali
|
(a) |
l-izvilupp ta' skambji kummerċjali u turistiċi; |
|
(b) |
il-promozzjoni ta' l-industrija tat-trasport ta' l-ajru u tas-sistema ġenerali ta' l-avjazzjoni ċivili; |
|
(c) |
il-pluralizmu ta' l-imprizi; |
|
(d) |
l-izvilupp tas-sistema ta' l-ajruporti. |
2. Il-qafas ta' referenza:
|
(a) |
koerenza ma' l-istruttura u l-kompozizzjoni ġenerali tas-servizzi offruti mill-industrija tat-trasport ta' l-ajru; |
|
(b) |
tħaddim tar-rotot f'relazzjoni ma' l-interkonnessjonijiet fost id-diversi ftehimiet tat-traffiku ezistenti u l-possibbiltajiet konkreti u raġonevolament prevedibbli ta' zvilupp; |
|
(c) |
possibbiltà ta' integrazzjoni ta' konnessjonijiet ma' rotot ulterjuri potenzjali, abbazi ta' antiċipazzjoni ta' evoluzzjoni tar-rapporti internazzjonali. |
3. Kriterji ġenerali relatati ma' l-imprizi f'konnessjoni mat-talbiet li ġew ifformulati:
|
(a) |
kapaċità finanzjarja; |
|
(b) |
kapaċità teknika; |
|
(c) |
kapaċità ta' organizzazzjoni, li għandha tiġi vvalutata abbazi ta':
|
4. Persuni legali
Il-persuni legali interessati kollha għandhom id-dritt li jiksbu l-informazzjoni, jesprimu l-interess tagħhom u jipprezentaw talbiet li għandhom jiġu vvalutati b'mod ugwali u ekwu.
5. Il-kriterji speċifiċi tar-rotta (il-kwalità tas-servizz propost minn dawk li jagħmlu t-talba) li għandhom jiġu vvalutati abbazi ta' l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-benefiċċji għall-konsumaturi u l-promozzjoni tal-kompetittività tas-suq; |
|
(b) |
it-twettiq dirett min-naħa tat-trasportatur; |
|
(c) |
il-firxa tal-kopertura taz-zmien (sena — staġun — parti ta' l-istaġun); |
|
(d) |
il-livell ta' utilizzazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku ezistenti, f'termini ta':
|
|
(e) |
id-distribuzzzjoni u l-għadd ta' frekwenzi; |
|
(f) |
it-tħaddim ta' rotta li tkopri t-territorju nazzjonali b'mod l-aktar wiesa' u dettaljat b'servizzi ta' l-ajru minn/għal pajjizi terzi; |
|
(g) |
l-artikolazzjoni tas-servizz (il-waqfiet tal-bidu u tad-destinazzzjoni, non-stop, dirett ma' waqfa/iet intermedju/i, waqfa/iet oħra/jn, bdil ta' l-ajruplan); |
|
(h) |
in-netwerk attwali u l-ippjanar ta' konnessjonijiet li jitwettqu indipendentament u/jew permezz ta' trasportaturi oħra; |
|
(i) |
it-tipoloġija ta' l-inġenji ta' l-ajru; |
|
l) |
il-livell tas-servizz offrut; |
|
(m) |
it-tariffi maqsuma skond l-istaġun (għoli, baxx u intermedju); is-sistemi ta' bejgħ miftuħa għall-konsumaturi; |
|
(n) |
l-indikazzjoni dwar id-disponibbiltà immedjata u konkreta ta' l-inġenji ta' l-ajru jew inkella dwar il-modalità ta' akkwist u/jew ta' finanzjament; |
|
(o) |
id-data tal-bidu tas-servizzi; |
|
(p) |
tħaddim indirett (modalità operattiva, riskju kummerċjali, rapporti kuntrattwali speċifiċi dwar ir-rotta); |
|
(q) |
is-servizzi jew operazzjonijiet eventwali li diġà jsiru fuq ir-rotta (linja u/jew charter u/jew permezz ta' code sharing, franchising, wet lease). |
6. Deċizjoni
Kull deċizjoni għandha tiġi adottata sa mhux aktar tard minn sittin ġurnata wara l-aħħar ġurnata tal-prezentazzjoni tat-talbiet.
7. Salvagwardji:
|
(a) |
l-applikazzjoni tal-prinċipju ‘use or lose it’ minħabba attivazzjoni li ma seħħitx, dewmien ta' attivazzjoni, attivazzjoni parzjali jew sospensjoni ta' servizz, li ma jiddependux fuq raġunijiet ta' force majeure u li jkunu rikonoxxuti mill-amministrazzjoni, mill-uffiċċju jew wara li tkun intalbet min-naħa ta' partijiet interessati oħra; |
|
(b) |
possibbiltà ta' sospensjoni jew revoka tan-nomina minħabba nuqqas ta' konformità ma' l-istandards stipulati; |
|
(c) |
projbizzjoni ta' ċessjoni tal-konċessjonijiet, ħlief fil-kaz ta' awtorizzazzjoni preventiva mill-amministrazzjoni konċedenti; |
L-attivazzjoni mdewma jew li ma seħħx, bħall-interruzzjoni tas-servizz għal staġun sħiħ ta' traffiku, għandhom jitqiesu bħala elementi negattivi għall-valutazzjoni ta' l-assenjazzjonijiet suċċessivi ta' rotot ulterjuri.
Din id-Direttiva għandha tiġi mibgħuta lill-organi kompetenti ta' kontroll għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni.
Alessandro BIANCHI
Ruma, ...”