|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3814 |
14.6.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2024/3814)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Cataluña / Catalunya”
PDO-ES-A1549-AM07
Data tal-komunikazzjoni: 25 ta’ Marzu 2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. L-applikazzjoni tar-rendiment massimu għall-produzzjoni tal-għeneb abjad (12 000 kg/ha) għall-varjetà tal-għeneb aħmar trepat
Deskrizzjoni
Ir-rendiment massimu permess għall-varjetà Trepat żdied minn 10 000 kg/ha għal 12 000 kg/ha.
Il-punt 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.2 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).
Raġunijiet
Issa ġie stabbilit rendiment massimu tal-produzzjoni tal-għeneb ta’ 12 000 kg/ha għall-varjetà ta’ għeneb aħmar Trepat fl-Ispeċifikazzjonijiet rispettivi tad-denominazzjoni ta’ oriġini għall-Conca de Barberà li hija wkoll fil-biċċa l-kbira koperta mid-denominazzjoni ta’ oriġini għall-Cava.
It-Trepat hija varjetà b’rendiment għoli ħafna li tintuża l-aktar għall-produzzjoni ta’ nbejjed rożè jew ħomor ħfief li tipikament ikollhom intensità ta’ kulur baxxa jew medja u qawwa alkoħolika moderata. Għalhekk ma jagħmilx sens li jinżamm ir-rendiment attwali ta’ 10 000 kg/ha, li ġie stabbilit biex jiġi żgurat li jinkisbu nbejjed ħomor ta’ kulur aktar skur, aktar qawwija u strutturati.
2. L-inklużjoni tal-varjetà Mandó/Garró fil-lista tal-varjetajiet tal-għeneb awtorizzati
Deskrizzjoni
Żdiedet il-varjetà Mandó u s-sinonimu tagħha Garró.
Il-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).
Raġunijiet
Il-varjetà tal-għeneb aħmar Mandó, magħrufa wkoll bis-sinonimu tagħha Garró, kienet diġà preżenti f’diversi postijiet fil-Katalonja matul is-seklu 19. Dawk li jikkultivaw id-dwieli u li għandhom il-fabbriki tal-inbid issa qegħdin jerġgħu jfakkru l-wirt tal-vitikultura tal-Katalonja. Din il-varjetà ta’ għeneb se tgħin biexl-inbejjed tagħna jispikkaw iktar, f’suq dejjem aktar globali. Barra minn hekk, huwa għeneb li jdum biex isir, li hija karatteristika importanti ħafna f’termini ta’ adattament aħjar għat-tibdil fil-klima li diġà qed nesperjenzaw.
3. Id-distinzjoni “BARCELONA SUSTAINABLE CATALUNYA”
Deskrizzjoni
L-inbejjed mill-fabbriki tal-ibbottiljar tal-inbid li juru tnaqqis fl-impronta tas-CO2 tagħhom, b’kalkolu vverifikat skont l-istandard tal-ISO 14.064-1:2019, huma intitolati li juru logo fuq it-tikkettar tagħhom li jiddikjara: “BARCELONA SUSTAINABLE CATALUNYA”
It-Taqsima 8.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (“Preżentazzjoni u tikkettar tal-prodotti”) u l-punt 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).
Raġunijiet
Konxju mill-emerġenza klimatika, il-Bord Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta CATALUNYA ddeċieda li jintroduċi sistema biex jiddistingwi l-fabbriki tal-inbid u l-inbejjed li jagħmlu sforz biex inaqqsu l-impronta tas-CO2 tagħhom.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
“Cataluña / Catalunya”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbid abjad
DESKRIZZJONI QASIRA
Dawn l-inbejjed huma moderni u innovattivi. Il-kulur tagħhom ivarja minn isfar ċar b’laqtiet ħfief ħodor għal sfumaturi lewn id-deheb intensi. L-intensità aromatika tal-inbejjed hija minn medja sa għolja, u dawn huma iktar jew inqas strutturati skont ir-rendiment tad-dielja. Fihom aċidità moderata u kontenut alkoħoliku tajjeb, u jħallu lil min qed jixrob jixtieq boqqa oħra. In-noti ta’ fjuri u/jew tal-frott huma predominanti fl-inbejjed inqas maturi, filwaqt li t-tqaddim fl-injam jagħti lill-inbejjed maturi aromi terzjarji karatterizzati mill-vanilja u anke aromi inkaljati. L-inbejjed inqas maturi huma ħfief u rifreskanti, filwaqt li l-inbejjed aktar maturi huma aktar żejtnija u jfakkru fil-bittiji li fihom jiġu ffermentati.
|
* |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 200 mg/l jekk il-kontenut ta’ zokkor huwa inqas minn 5 g/l u 250 mg/l jekk huwa 5 g/l jew ogħla. |
|
* |
Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, tapplika l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): - |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 10 |
|
— |
Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): - |
2. Inbid rożè
DESKRIZZJONI QASIRA
Dawn l-inbejjed huma moderni u innovattivi. Il-kulur tagħhom ivarja minn aħmar jgħajjat bi tleqqija vjola irridexxenti għal lewn il-qxur tal-basal, li jkanġi f’medda ta’ sfumaturi oranġjo intermedji. L-intensità aromatika tal-inbejjed hija minn medja sa għolja, u dawn huma iktar jew inqas strutturati skont ir-rendiment tad-dielja. Fihom aċidità moderata u kontenut alkoħoliku tajjeb, u jħallu lil min qed jixrob jixtieq boqqa oħra. Dawn l-inbejjed huma ħfief, rinfreskanti u bilanċjati.
|
* |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 200 mg/l jekk il-kontenut ta’ zokkor huwa inqas minn 5 g/l u 250 mg/l jekk huwa 5 g/l jew ogħla. |
|
* |
Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, tapplika l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): - |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 10,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): - |
3. Inbid aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
Skont it-tqaddim, il-kulur tagħhom ivajra minn kulur iċ-ċirasa intens għal aħmar rubin ċar bi ħjiel ta’ okra. L-intensità aromatika tal-inbejjed hija medja sa għolja, bil-livell tal-istruttura tagħhom jiddependi fuq ir-rendiment tad-dielja. Fihom aċidità moderata u kontenut alkoħoliku tajjeb, u jħallu lil min qed jixrob jixtieq boqqa oħra. L-inbejjed mhux maturi huma ħfief u mimlija togħma, filwaqt li l-fermentazzjoni u/jew it-tqaddim f’btieti tal-injam iwasslu għal inbejjed ibbilanċjati u li jdumu tajbin aktar u li mhumiex aċidużi iżda strutturati.
|
* |
L-aċidità volatili tista’ taqbeż 1 mEq/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ogħla minn 11 % u sena ta’ tqaddim, sa 20 mEq/l. |
|
* |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 150 mg/l jekk il-kontenut ta’ zokkor huwa inqas minn 5 g/l u 200 mg/l jekk huwa 5 g/l jew ogħla. |
|
* |
Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, tapplika l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): - |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 11,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): - |
4. Inbid semifrizzanti
DESKRIZZJONI QASIRA
Il-karatteristiċi jridu jkunu l-istess bħal dawk deskritti fil-paragrafi ta’ hawn fuq għall-kulur tal-inbid inkwistjoni, iżda bil-preżenza miżjuda tal-bżieżaq. L-inbejjed huma bbilanċjati u friski, b’sensazzjoni ħafifa ta’ tingiż minħabba r-rilaxx tad-diossidu tal-karbonju.
|
* |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit: jekk il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 5 g/l, 200 mg/l għall-bojod u r-rożè u 150 mg/l għall-ħomor; jekk il-kontenut taz-zokkor huwa 5 g/l jew iktar, 250 mg/l għall-bojod u r-rożè u 200 mg/l għall-ħomor. |
|
* |
Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, tapplika l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): - |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 7 |
|
— |
Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): - |
5. Inbid likur
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed likuri jvarjaw minn kuluri opaki u intensi għall-isfumaturi iktar żviluppati deskritti għall-inbejjed bojod u ħomor, u jilħqu wkoll sfumaturi ta’ ambra skont il-maturità. L-inbejjed jagħtu sensazzjoni ħafifa ta’ sħana, b’aromi iktar tal-frott minn dawk li ma jiġux soġġetti għat-tqaddim fl-injam, filwaqt li t-togħmiet tal-aldeid u tal-ġewż jikkaratterizzaw l-inbejjed aktar maturi. Dawn jagħtu sensazzjoni ta’ sħana, huma żejtnija u persistenti.
|
* |
L-aċidità volatili tista’ taqbeż 1 mEq/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ogħla minn 11 % u sena ta’ tqaddim, sa 20 mEq/l. |
|
* |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 150 mg/l jekk il-kontenut ta’ zokkor huwa inqas minn 5 g/l u 200 mg/l jekk huwa 5 g/l jew ogħla. |
|
* |
Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, tapplika l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): - |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 15 |
|
— |
Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): - |
6. Bojod, rożè u ħomor b’alkoħol baxx (“xispejant”)
DESKRIZZJONI QASIRA
Ara d-deskrizzjonijiet tal-inbejjed bojod, rożè u ħomor ta’ hawn fuq.
|
* |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 200 mg/l għall-inbejjed bojod u rożè u 150 mg/l għall-ħomor, jekk il-kontenut taz-zokkor ikun inqas minn 5 g/l; 250 mg/l għall-inbejjed bojod u rożè u 200 mg/l għall-ħomor, jekk il-kontenut taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar |
|
* |
Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, tapplika l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): - |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 4,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): - |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
|
1. |
Restrizzjoni relatata mal-produzzjoni tal-inbid |
Meta jinħasad l-għeneb wieħed irid joqgħod attent ħafna. L-inbejjed koperti minn din id-DOP jistgħu jsiru biss minn għeneb f’saħħtu li jkun misjur biżżejjed biex jipproduċi nbejjed b’qawwa alkoħolika naturali minima ta’ 9,5 % vol. jew aktar għaż-żona CII u ta’ 10 % vol. jew aktar għaż-żona CIII, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Tiġi applikata pressjoni xierqa sabiex jiġi estratt il-most jew l-inbid u dan jiġi separat mill-qxur tal-għeneb, li jiżgura li ma jkunx hemm rendiment ogħla minn 74 litru ta’ nbid minn kull 100 kg ta’ għeneb maħsud.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Il-varjetajiet bojod
12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 88,8 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Il-varjetajiet ħomor
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 74 ettolitru għal kull ettaru |
|
3. |
Il-varjetajiet ta’ Xarello rosado, Trepat u Garnatxa roja jew Garnatxa gris
12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 88,8 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
|
|
Abrera |
|
|
Agramunt: l-eks distrett anness ta’ Montclar |
|
|
Aguilar de Segarra |
|
|
Agullana |
|
|
Aiguamúrcia |
|
|
Albagés, l’ |
|
|
Albi, l’ |
|
|
Albiol, l’ |
|
|
Albons |
|
|
Aleixar, l’ |
|
|
Alfarràs |
|
|
Alcarràs: l-irqajja’ tal-art 9022, 9017 u 9005 tal-poligonu katastali 6 u l-irqajja’ tal-art 3, 57, 9001, 9003, 9004, 9007, 9027 tal-poligonu katastali 15 |
|
|
Albinyana |
|
|
Alcover |
|
|
Alella |
|
|
Alforja |
|
|
Algerri |
|
|
Alió |
|
|
Almacelles: l-irqajja’ tal-art 25, 180, 193, u 196 tal-poligonu katastali 5 |
|
|
Almenar |
|
|
Almoster |
|
|
Alòs de Balaguer |
|
|
Alpicat |
|
|
Altafulla |
|
|
Ametlla de Mar, l’ |
|
|
Almetlla de Segarra, l’ |
|
|
Arbeca |
|
|
Arboç, l’ |
|
|
Arenys de Mar |
|
|
Arenys de Munt |
|
|
Argentera, l’ |
|
|
Argentona |
|
|
Arnes |
|
|
Artés |
|
|
Artesa de Segre |
|
|
Ascó |
|
|
Avinyó |
|
|
Avinyonet de Penedès |
|
|
Avinyonet de Puigventós |
|
|
Badalona |
|
|
Balaguer |
|
|
Balsareny |
|
|
Banyeres del Penedès |
|
|
Barberà de la Conca |
|
|
Barcelona: ir-roqgħa art 1 tal-poligonu katastali 1 |
|
|
Baronia de Rialb |
|
|
Batea |
|
|
Begues |
|
|
Begur |
|
|
Belianes |
|
|
Bellaguarda |
|
|
Bellcaire d’Empordà |
|
|
Bellmunt del Priorat |
|
|
Bellprat |
|
|
Bellvei |
|
|
Benissanet |
|
|
Bigues i Riells |
|
|
Bisbal d’Empordà, la |
|
|
Bisbal del Penedès, la |
|
|
Bisbal de Falset, la |
|
|
Biure |
|
|
Blancafort |
|
|
Boadella i les Escaules |
|
|
Bonastre |
|
|
Borges Blanques: l-irqajja’ tal-art 30 u 96 tal-poligonu katastali 9; l-irqajja’ tal-art 114, 165, u 167 tal-poligonu katastali 21, u l-irqajja’ tal-art 118, 119 u 120 tal-poligonu katastali 22 |
|
|
Borges del Camp, les |
|
|
Bot |
|
|
Botarell |
|
|
Bovera |
|
|
Bràfim |
|
|
Bruc, el |
|
|
Cabacés |
|
|
Cabanes |
|
|
Cabanyes, les |
|
|
Cabassers |
|
|
Cabra del Camp |
|
|
Cabrera d'Igualada |
|
|
Cabrera de Mar |
|
|
Cabrils |
|
|
Cadaqués |
|
|
Calafell |
|
|
Calders |
|
|
Caldes de Montbui: ir-roqgħa art 57 tal-poligonu katastali 1 u r-roqgħa art 12 tal-poligonu katastali 2 |
|
|
Calella |
|
|
Callús |
|
|
Calonge |
|
|
Cambrils |
|
|
Canonja, la |
|
|
Canovelles |
|
|
Cantallops |
|
|
Canyelles |
|
|
Capafons |
|
|
Capellades |
|
|
Capçanes |
|
|
Capmany |
|
|
Cardedeu |
|
|
Cardona |
|
|
Carme |
|
|
Caseres |
|
|
Castell-Platja d'Aro |
|
|
Castell de Mur: id-distretti annessi ta’ Cellers u Guardia de Tremp |
|
|
Castellbisbal |
|
|
Castellet i la Gornal |
|
|
Castellfollit del Boix |
|
|
Castellgalí |
|
|
Castellnou de Bages |
|
|
Castelló de Farfanya |
|
|
Castellolí |
|
|
Castellvell del Camp |
|
|
Castellví de la Marca |
|
|
Castellví de Rosanes |
|
|
Catllar, el |
|
|
Cervelló |
|
|
Cervià de les Garrigues |
|
|
Cistella |
|
|
Ciutadilla |
|
|
Colera |
|
|
Collbató |
|
|
Colldejou |
|
|
Conca de Dalt |
|
|
Conesa |
|
|
Constantí |
|
|
Copons |
|
|
Corbera de Llobregat |
|
|
Corçà |
|
|
Corbera d'Ebre |
|
|
Cornudella de Montsant |
|
|
Creixell |
|
|
Cruïlles; Monells i Sant Sadurní de l’Heura |
|
|
Cubells: ir-roqgħa art 90 tal-poligonu katastali 7 |
|
|
Cubelles |
|
|
Cunit |
|
|
Darnius |
|
|
Duesaigües |
|
|
Esparraguera |
|
|
Espluga Calba, l’ |
|
|
Espluga de Francolí, l’ |
|
|
Espolla |
|
|
Falset |
|
|
Fatarella, la |
|
|
Febró, la |
|
|
Figuera, la |
|
|
Figueres |
|
|
Figuerola del Camp |
|
|
Flix |
|
|
Floresta, la |
|
|
Fogars de Montclús |
|
|
Fonollosa |
|
|
Font-rubí |
|
|
Foradada |
|
|
Forallac |
|
|
Forés |
|
|
Franqueses del Vallès |
|
|
Fulleda |
|
|
Gaià |
|
|
Gandesa |
|
|
Garcia |
|
|
Garidells, els |
|
|
Garriguella |
|
|
Gavet de la Conca u d-distretti annessi tiegħu ta’ Sant Cristofol de la Vall, Sant Martí de Barcedana u Sant Miquel de la Vall |
|
|
Gelida |
|
|
Gimenells i el Pla de la Font |
|
|
Ginestar |
|
|
Granada, la |
|
|
Granollers |
|
|
Granyanella |
|
|
Granyena de Segarra |
|
|
Gratallops |
|
|
Guiamets, els |
|
|
Guimerà |
|
|
Horta de Sant Joan |
|
|
Hostalets de Pierola, els |
|
|
Igualada |
|
|
Isona i Conca Dellà u d-distretti annessi tagħha ta’ Conques, Figuerola d’Orcau, Orcau- Basturs u Sant Romà d’Abella |
|
|
Ivars d'Urgell |
|
|
Ivars de Noguera |
|
|
Jonquera, la |
|
|
Jorba |
|
|
Juncosa |
|
|
Juneda: ir-roqgħa art 487 tal-poligonu katastali 5, l-irqajja’ tal-art 14, 15, 16, 33, 34, u 37 tal-poligonu katastali 12, u l-irqajja’ tal-art 3, 4, u 5 tal-poligonu katastali 13 |
|
|
Llacuna, la |
|
|
Llançà |
|
|
Llardecans |
|
|
Lleida: id-distretti annessi ta’ Raimat u Sucs |
|
|
Llers |
|
|
Lliçà d’Amunt |
|
|
Llimiana |
|
|
Lloar, el |
|
|
Llorenç del Penedès |
|
|
Lloret de Mar |
|
|
Maials |
|
|
Maldà |
|
|
Manresa |
|
|
Marçà |
|
|
Margalef |
|
|
Marsà |
|
|
Martorell |
|
|
Martorelles |
|
|
Masarac |
|
|
Masllorenç |
|
|
Masnou, el |
|
|
Masó, la |
|
|
Maspujols |
|
|
Masquefa |
|
|
Masroig, el |
|
|
Massoteres |
|
|
Mataró |
|
|
Mediona |
|
|
Menàrguens |
|
|
Milà, el |
|
|
Miravet |
|
|
Molar, el |
|
|
Mollet de Peralada |
|
|
Montgat |
|
|
Monistrol de Calders |
|
|
Montblanc |
|
|
Montbrió del Camp |
|
|
Montferri |
|
|
Montmell, el |
|
|
Montoliu de Segarra |
|
|
Montornès de Segarra |
|
|
Montornès del Vallès |
|
|
Mont-ral |
|
|
Mont-ras |
|
|
Mont-roig del Camp |
|
|
Móra d'Ebre |
|
|
Móra la Nova |
|
|
Morell |
|
|
Morera de Montsant, la, u d-distrett anness tiegħu Scala-dei |
|
|
Mura |
|
|
Nalec |
|
|
Navarcles |
|
|
Navàs |
|
|
Nou de Gaià, la |
|
|
Nulles |
|
|
Òdena |
|
|
Olèrdola |
|
|
Olesa de Bonesvalls |
|
|
Olivella |
|
|
Omells de na Gaia, els |
|
|
Omellons, els |
|
|
Orpí |
|
|
Òrrius |
|
|
Os de Balaguer |
|
|
Pacs del Penedès |
|
|
Palafrugell |
|
|
Palamós |
|
|
Palau-sator |
|
|
Palau-saverdera |
|
|
Pallaresos, els |
|
|
Palma d’Ebre, la |
|
|
Pals |
|
|
Pau |
|
|
Pedret i Marzà |
|
|
Penelles |
|
|
Perafort |
|
|
Peralada |
|
|
Perelló, el |
|
|
Piera |
|
|
Pinell de Brai, el |
|
|
Pira |
|
|
Pla de la Font, el |
|
|
Pla de Santa Maria, el |
|
|
Pla del Penedès, el |
|
|
Pla del Penedès |
|
|
Pobla de Cérvoles, la |
|
|
Pobla de Claramunt, la |
|
|
Pobla de Mafumet, la |
|
|
Pobla de Massaluca, la |
|
|
Pobla de Montornès, la |
|
|
Pobla de Segur |
|
|
Poboleda |
|
|
Pont d’Armentera, el |
|
|
Pont de Molins, |
|
|
Pont de Vilomara i Rocafort, el |
|
|
Pontons |
|
|
Porrera |
|
|
Port de la Selva, el |
|
|
Portbou |
|
|
Pradell de la Teixeta, el |
|
|
Prades |
|
|
Prat del Compte |
|
|
Preixana |
|
|
Preixens |
|
|
Premià de Dalt |
|
|
Premià de Mar |
|
|
Puigdàlber |
|
|
Puigpelat |
|
|
Querol |
|
|
Rabós |
|
|
Rajadell |
|
|
Rasquera |
|
|
Regencós |
|
|
Renau |
|
|
Reus |
|
|
Riba-roja d'Ebre |
|
|
Riera de Gaià, la |
|
|
Riudecanyes |
|
|
Riudecols |
|
|
Riudoms |
|
|
Riumors |
|
|
Roca del Vallès, la |
|
|
Roda de Barà |
|
|
Rodonyà |
|
|
Rocafort de Queralt |
|
|
Roses |
|
|
Rourell, el |
|
|
Sabadell: il-proprjetà ta’ Can Gambús bir-referenza katastali nru 28003001 DG2020A, b’erja ta’ 2 ha |
|
|
Salàs de Pallars |
|
|
Sallent |
|
|
Salomó |
|
|
Sant Cebrià de Vallalta |
|
|
Sant Climent Sescebes |
|
|
Sant Cugat de Sesgarrigues |
|
|
Sant Esteve Sesrovires |
|
|
Sant Feliu de Buixalleu |
|
|
Sant Feliu de Codines |
|
|
Sant Feliu de Guíxols |
|
|
Sant Fost de Campsentelles |
|
|
Sant Fruitós de Bages |
|
|
Sant Iscle de Vallalta |
|
|
Sant Jaume dels Domenys |
|
|
Sant Joan de Vilatorrada |
|
|
Sant Jordi Desvalls |
|
|
Sant Llorenç Savall |
|
|
Sant Llorens d’Hortons |
|
|
Sant Martí de Riucorb |
|
|
Sant Martí de Tous |
|
|
Sant Martí Sarroca |
|
|
Sant Martí Vell |
|
|
Sant Mateu de Bages |
|
|
Sant Pere de Ribes |
|
|
Sant Pere de Riudebitlles |
|
|
Sant Pol de Mar |
|
|
Sant Quintí de Mediona |
|
|
Sant Sadurní d’Anoia |
|
|
Sant Salvador de Guardiola |
|
|
Santa Cristina d’Aro |
|
|
Santa Margarida i els Monjos |
|
|
Santa Maria de Miralles |
|
|
Santa Maria d’Oló |
|
|
Santa Oliva |
|
|
Santa Fe del Penedès |
|
|
Santa Maria de Martorelles |
|
|
Santa Margarida de Montbui |
|
|
Santpedor |
|
|
Sarral |
|
|
Secuita, la |
|
|
Selva del Camp, la |
|
|
Selva de Mar, la |
|
|
Senan |
|
|
Sentmenat |
|
|
Sitges |
|
|
Siurana d’Empordà |
|
|
Solivella |
|
|
Sort |
|
|
Subirats |
|
|
Súria |
|
|
Talamanca |
|
|
Talarn |
|
|
Tallada d’Empordà |
|
|
Tarragona |
|
|
Tàrrega |
|
|
Tarrés |
|
|
Teià |
|
|
Terrades |
|
|
Tiana |
|
|
Tivissa |
|
|
Tordera |
|
|
Torrebesses: l-irqajja’ tal-art 247 u 283 tal-poligonu katastali 6 |
|
|
Torre de Claramunt, la |
|
|
Torre de Fontaubella, la |
|
|
Torre de l’Espanyol, la |
|
|
Torredembarra |
|
|
Torrefarrera |
|
|
Torrelavit |
|
|
Torrelles de Foix |
|
|
Torrent |
|
|
Torroella de Montgrí |
|
|
Torroja del Priorat |
|
|
Tortellà |
|
|
Tremp, l-eks muniċipalità, u d-distretti annessi tagħha ta’ Gurb, Palau de Noguera, Puigcercós, Suterranya u Vilamitjana |
|
|
Ullà |
|
|
Ulldemolins |
|
|
Vallbona de les Monges |
|
|
Vallbona d'Anoia |
|
|
Vallclara |
|
|
Vallfogona de Riucorb |
|
|
Vallgorguina |
|
|
Vallirana |
|
|
Vall-llobrega |
|
|
Vallromanes |
|
|
Valls |
|
|
Vandellós i l’Hospitalet de l’Infant |
|
|
Vallmoll |
|
|
Vendrell, el |
|
|
Ventalló |
|
|
Verdú |
|
|
Vespella |
|
|
Vilademuls |
|
|
Vila-rodona |
|
|
Vilafant |
|
|
Vilafranca del Penedès |
|
|
Vilagrassa: ir-roqgħa art 92 tal-poligonu katastali 4 |
|
|
Vilajuïga |
|
|
Vilalba dels Arcs |
|
|
Vilallonga del Camp |
|
|
Vilamalla |
|
|
Vilamaniscle |
|
|
Vilanant |
|
|
Vilanova del Camí |
|
|
Vilanova d’Escornalbou |
|
|
Vilanova de Prades |
|
|
Vilanova i la Geltrú |
|
|
Vilanova del Vallès |
|
|
Vila-seca |
|
|
Vilassar de Dalt |
|
|
Vilassar de Mar |
|
|
Vilabella |
|
|
Vilaverd |
|
|
Vilella Alta, la |
|
|
Vilella Baixa, la |
|
|
Vilosell, el |
|
|
Vilobí del Penedès |
|
|
Vilopriu |
|
|
Vimbodí |
|
|
Vinaixa |
|
|
Vinebre |
|
|
Vinyols i els Arcs |
7. VARJETÀ JEW VARJETAJIET TAD-DWIELI LI MINNHOM JINKISEB L-INBID / JINKISBU L-INBEJJED
|
|
AGUDELO - CHENIN BLANC |
|
|
ALARIJE - SUBIRAT PARENT |
|
|
ALBARIÑO |
|
|
CABERNET FRANC |
|
|
CABERNET SAUVIGNON |
|
|
CHARDONNAY |
|
|
GARNACHA BLANCA - LLADONER BLANCO |
|
|
GARNACHA PELUDA |
|
|
GARNACHA ROJA - GARNACHA GRIS |
|
|
GARNACHA TINTA - LLADONER |
|
|
GARNACHA TINTORERA |
|
|
GARRO - MANDO |
|
|
GEWÜRZTRAMINER |
|
|
MACABEO - VIURA |
|
|
MALVASIA AROMATICA - MALVASIA DE SITGES |
|
|
MARSELÁN |
|
|
MAZUELA - CARIÑENA |
|
|
MAZUELA - SAMSÓ |
|
|
MERLOT |
|
|
MERSEGUERA - SUMOLL BLANCO |
|
|
MONASTRELL |
|
|
MOSCATEL DE ALEJANDRÍA |
|
|
MOSCATEL DE GRANO MENUDO |
|
|
PARELLADA - MONTONEC |
|
|
PARELLADA - MONTONEGA |
|
|
PEDRO XIMÉNEZ |
|
|
PETIT VERDOT |
|
|
PICAPOLL BLANCO |
|
|
PICAPOLL NEGRO |
|
|
PINOT NOIR |
|
|
RIESLING |
|
|
SAUVIGNON BLANC |
|
|
SUMOLL TINTO |
|
|
SYRAH |
|
|
TEMPRANILLO - ULL DE LLEBRE |
|
|
TREPAT |
|
|
VINYATER |
|
|
VIOGNIER |
|
|
XARELLO - CARTOIXA |
|
|
XARELLO - PANSA BLANCA |
|
|
XARELLO - PANSAL |
|
|
XARELLO ROSADO |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Inbid
L-influwenza Mediterranja qawwija tipproduċi nbejjed mhux aċidużi u densi, b’aċidità relattivament baxxa, b’kontenut alkoħoliku ogħli u aromi li, b’mod partikolari fil-każ tal-inbejjed ħomor, jitjiebu bl-età. Ix-xemx qawwija li jgawdi r-reġjun tagħna ttejjeb l-iżvilupp tal-kuluri intensi — b’mod partikolari l-aħmar — li huma tant tipiċi tal-inbejjed tagħna.
Ix-xaħx u t-trab ġulġlieni huma s-sawriet predominanti tal-ħamrija, li jagħtu korpożità u struttura kemm lill-varjetajiet bojod kif ukoll lil dawk ħomor u jipproduċu nbejjed ħomor li għandhom kulur saħansitra aktar qawwi.
Il-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ta’ għeneb li jeżistu fil-Katalonja hija prova akbar tal-fatt li l-Katalani minn dejjem kienu miftuħin għad-dinja. Dan jirrifletti wkoll l-istorja twila tal-produzzjoni tal-inbid fir-reġjun. Skont kwotazzjoni minn Pere Gil li tmur lura għall-1600: “L-inbejjed jiġu prodotti madwar il-Katalonja kollha, kemm fiż-żoni kostali kif ukoll f’dawk interni ... L-inbejjed tal-Katalonja huma tipikament qawwija u tajbin ħafna. Jagħmlu kull tip ta’ nbid …” Jaume Ciurana (1980) iddeskriva unità bażika fl-inbejjed Katalani kollha, li tagħtihom karatteristika komuni: dedikazzjoni, xewqa għal titjib u spirtu ta’ suċċess fin-nies li jipproduċuhom.
8.2. Inbid semifrizzanti
Il-ħamrija ġibsija tipproduċi nbejjed li huma vibranti, aromatiċi u estremament raffinati.
Il-ħsad bikri jagħmilha possibbli li tinkiseb qawwa alkoħolika aktar baxxa u aċidità akbar. Dan flimkien mal-preżenza tad-diossidu tal-karbonju li jseħħ b’mod naturali, jagħti lill-inbejjed is-sensazzjoni tal-karatteristika rifreskanti tagħhom.
Is-soċjetà Katalana għandha konnessjoni storika u kulturali mal-inbejjed li fihom id-diossidu tal-karbonju li jseħħ b’mod naturali, kif muri mill-industrija tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti ewlenija ta’ Katalonja, li l-oriġini tagħha jmur lura sal-ewwel nofs tas-seklu dsatax.
8.3. Inbid likur
L-influwenza Mediterranja qawwija u n-nisġa tal-ħamrija diġà deskritta għall-kategorija tal-inbid jaġixxu bl-istess mod fl-inbejjed likuri taħt id-DOP Cataluña/Catalunya, li jagħtuhom ħafna iktar intensità fil-kulur u l-aroma, il-korpożità u l-aċidità medja sa baxxa.
L-inbid likur normalment huma d-diġestif preferut ta’ ħafna mwejjed Katalani,u jiġi ppreżentat flimkien ma’ ġewż imħallat (lewż, ġellewż, ġewż tal-arżnu) u frott imqadded (żbib, tin, berquq) fid-deżerta Katalana tradizzjonali magħrufa bħala “postres de músic” (“deżerta tal-mużiċista”).
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Il-qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-terminu “xispejant” jista’ jiġi inkluż ukoll fuq it-tikketti tal-inbejjed bojod, rożè jew ħomor li għandhom qawwa alkoħolika iktar baxxa prodotta billi l-fermentazzjoni tiġi interrotta deliberatament.
L-indikazzjoni “CATALUNYA VINYERÓ” tista’ tiżdied mat-tikketta tal-prodott biex jiġi distint l-istatus ta’ min jikkultiva d-dwieli. L-użu ta’ din l-indikazzjoni jista’ jintalab mill-produtturi tal-inbid li jagħmlu l-inbejjed kollha tagħhom esklużivament mill-għeneb li jkunu kkultivaw fil-vinji tagħhom stess.
L-inbejjed mill-fabbriki tal-ibbottiljar tal-inbid li juru tnaqqis fl-impronta tas-CO2 tagħhom, b’kalkolu vverifikat skont l-istandard ISO 14.064-1:2019, huma intitolati li juru logo fuq it-tikkettar tagħhom bil-kliem “BARCELONA SUSTAINABLE CATALUNYA”
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3814/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)