<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑320/11</NO.CASE><NO.CASE>C‑330/11</NO.CASE><NO.CASE>C‑382/11</NO.CASE><NO.CASE>C‑383/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0320</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:745">EU:C:2012:745</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20121122">22.11.2012</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C-320/11, C-330/11, C-382/11 U C-383/11</P><P>DIGITALNET <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tariffa Doganali Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Apparat li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni li fih modem għall-aċċess għall-internet u li jiżgura funzjoni ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-320/11, C-330/11, C-382/11 u C-383/11,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-10 ta’ Ġunju, tal-21 ta’ Ġunju, tas-27 ta’ Ġunju u tal-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja rispettivament fis-27 ta’ Ġunju, fid-29 ta’ Ġunju u fit-<DATE ISO="20110718">18 ta’ Lulju 2011</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Digitalnet OOD</HT> (C-320/11 u C-383/11),</P><P><HT TYPE="BOLD">Tsifrova kompania OOD</HT> (C-330/11),</P><P><HT TYPE="BOLD">M SAT CABLE AD</HT>(C-382/11)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nachalnik na Mitnicheski punkt – Varna Zapad pri Mitnitsa Varna,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn U. Lõhmus, li qed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, A. Arabadjiev u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Digitalnet OOD, Tsifrova kompania OOD u M SAT CABLE AD, minn M. Ralchev, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għan-Nachalnik na Mitnicheski punkt – Varna Zapad pri Mitnitsa Varna, minn D. Yordanov kif ukoll minn S. Valkova, D. Yordanova, N. Yotsova u V. Konova, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn Y. Atanasov, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Bouyon u D. Roussanov, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat, rispettivament, bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="286" DATE.PUB="2007">ĠU L 286, p. 1</REF.DOC.OJ>); Nru 1031/2008, tad-<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="291" DATE.PUB="2008">ĠU L 291, p. 1</REF.DOC.OJ>), u Nru 948/2009, tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="287" DATE.PUB="2009">ĠU L 287, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 78(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn Digitalnet OOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Digitalnet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), Tsifrova kompania OOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Tsifrova<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u M SAT CABLE AD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>M SAT CABLE<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u n-Nachalnik na Mitnicheski punkt – Varna Zapad pri Minitsa Varna (Direttur tal-Uffiċċju Doganali Varna tal-Punent fi ħdan id-dwana ta’ Varna, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Direttur tad-Dwana ta’ Varna<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) dwar il-ħlas ta’ dazji doganali relatati ma set-top boxes li għandhom funzjoni ta’ komunikazzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ tal-1994 u l-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ teknoloġija tal-informatika</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ (GATT) tas-sena 1994 u, b’mod partikolari, il-Memorandum ta’ ftehim dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu II:1(b) tal-GATT jagħmlu parti mill-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech, fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE>, u approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoin [konklużjoni] f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ teknoloġija tal-informatika, li huwa kkostitwit mid-Dikjarazzjoni ministerjali dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika adottata fit-<DATE ISO="19961213">13 ta’ Diċembru 1996</DATE> matul l-ewwel konferenza tad-WTO f’Singapour kif ukoll mill-annessi u mill-appendiċi tagħha (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>FTI<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), u l-komunikazzjoni dwar l-implementazzjoni tagħha, ġew approvati, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/359/KE, tal-<DATE ISO="19970324">24 ta’ Marzu 1997</DATE>, li tirrigwarda l-eliminazzjoni ta’ dazji minn fuq prodotti teknoloġiċi tal-informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 3). Il-FTI jippreċiża, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-amministrazzjoni kummerċjali ta’ kull parti għandha tevolvi b’mod li żżid l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq għall-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 2 tal-FTI, kull parti għandha tikkonsolida u telimina d-dazji doganali u sisa u piżijiet oħra ta’ kull tip, fis-sens tal-Artikolu II:1(b) tal-GATT 1994, fir-rigward ta’ ċerti prodotti, fosthom is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>set-top boxes<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> b’funzjoni ta’ komunikazzjoni: apparat b’mezz ibbażat fuq mikroproċessur li fih modem għall-aċċess għall-internet u li jkollu funzjoni ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2559/2000, tas-<DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE>, li jemenda l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="293" DATE.PUB="2000">ĠU L 293, p. 1</REF.DOC.OJ>), ġie adottat bl-intenzjoni li jiġi applikat l-FTI, kif jirriżulta mill-premessa 3 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 78(2) tal-Kodiċi Doganali jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara li jeħilsu l-merkanzija u sabiex jissodisfaw ruħhom li d-dettalji li jinsabu fid-dikjarazzjoni huma eżatti, jispezzjonaw id-dokumenti kummerċjali u data li għandha x’taqsam ma’ l-operazzjonijiet ta’ importazzjoni u esportazzjoni fir-rigward tal-merkanzija konċernata jew operazzjonijiet kummerċjali sussegwenti li jinvolvu dik il-merkanzija. Spezzjonijiet bħal dawk jistgħu jsiru fil-post tad-dikjarant, ta’ kull persuna oħra direttament jew indirettament involuta f’dawk l-operazzjonijiet f’kapaċità kummerċjali jew ta’ kull persuna oħra li jkollha f’idejha d-dokument u d-data imsemmija għal skopijiet kummerċjali. Dawk l-awtoritajiet jistgħu ukoll jeżaminaw il-merkanzija meta jkun għadu possibbli li din tkun prodotta.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-klassifikazzjoni tariffarja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>In-NM</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal-<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357; iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Regolament Nru 2658/87<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), il-Kummissjoni Ewropea għandha, kull sena, tadotta regolament li jirripproduċi l-verżjoni sħiħa tan-NM u tar-rati tad-dazju doganali, kif din il-verżjoni tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament huwa applikabbli mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-verżjoni tan-NM applikabbli għall-Kawża C-382/11 hija dik li tirriżulta mir-Regolament Nru 1214/2007, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>. Dik applikabbli għall-Kawżi C-320/11 u C-330/11 tirriżulta mir-Regolament Nru 1031/2008, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE>. Dik applikabbli għall-Kawża C-383/11 tirriżulta mir-Regolament Nru 948/2009, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM jinsabu fit-Titolu A tat-Taqsima I tal-Ewwel Parti tan-NM. Dawn ir-regoli huma identiċi fil-verżjonijiet tan-NM li jirriżultaw mir-Regolamenti Nri 1214/2007, 1031/2008 u 948/2009. Huma jipprovdu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti [merkanzija] fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin.</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini tat-titli [tal-intestaturi] u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli [l-intestaturi] jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Meta permezz ta’ l-applikazzjoni tar-regola 2(b) jew kwalunkwe raġuni oħra, l-oġġetti jkunu klassifikati prima facie f’titlu [f’intestatura] wieħed jew iżjed, il-klassifikazzjoni għandha ssir kif ġej:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>taħlitiet, oġġetti komposti li jikkonsistu minn materjali differenti jew magħmulin minn komponenti differenti, u oġġetti [merkanzija] mtellgħin għal bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a), għandhom ikunu klassifikati daqs li kieku kienu magħmulin mill-materjal jew mill-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom, sakemm dan il-kriterju jkun applikabbli.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>meta oġġetti ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a) jew (b), huma għandhom ikunu klassifikati fit-titlu li jiġi l-aħħar f’ordni numerika fost dawk li ugwalment għandha tingħatalhom konsiderazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subtitli [subintestaturi] ta’ titlu [intestatura] għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subtitli u kwalunkwe noti ta’ subtitli relatati u, mutatis mutandis skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subtitli fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitlu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-Tieni Parti tan-NM tinkludi t-Taqsima XVI. Din it-taqsima tinkludi l-Kapitolu 85, li jikkonċerna l-makkinarju, it-tagħmir u l-materjal elettriku, u l-bċejjeċ tagħhom, l-apparat li jirreġistra jew li jirriproduċi l-ħoss, l-apparat li jirreġistra jew li jirriproduċi stampi u ħsejjes televiżivi kif ukoll il-bċejjeċ u l-aċċessorji ta’ dan l-apparat.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-intestaturi 8521 u 8528 hija identika fil-verżjonijiet tan-NM li jirriżultaw mir-Regolamenti Nri 1214/2007, 1031/2008 u 948/2009. Dawn huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="6"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="00AB" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>8521</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjow, li fihom jew ma fihomx <HT TYPE="ITALIC">tuner</HT>tal-vidjow:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8521 10</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">– Tip b’tejp manjetiku:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8521 90 00</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">– Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8528</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">Moniters u proġekters, li ma jinkorporawx apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni; tagħmir ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni, kemm jekk jinkorpora u kemm jekk ma jinkorporax fih tagħmir ta’ riċezzjoni tax-xandir bir-radju jew tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-vidjow:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">– Tagħmir ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni, kemm jekk jinkorpora u kemm jekk ma jinkorporax fih tagħmir ta’ riċezzjoni għax-xandir bir-radju jew tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-vidjow:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><P>8528 71</P><P>[...]</P></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">‐ – Li mhuwiex iddiżinjat sabiex jinkorpora fih display jew skrin tal-vidjow:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8528 71 13</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">– – – – Apparat b’mezz ibbażat fuq mikroproċessur li fih mowdem għall-aċċess għall-Internet, u li jkollu funzjoni ta’ bdil [skambju] interattiv ta’ informazzjoni, li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/><HT TYPE="ITALIC">set-top boxes</HT> b’funzjoni ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8528 71 19</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">– – – – Oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Meta seħħew il-fatti fil-kawżi prinċipali, ir-rata tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni applikabbli għall-merkanzija kklassifikata fis-subintestatura 8528 71 19 kienet ta’ 14 %, filwaqt li l-apparat li jaqa’ taħt is-subintestatura 8528 71 13 ibbenefika minn eżenzjoni ta’ dazji.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>In-Noti ta’ Spjega għan-NM</P></TI></TITLE><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Inkonformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament Nru 2658/87, il-Kummissjoni tħejji Noti ta’ Spjega għan-NM, li hija tippubblika b’mod regolari <HT TYPE="ITALIC">f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. Dawk ippubblikati fis-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="8" NO.OJ="112" DATE.PUB="2008">ĠU C 112, p. 8</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), applikabbli fiż-żmien tal-importazzjonijiet fil-kawżi prinċipali, jippreċiżaw, fl-intestatura 8528:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0002" CLASS="GEN" COLS="5"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>8528 71 13</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2"><P>Apparat b’mezz ibbażat fuq mikroproċessur li fih mowdem għall-aċċess għall-Internet, u li għandu funzjoni ta’ bdil [skambju] interattiv ta’ informazzjoni, li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kaxxi ta’ fuq is-sett (<HT TYPE="ITALIC">set-top boxes</HT>) b’funzjoni ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>)</P><P>Dan is-subtitlu [subintestatura] jkopri apparat mingħajr skrin, hekk imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kaxxi ta’ fuq is-sett (<HT TYPE="ITALIC">set-top boxes</HT>) b’funzjoni ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>, li jikkonsisti mill-komponenti ewlenin li ġejjin:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>mikroproċessur,</P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">tuner</HT> tal-vidjow.</P><P>Il-preżenza ta’ konnekter RF turi li jista’ jkun hemm tuner tal-vidjow,</P></ITEM><ITEM><P>mowdem.</P><P>Il-mowdems jimmodulaw u jiddemodulaw sinjali tad-dejta, kemm dawk ħerġin kif ukoll dawk deħlin. Dan jippermetti komunikazzjonijiet bidirezzjonali għall-għanijiet ta’ aċċess għall-Internet. Eżempji ta’ mowdems bħal dawn huma: mowdems V.34-, V.90-, V.92-, DSL- jew bil-kejbil. Indikazzjoni tal-preżenza ta’ mowdem bħal dan hija konnekter RJ 11.</P><P>Il-mezzi li jwettqu funzjoni simili għal dik ta’ mowdem iżda li ma jimmodulawx u ma jiddemodulawx sinjali ma jitqisux bħala mowdems. Eżempji ta’ apparat bħal dawn huma mezzi ISDN-, WLAN- jew Ethernet. Indikazzjoni tal-preżenza ta’ mezz bħal dan hija li konnekter RJ 45.</P><P>Il-mowdem għandu jkun mibni fil-kaxxa ta’ fuq is-sett (<HT TYPE="ITALIC">set-top box</HT>). Kaxxi ta’ fuq is-sett (<HT TYPE="ITALIC">set-top boxes</HT>) li ma għandhomx mowdem mibni fihom iżda li jużaw mowdem estern huma esklużi minn dan is-subtitlu [subintestaturi] (pereżempju, sett magħmul minn kaxxa ta’ fuq is-sett (<HT TYPE="ITALIC">set-top box</HT>) u mowdem estern).</P></ITEM></LIST><P>It-Transmission Control Protocol/Internet Protocol (TCP/IP) għandu jkun preżenti bħala firmware fil-kaxxa ta’ fuq is-sett (<HT TYPE="ITALIC">set-top box</HT>).</P><P>Il-kaxxi ta’ fuq is-sett (<HT TYPE="ITALIC">set-top boxes</HT>) ta’ dan is-subtitlu [subintestatura] għandhom jippermettu lill-utent ta’ l-apparat jidħol fl-Internet. L-apparat għandu jkun jista’ wkoll iħaddem applikazzjonijiet ta’ l-Internet b’mod ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>bdil [skambju] ta’ informazzjoni interattiv<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> bħal klijent emejl jew applikazzjoni għall-messaġġi b’użu ta’ sokits UDP jew TCP/IP.</P><P>Kaxxi ta’ fuq is-sett (<HT TYPE="ITALIC">set-top boxes</HT>), li jinkorporaw strument b’funzjoni ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni (pereżempju drajv għal ħardisk jew DVD) huma esklużi minn dan is-subtitlu [subintestatura] (subtitlu 8521 90 00).</P></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8528 71 19</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2"><P>Oħrajn</P><P>Ara l-aħħar paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal subtitlu [subintestatura] 8528 71 13<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>In-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> u dawk ippubblikati fis-<DATE ISO="20110506">6 ta’ Mejju 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="137" DATE.PUB="2011">ĠU C 137, p. 1</REF.DOC.OJ>) tħassru, mill-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, għal dak li jirrigwarda l-intestaturi 8521 90 00, 8528 71 13, 8528 71 19 u 8528 71 90 mill-Avviż tal-Kummissjoni ppubblikat fil-<DATE ISO="20110625">25 ta’ Ġunju 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="185" DATE.PUB="2011">ĠU C 185, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Digitalnet (Kawżi C-320/11 u C-383/11), Tsifrova (Kawża C-330/11) u M SAT CABLE (Kawża C-382/11) huma kumpanniji li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu aċċess għat-televiżjoni diġitali u għall-internet. Il-merkanzija inkwistjoni fil-kawżi prinċipali huma identiċi fl-erba’ kawżi. Din hija magħmula minn set-top boxes li għandhom funzjoni ta’ komunikazzjoni (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>set-top boxes<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Dawn is-set-top boxes ġew immanifatturati fil-Korea u importati fil-Bulgarija bejn il-<DATE ISO="20081121">21 ta’ Novembru 2008</DATE> u t-<DATE ISO="20100322">22 ta’ Marzu 2010</DATE> b’ismijiet kummerċjali differenti minn dawn il-kumpanniji. Is-set-top boxes ġew iddikjarati taħt l-intestatura tariffarja 8528 71 13 tan-NM, jiġifieri b’eżenzjoni mid-dazji doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), l-awtoritajiet doganali wettqu kontroll u waslu għall-konklużjoni li s-set-top boxes ma kellhomx modem integrat u li kellhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 8528 71 19 tan-NM. Konsegwentement, kellhom jinġabru dazji doganali ta’ 14 %. L-awtoritajiet doganali adottaw atti amministrattivi li permezz tagħhom il-ħlas tad-dazji doganali ġie impost fuq it-tliet kumpanniji.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kkontestaw il-validità ta’ dawn l-atti amministrattivi quddiem l-Administrativen sad – Varna billi fetħu erba’ proċeduri distinti, tnejn minnhom li jikkonċernaw Digitalnet.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-awtoritajiet doganali jqisu li s-set-top boxes jikkonsistu f’riċevituri diġitali bil-cable li għandhom mikroproċessur u riċevitur ta’ sinjali vidjofoniċi. Huma għandhom l-interfaces segwenti: outputs għall-awdjo u għall-vidjo [SKART], Ethernet u RS-232. Dan l-apparat ma fihx modems integrati li jippermettu l-aċċess għall-internet. Skont in-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE>, minħabba l-assenza ta’ modems integrati, is-set-top boxes ma jistgħux jiġi kklassifikati fl-intestatura 8528 71 13, iżda fl-intestatura 8528 71 19 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ġew ordnati żewġ perizji ġudizzjarji. Mill-ewwel perizja rriżulta li s-set-top boxes ma għandhomx modem. L-aċċess għall-internet isir permezz tal-protokoll TCP/IP. Huwa possibbli li jiġu eżegwiti programmi għall-internet permezz tas-sistema ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni u li jiġu riċevuti sinjali tat-televiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mit-tieni perizja jirriżulta li s-set-top boxes huma apparat b’mezz ibbażat fuq mikroproċessur li fih softwer ta’ modem integrat, li jiżgura skambju interattiv ta’ informazzjoni u li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-Kawżi C-382/11 u C-383/11, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jsostnu li l-awtoritajiet doganali kklassifikaw is-set-top boxes mingħajr ma vverifikaw fiżikament il-merkanzija inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Huma f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Administrativen sad – Varna ddeċidiet li tissospendi l-erba’ kawżi quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domandi li huma komuni għal diversi kawżi u oħrajn li huma speċifiċi għal ftit minnhom:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>X’għandu jinftiehem b’<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Internet<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> fis-sens tan-noti ta’ spjega għan-[NM] [...] sabiex oġġett [merkanzija] jiġi kklasifikat taħt il-kodiċi [...] 8528 71 13 [...]? (l-ewwel domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11)?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>X’għandu jinftiehem b’<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>mowdem<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> fis-sens tan-noti ta’ spjega għan-[NM] sabiex oġġett [merkanzija] jiġi kklasifikat taħt il-kodiċi [...] 8528 71 13 [...] (it-tieni domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>X’għandu jinftiehem b’<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>modulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>demodulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> fis-sens tan-noti ta’ spjega għan-[NM] sabiex oġġett [merkanzija] jiġi kklasifikat taħt il-kodiċi [...] 8528 71 13 [...] (it-tielet domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>X’għandu jinftiehem bit-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>modem<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>aċċess għall-internet<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> fis-sens tas-subintestatura 8528 71 13 tan-[NM] u tan-Nota [Noti] ta’ Spjega tagħha (l-ewwel domanda fil-Kawża C-383/11?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Liema hija l-funzjoni prinċipali tal-apparat magħruf bħala modulu separat [...], li skontu għandha ssir il-klassifikazzjoni tat-tariffa: ir-riċeviment tas-sinjali tat-televiżjoni jew anki l-użu ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-internet (ir-raba’ domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11 u t-tieni domanda fil-Kawża C-383/11)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Jekk il-funzjoni prinċipali tal-apparat magħruf bħala modulu separat [...] jikkonsisti fl-użu ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni interattiv għall-finijiet tal-aċċess għall-internet, it-tip ta’ modulazzjoni u ta’ demodulazzjoni operati mill-modem u t-tip ta’ mowdem użat huwa importanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni tat-tariffa, jew inkella huwa sempliċement meħtieġ li jippermetti li jkun hemm aċċess għall-internet (il-ħames domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11 u t-tielet domanda fil-Kawża C-383/11)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>F’liema pożizzjoni [intestatura] u taħt liema kodiċi għandu jiġi kklassifikat apparat li jissodisfa d-deskrizzjoni tal-modulu [separat] (is-sitt domanda fil-Kawżi C-320/11 u C-330/11, is-seba’ domanda fil-Kawża C-382/11 u l-ħames domanda fil-Kawża C-383/11)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Jekk modulu separat [bħal dak fil-kawżi prinċipali] jiġi kklassifikat taħt is-subtitlu [subintestatura] 8521 90 00 tan-[NM], il-ġbir tad-drittijiet tad-dwana b’rata pożittiva hija legali skont id-dritt Komunitarju, sa fejn imur kontra obbligi tal-Komunità [Ewropea] taħt [il-FTI] jew il-klassifikazzjoni fil-pożizzjoni [fl-intestatura] 8521 twassal sabiex jiġi konkluż li modulu separat, [bħal dak fil-kawżi prinċipali], jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tal-[FTI] (is-seba’ domanda fil-Kawżi C-320/11 u C-330/11 u t-tmien domanda fil-Kawża C-382/11)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jibdlu l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija partikolari mingħajr ma jagħmlu verifika fiżika tal-merkanzija importata u meta r-rapport tekniku jkun sar biss fuq il-bażi ta’ provi bil-miktub, jiġifieri l-manwal tal-użu, karatteristiċi tekniċi u verifika ta’ apparat li jkun oriġina mill-istess manifattur u li jkollu l-istess numru, iżda jkun ġej minn importazzjoni oħra (is-sitt domanda fil-Kawża C-382/11 u r-raba’ domanda fil-Kawża C-383/11)?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Kawżi C-320/11, C-330/11, C-382/11 u C-383/11 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11, C-382/11 u C-383/11, fuq it-tieni domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11, fuq il-ħames domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11 kif ukoll fuq it-tielet domanda fil-Kawża C-383/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, li għandhom jiġu kkunsidrati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf kif in-NM għandha tiġi interpretata u, iktar preċiżament, liema merkanzija tista’ tiġi kklassifikata fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM. Din il-qorti tistaqsi, b’mod partikolari, dwar x’jaqa’ taħt il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>mowdem<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>aċċess għall-Internet<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din is-subintestatura u fis-sens tan-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE>. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk it-tip ta’ modem użat huwiex rilevanti għall-klassifikazzjoni tariffarja jew jekk huwiex suffiċjenti li l-modem jippermetti l-aċċess għall-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM jipprovdu li l-klassifikazzjoni tal-merkanzija għandha l-ewwel tiġi ddeterminata skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti dwar taqsima jew dwar kapitolu, fejn il-formulazzjoni tat-titoli tat-taqsimijiet jew tal-kapitoli għandha biss valur indikattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha titfakkar il-ġurisprudenza stabbilita li tipprovdi li, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jkun ibbażat, b’mod ġenerali, fuq il-karatteristiċi u fuq il-proprjetajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti fil-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u fin-noti dwar taqsima jew dwar kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20001019">19 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Peacock, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-339/98" PAGE.ECR="I-8947" YEAR="2000">C-339/98, Ġabra p. I-8947</REF.DOC.ECR>, punt 9; tal-<DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, Intermodal Transports, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-495/03" PAGE.ECR="I-8151" YEAR="2005">C-495/03, Ġabra p. I-8151</REF.DOC.ECR>, punt 47; tad-<DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE>, Kamino International Logistics, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-376/07" PAGE.ECR="I-1167" YEAR="2009">C-376/07, Ġabra p. I-1167</REF.DOC.ECR>, punt 31, kif ukoll tal-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, British Sky Broadcasting Group u Pace, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-288/09+C-289/09" PAGE.ECR="2851" YEAR="2011">C-288/09 u C-289/09, Ġabra p. -2851</REF.DOC.ECR>, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-eżami tan-NM jirriżulta li s-subintestatura 8528 71 13 tikkonċerna r-riċevituri tat-televiżjoni, li ma jkunux iddisinjati sabiex jinkorporaw display jew skrin tal-vidjo, li jkollhom mikroproċessur, li jinkorporaw modem għall-aċċess għall-internet, li jwettqu skambju interattiv ta’ informazzjoni u li jkunu jistgħu jirċievu sinjali tat-televiżjoni (sentenza British Sky Broadcasting Group u Pace, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>riċezzjoni ta’ sinjali vidjofoniċi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ikopru żewġ kunċetti identiċi (sentenza British Sky Broadcasting Group u Pace, iċċitata iktar ’il fuq, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Sabiex jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM, apparat għandu jkun jista’, minn naħa, jirċievi sinjali tat-televiżjoni u, min-naħa l-oħra, jinkorpora fih modem għall-aċċess għall-internet li jiżgura skambju interattiv ta’ informazzjoni. Kull apparat li ma jkollux waħda jew oħra minn dawn il-karatteristiċi għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 19 tan-NM, skont ir-regola ġenerali 3(c) għall-interpretazzjoni tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat li l-apparat inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jistgħu jirċievu sinjali tat-televiżjoni. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, minn naħa, u d-Direttur tad-Dwana ta’ Varna, min-naħa l-oħra, ma jaqblux dwar il-kwistjoni jekk dan l-apparat fihx modem għall-aċċess għall-internet li jippermetti skambju interattiv ta’ informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>In-NM ma tagħtix definizzjoni la tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>mowdem<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u lanqas tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>għall-aċċess għall-Internet<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. In-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE>, fis-seħħ fil-mument tal-importazzjonijiet inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, jipprovdu madankollu preċiżjonijiet fir-rigward tat-tip ta’ apparat li<?PAGE NO="10"?> jista’ jitqies bħala modem, fis-sens tas-subintestatura 8528 71 13, u fir-rigward tal-karatteristiċi li dan l-apparat għandu jkollu sabiex jitqies bħala li jippermetti l-aċċess għall-internet u l-iskambju interattiv ta’ informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, in-Noti ta’ Spjega għan-NM elaborati mill-Kummissjoni jikkontribwixxu b’mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi, u dan madankollu mingħajr ma għandhom saħħa legali vinkolanti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19940616">16 ta’ Ġunju 1994</DATE>, Develop Dr. Eisbein, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/93" PAGE.ECR="I-2655" YEAR="1994">C-35/93, Ġabra p. I-2655</REF.DOC.ECR>, punt 21; tal-<DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, B.A.S. Trucks, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/05" PAGE.ECR="I-311" YEAR="2007">C-400/05, Ġabra p. I-311</REF.DOC.ECR>, punt 28, kif ukoll British Sky Broadcasting Group u Pace, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-kontenut tan-Noti ta’ Spjega għan-NM għandu għalhekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tan-NM u ma jistax ibiddel il-portata tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi iċċitati iktar ’il fuq Kamino International Logistics, punt 48, kif ukoll British Sky Broadcasting Group u Pace, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li n-Noti ta’ Spjega għan-NM għandhom jiġu injorati jekk jidher li huma kuntrarji għall-formulazzjoni tal-intestaturi tan-NM u għan-noti dwar taqsima jew dwar kapitolu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, Sunshine Deutschland Handelgesellschaft, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-229/06" PAGE.ECR="I-3251" YEAR="2007">C-229/06, Ġabra p. I-3251</REF.DOC.ECR>, punt 31; Kamino International Logistics, iċċitata iktar ’il fuq, punti 49 u 50 kif ukoll British Sky Broadcasting Group u Pace, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u waqt is-seduta, il-Kummissjoni spjegat li n-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> jagħtu interpretazzjoni restrittiva wisq tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>mowdem<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-intestatura 8528 71 13 tan-NM. Hija tippreċiża, b’mod partikolari, li fil-kuntest tal-kwistjonijiet WT/DS375/R, WT/DS376/R u WT/DS377/R bejn l-Unjoni Ewropea u varji Stati Membri, il-grupp speċjali tad-WTO ta definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>mowdem<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> iktar wiesgħa minn dik li tinsab fin-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE>. Din l-instituzzjoni tqis, konsegwentement, li dawn in-noti jmorru kontra l-formulazzjoni tal-intestaturi tan-NM u għalhekk ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-interpretazzjoni mitluba mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta lill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi stabbilit x’jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>mowdem għall-aċċess għall-Internet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tas-subintestatura 8528 71 13 tan-NM, u għandu jiġi vverifikat jekk, kif issostni l-Kummissjoni, id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett mogħtija fin-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> hijiex restrittiva wisq.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tat-termini, li ma jingħataw ebda definizzjoni fid-dritt Komunitarju, għandha tiġi stabbilita skont it-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li fl-istess ħin jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxa mil-leġiżlazzjoni li minnha jiffurmaw parti (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, easyCar, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-336/03" PAGE.ECR="I-1947" YEAR="2005">C-336/03, Ġabra p. I-1947</REF.DOC.ECR>, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, C-556/07, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza wkoll stabbilita, anki jekk id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bħalma huwa l-FTI ma humiex ta’ natura li joħolqu għall-individwi drittijiet li dawn jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qorti bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, meta fil-qasam ikkonċernat ikun hemm leġiżlazzjoni tal-Unjoni, is-supremazija tal-ftehim internazzjonali konklużi mill-Unjoni fuq it-testi tad-dritt derivat teżiġi li dawn tal-aħħar jiġu interpretati, sa fejn ikun possibbli, inkonformità ma’ dawn il-ftehim (sentenza British Sky Broadcasting Group u Pace, iċċitata iktar ’il fuq, punt 83 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Modem, fis-sens attwali ta’ dan it-terminu, jintuża għat-trasferiment, bejn kompjuters, ta’ data diġitali permezz ta’ unità li taħdem b’mod analogu, jiġifieri, b’mod partikolari, linja tat-telefon. Il-modem jimmodula d-data diġitali f’data analoga u, viċi versa, jiddemodula d-data analoga sabiex jikkonvertiha f’data diġitali.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-punt 7.880 tar-rapport tal-grupp speċjali tad-WTO li sar riferiment għalih fil-punt 36 ta’ din is-sentenza jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>is-sens attwali tat-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>modem<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/> jista’ jinkludi dispożittivi oħra minbarra dawk li jikkonvertu sinjali diġitali f’sinjali analogi għall-finijiet tat-trasmissjoni ta’ informazzjoni permezz ta’ linja tat-telfon<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Fil-punt 7.878 tal-istess rapport, il-grupp speċjali josserva li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>modem<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/> intuża sabiex jirreferi għal dispożittivi oħra li jiżguraw il-modulazzjoni u d-demodulazzjoni b’mezzi oħra u wkoll eventwalment mingħajr il-konverżjoni ta’ sinjali diġitali f’sinjali analogi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>modem<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="2019" ID="QE0042"/> jintuża wkoll sabiex jirreferi għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>cable modems<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="2019" ID="QE0043"/>, li huma teknoloġikament distinti f’diversi aspetti mill-modems permezz ta’ linja tat-telefon, għal dak li jirrigwarda l-mezz ta’ komunikazzjoni użat, il-firxa ta’ frekwenzi u parametri oħra<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>aċċess għall-internet u li jiżguraw skambju interattiv ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, il-grupp speċjali tad-WTO ppreċiża fil-punt 7.884 tar-rapport tiegħu li dawn jiċċaraw in-natura tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>funzjoni ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li tinsab fil-formulazzjoni tas-subintestatura 8528 71 13 tan-NM. Hija għalhekk il-funzjonalità tal-apparat li huwa ċentrali għad-definizzjoni. L-inkorporazzjoni ta’ modem fl-apparat jissodisfa l-għan ta’ aċċess għall-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-użu intenzjonat tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa kemm dan ikun inerenti għall-prodott imsemmi, fejn din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata fuq il-bażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20000328">28 ta’ Marzu 2000</DATE>, Holz Geenen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-309/98" PAGE.ECR="I-1975" YEAR="2000">C-309/98, Ġabra p. I-1975</REF.DOC.ECR>, punt 15; tal-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, RUMA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-183/06" PAGE.ECR="I-1559" YEAR="2007">C-183/06, Ġabra p. I-1559</REF.DOC.ECR>, punt 36, kif ukoll British Sky Broadcasting Group u Pace, iċċitata iktar ’il fuq, punt 76).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>In-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> jagħtu definizzjoni tal-modem fis-sens tas-subintestatura 8528 71 13 u jipprovdu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>il-mowdems jimmodulaw u jiddemodulaw sinjali tad-dejta, kemm dawk ħerġin kif ukoll dawk deħlin<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>il-mezzi li jwettqu funzjoni simili għal dik ta’ mowdem iżda li ma jimmodulawx u ma jiddemodulawx sinjali ma jitqisux bħala mowdems. Eżempji ta’ apparat bħal dawn huma mezzi ISDN-, WLAN- jew Ethernet. Indikazzjoni tal-preżenza ta’ mezz bħal dan hija li konnekter RJ 45<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Jidher għalhekk li, billi jeskludu mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>mowdem<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> id-dispożittivi li jwettqu funzjonijiet simili għal modem minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi filwaqt li biss l-għan tal-kapaċità ta’ aċċess għall-internet huwa rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni, in-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> dwar is-subintestatura 8528 71 13 illimitaw is-sens ta’ dan l-aħħar kunċett. Għaldaqstant, dawn in-noti jmorru kontra, fuq dan il-punt, in-NM u ma għandhomx jiġu kkunsidrati.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li, fis-sens tas-subintestatura 8528 71 13 tan-NM, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>mowdem għall-aċċess għall-Internet<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> jikkostitwixxi dispożittiv li huwa kapaċi jaċċedi għall-internet u jiżgura interattività jew skambju bidirezzjonali ta’ informazzjoni. Hija biss il-kapaċità ta’ aċċess għall-internet u mhux it-teknika użata għal dan il-għan li hija rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM, l-apparat għandu jkun jista’ jaċċedi biss għall-internet permezz ta’ modem inkorporat fih. L-aċċess għall-internet ma għandux għalhekk jirrikjedi l-intervent ta’ ebda apparat jew mekkaniżmu ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għall-imsemmija domandi hija li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fis-subintestatura 8528 71 13, modem għall-aċċess għall-internet jikkostitwixxi dispożittiv li waħdu huwa kapaċi, u mingħajr l-intervent ta’ ebda apparat jew mekkaniżmu ieħor, jaċċedi għall-internet u jiżgura interattività jew skambju bidirezzjonali ta’ informazzjoni. Hija biss il-kapaċità ta’ aċċess għall-internet u mhux it-teknika użata għal dan il-għan li hija rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fl-imsemmija subintestatura.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf x’għandu jinftiehem b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>modulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>demodulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> fis-sens tan-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> sabiex apparat ikun jista’ jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>modulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>demodulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jinsabu, kif osservat il-qorti tar-rinviju, fin-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE>, iżda ma jintużawx fil-formulazzjoni tas-subintestatura 8528 71 13 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-punt 45 ta’ din is-sentenza ġie ppreċiżat li n-Noti ta’ Spjega tas-<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> ma għandhomx jiġu kkunsidrati għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestatura 8528 71 13 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta mill-punt 48 ta’ din is-sentenza li hija biss il-kapaċità ta’ aċċess għall-internet u mhux it-teknika użata għal dan il-għan li hija rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fl-imsemmija subintestatura. Id-definizzjoni tal-kliem modulazzjoni u demodulazzjoni ma hijiex għalhekk neċessarja għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-apparat inkwistjoni fil-kawżi prinċipali fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-imsemmija domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda fil-Kawżi C-320/11, C-330/11 u C-382/11 u fuq it-tieni domanda fil-Kawża C-383/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li r-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni u l-preżenza ta’ modem li jippermetti l-aċċess għall-internet huma żewġ funzjonijiet ekwivalenti li l-apparat inkwistjoni fil-kawżi prinċipali għandu jissodisfa sabiex jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM jew jekk, fin-nuqqas ta’ waħda jew oħra minn dawn il-funzjonijiet, dan l-apparat għandux jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 19 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din il-qorti tixtieq tkun taf liema minn dawn iż-żewġ funzjonijiet issodisfatti mill-imsemmi apparat tista’ titqies bħala l-funzjoni prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Kif issemma fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, sabiex jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM, apparat għandu jkun jista’, minn naħa, jirċievi sinjali tat-televiżjoni u, min-naħa l-oħra, jinkorpora fih modem għall-aċċess għall-internet li jiżgura skambju interattiv ta’ informazzjoni. Kull apparat li ma jkollux waħda jew oħra minn dawn il-karatteristiċi għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 19 tan-NM, skont ir-regola ġenerali 3(c) għall-interpretazzjoni tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex jiġi ddeterminat jekk apparat jistax jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM, ma hemmx lok li jiġi vverifikat jekk il-funzjoni ta’ riċezzjoni ta’ televiżjoni hijiex il-funzjoni prinċipali u jekk il-funzjoni ta’ aċċess għall-internet hijiex sussidjarja, jew viċi versa, għaliex dawn iż-żewġ funzjonijiet għandhom ikunu preżenti t-tnejn li huma fl-apparat u li, fin-nuqqas ta’ waħda jew oħra minn dawn il-funzjonijiet, l-apparat ma jaqax taħt is-subintestatura 8528 71 13, iżda taħt is-subintestatura 8528 71 19 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Dan l-apparat huwa differenti minn dak inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza British Sky Broadcasting Group u Pace, iċċitata iktar ’il fuq. F’din il-kawża, l-apparat inkwistjoni seta’ kemm jirċievi sinjali tat-televiżjoni kif ukoll jirrikordja programmi. Din il-funzjonalità doppja kienet tippermetti li dan l-apparat jiġi kklassifikat f’żewġ subintestaturi distinti tan-NM. Il-verifika tal-funzjoni prinċipali jew essenzjali kienet neċessarja skont ir-regola ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-NM.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-imsemmija domandi hija li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li r-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni u l-preżenza ta’ modem li jippermetti l-aċċess għall-internet huma żewġ funzjonijiet ekwivalenti li apparat għandu jissodisfa sabiex jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13 tan-NM. Fin-nuqqas ta’ waħda jew oħra minn dawn il-funzjonijiet, dan l-apparat għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 19 tan-NM.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt domanda fil-Kawżi C-320/11 u C-330/11, fuq is-seba’ domanda fil-Kawża C-382/11 u fuq il-ħames domanda fil-Kawża C-383/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja f’liema intestatura tan-NM u b’liema kodiċi għandu jiġi kklassifikat l-apparat fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li peress li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-klassifikazzjoni tariffarja, ir-rwol tagħha huwa li tagħti kjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-kriterji li permezz tagħhom il-qorti nazzjonali tkun tista’ tikklassifika b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni fin-NM, iktar milli li tikklassifikhom hija stess, u dan peress li hija mhux neċessarjament tiddisponi mill-elementi indispensabbli kollha f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, jidher li l-qorti nazzjonali tinsab f’pożizzjoni aħjar sabiex tagħmel dan (sentenzi tas-<DATE ISO="20021107">7 ta’ Novembru 2002</DATE>, Lohmann u Medi Bayreuth, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/00+C-261/00+C-262/00+C-263/00" PAGE.ECR="I-10045" YEAR="2002">C-260/00 sa C-263/00, Ġabra p. I-10045</REF.DOC.ECR>, punt 26; tas-<DATE ISO="20060216">16 ta’ Frar 2006</DATE>, Proxxon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-500/04" PAGE.ECR="I-1545" YEAR="2006">C-500/04, Ġabra p. I-1545</REF.DOC.ECR>, punt 23, kif ukoll tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Lecson Elektromobile, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-12/10" PAGE.ECR="I-14173" YEAR="2010">C-12/10, Ġabra p. I-14173</REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Hija għalhekk il-qorti tar-rinviju, fid-dawl tar-risposti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi preċedenti, li għandha tikklassifika l-apparat inkwistjoni fil-kawżi prinċipali skont il-karatteristiċi tiegħu u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu. Hekk kif tfakkar fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju għandha tinterpreta n-NM, sa fejn ikun possibbli, inkonformità mal-FTI.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-imsemmija domandi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ domanda fil-Kawżi C-320/11 u C-330/11 u fuq it-tmien domanda fil-Kawża C-382/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposti li ngħataw għad-domandi preċedenti, is-subintestatura 8521 90 00 tan-NM ma hijiex rilevanti għall-finijiet tal-eżitu tal-kawżi prinċipali, b’tali mod li ma hemmx lok li tingħata risposta għal dawn id-domandi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt domanda fil-Kawża C-382/11 u fuq ir-raba’ domanda fil-Kawża C-383/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 78(2) tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li l-ispezzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ merkanzija u l-bdil sussegwenti tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha jistgħu jsiru abbażi ta’ dokumenti bil-miktub mingħajr ma l-awtoritajiet doganali jkunu obbligati jagħmlu verifika fiżika tal-imsemmija merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 78(2) tal-Kodiċi Doganali, wara li jeħilsu l-merkanzija, l-awtoritajiet doganali jistgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>jispezzjonaw id-dokumenti kummerċjali u data li għandha x’taqsam ma’ l-operazzjonijiet ta’ importazzjoni u esportazzjoni fir-rigward tal-merkanzija [...] jew operazzjonijiet kummerċjali sussegwenti li jinvolvu dik il-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> u huma jistgħu jeżaminaw wkoll il-merkanzija. Minn dan jirriżulta li l-ispezzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dikjarazzjonijiet tista’ ssir mingħajr ma l-awtoritajiet doganali jkunu obbligati jagħmlu verifika fiżika tal-merkanzija.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Ir-risposta li għandha tingħata għal dawn id-domandi hija li l-Artikolu 78(2) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispezzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ merkanzija u l-bdil sussegwenti tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha jistgħu jsiru abbażi ta’ dokumenti bil-miktub mingħajr ma l-awtoritajiet doganali jkunu obbligati jagħmlu verifika fiżika tal-imsemmija merkanzija.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat, rispettivament, mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>; Nru 1031/2008, tad-<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE>, u Nru 948/2009, tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fis-subintestatura 8528 71 13, modem għall-aċċess għall-internet jikkostitwixxi dispożittiv li waħdu huwa kapaċi, u mingħajr l-intervent ta’ ebda apparat jew mekkaniżmu ieħor, jaċċedi għall-internet u jiżgura interattività jew skambju bidirezzjonali ta’ informazzjoni. Hija biss il-kapaċità ta’ aċċess għall-internet u mhux it-teknika użata għal dan il-għan li hija rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fl-imsemmija subintestatura.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-imsemmija Nomenklatura Magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li r-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni u l-preżenza ta’ modem li jippermetti l-aċċess għall-internet huma żewġ funzjonijiet ekwivalenti li apparat għandu jissodisfa sabiex jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13. Fin-nuqqas ta’ waħda jew oħra minn dawn il-funzjonijiet, dan l-apparat għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 19.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 78(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispezzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ merkanzija u l-bdil sussegwenti tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha jistgħu jsiru abbażi ta’ dokumenti bil-miktub mingħajr ma l-awtoritajiet doganali jkunu obbligati jagħmlu verifika fiżika tal-imsemmija merkanzija.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>