European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1508

3.7.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1508

tat-2 ta’ Lulju 2026

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) 2015/340 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek u bil-Portugiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 (2) fihom żball fil-punt ATCO.C.020, il-punt (c), tal-Anness I (il-Parti ATCO), fir-rigward tat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ għalliem għat-taħriġ fuq ix-xogħol. L-iżball ġie introdott bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2143 (3), u jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek u bil-Portugiż tar-Regolament (UE) 2015/340 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjoni tal-punt ATCO.C.020(c), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2143, fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament, u biex tiġi evitata l-koeżistenza ta’ verżjonijiet inkompatibbli ta’ dik id-dispożizzjoni fil-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Portugiż, jixraq li l-korrezzjoni tibda tapplika fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2143.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2143,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta’ Novembru 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/340/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2143 tat-23 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/340 fir-rigward tal-introduzzjoni tat-taħriġ u l-valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza u tat-taħriġ virtwali tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru (ĠU L, 2025/2143, 24.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2143/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1508/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)