22003D0012



Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0065 - 0066


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 12/2003

tal-31 ta' Jannar 2003

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirranġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru No 55/2002 tal-31 ta' Mejju 2002 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiv tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 183 tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, dwar il-kura tas-saħħa flimkien mat-tqala u mat-twelid [2] għandha ssir parti mill-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 3.60 (Deċiżjoni Nru 182) ta' l-Anness VI tal-Ftehim:

"3.61. 32002 D 0155: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiv tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 183 as-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, dwar il-kura tas-saħħa flimkien mat-tqala u mat-twelid (ĠU L 54, tal-25.2.2002, p. 39)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 183 fl-ilsna Islandiż u Norveġiż, li għandhom jiġu ippubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim intbagħtu lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ippubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE li jinsabu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 238, tal-5.9.2002, p. 16.

[2] ĠU L 54, tal-25.2.2002, p. 39.

[3] Ebda ħtieġijiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------