European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/900

14.5.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/900

tat-12 ta’ Mejju 2025

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, li hemm elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċji ta’ Manitoba u Saskatchewan li ġew ikkonfermati bejn l-25 ta’ April 2025 u t-2 ta’ Mejju 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar erba’ tifqigħat ġodda tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ New York (2), North Dakota (1), u South Dakota (1) li ġew ikkonfermati bejn t-18 ta’ April 2025 u t-30 ta’ April 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom kif ukoll dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-HPAI.

(9)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat riċenti jenħtieġ li jiġi sospiż biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għall-Kanada u għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Barra minn hekk, il-Kanada u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(11)

Nhar l-24 ta’ April 2025, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-provinċja ta’ Nova Scotia, li ġiet ikkonfermata fl-4 ta’ Marzu 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(12)

Fil-25 ta’ April 2025, fis-6 ta’ Mejju 2025 u fit-8 ta’ Mejju 2025, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħa b’rabta ma’ 12 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-kontej ta’ Cumbria (1), Durham (2), East Riding of Yorkshire (3), Norfolk (1), North Yorkshire (3), u Shropshire (1), l-Ingilterra u fil-kontea ta’ Daviot, l-Iskozja, li ġew ikkonfermati bejn l-20 ta’ Jannar 2025 u d-29 ta’ Marzu 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

Il-Kanada u r-Renju Unit informaw lill-Kummissjoni li wara dawk it-tifqigħat tal-HPAI, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lesta t-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u r-Renju Unit, u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-pajjiżi terzi fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(15)

Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/641 (4) emenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi ssospenda d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn 27 żoni ġodda fl-Istati Uniti fejn seħħew tifqigħat tal-HPAI. Instab żball fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/641, fir-rigward tan-numerazzjoni ta’ waħda minn dawk iż-żoni l-ġodda fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Bi żball, iż-żona US-2.967 hija elenkata fit-tabella, minflok fiż-żona US-2.997. B’konsegwenza ta’ dan, id-deskrizzjoni taż-żona US-2.967 diġà eżistenti ġiet emendata b’informazzjoni ġeografika skorretta, u bħalissa ma hemm l-ebda deskrizzjoni pprovduta fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għaż-żona US-2.997. Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi kkoreġuta billi d-deskrizzjoni taż-żona US-2.967 tiġi sostitwita bid-deskrizzjoni oriġinali, u billi tiżdied id-deskrizzjoni taż-żona US-2.997.

(16)

Filwaqt li jitqies li t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fil-Kanada u fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada u r-Renju Unit, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(17)

Il-parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 ma tipprovdi l-ebda deskrizzjoni tal-pożizzjoni ġeografika eżatta għaż-żona US-2.997, li minnha ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/641, u d-deskrizzjoni tal-pożizzjoni ġeografika eżatta għaż-żona US-2.967 ġiet sostitwita bi żball b’informazzjoni skorretta bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/641. Dan jista’ joħloq tfixkil kummerċjali u qed ixekkel l-implimentazzjoni effettiva tal-AHL fir-rigward tar-reġjonalizzazzjoni tal-HPAI f’pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-korrezzjoni li tikkonċerna l-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward taż-żoni US-2.967 u US-2.997 tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/641.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

Il-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 hija kkoreġuta f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mis-27 ta’ Marzu 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/641 tal-25 ta’ Marzu 2025 li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Bożnija-Ħerzegovina, għall-Kanada, għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam (ĠU L, 2025/641, 26.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/641/oj).


ANNESS

PARTI I

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.259 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA–2.259

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

4.3.2025

3.5.2025”

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.263, CA-2.264 u CA-2.265 wara r-ringiela għaż-żona CA-2.262:

“CA

Il-Kanada

CA–2.263

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

25.4.2025

 

CA–2.264

N, P1”

 

2.5.2025

 

CA–2.265

N, P1”

 

30.4.2025”;

 

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.346 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.346

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

20.1.2025

17.4.2025”

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.351 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.351

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

27.1.2025

6.5.2025”

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.359 u GB-2.360 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.359

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

18.2.2025

2.5.2025

GB-2.360

N, P1”

 

18.2.2025

2.5.2025”

(vi)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.365 sa GB-2.369 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.365

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

6.3.2025

6.5.2025

GB-2.366

N, P1”

 

12.3.2025

6.5.2025

GB-2.367

N, P1”

 

13.3.2025

6.5.2025

GB-2.368

N, P1”

 

18.3.2025

22.4.2025

GB-2.369

N, P1”

 

26.3.2025

29.4.2025”

(vii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.371, GB-2.372 u GB-2.373 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.371

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

28.3.2025

1.5.2025

GB-2.372

N, P1”

 

28.3.2025

29.4.2025

GB-2.373

N, P1”

 

29.3.2025

2.5.2025”

(viii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1026 sa US-2.1029 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1025:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1026

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

18.4.2025

 

US-2.1027

N, P1”

 

24.4.2025

 

US-2.1028

N, P1”

 

24.4.2025

 

US-2.1029

N, P1”

 

30.4.2025”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.263, CA-2.264 u CA-2.265 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.262:

“Il-Kanada

CA–2.263

Saskatchewan — Latitudni 50.53, Lonġitudni -103,69

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Dingley u Indian Head

10 km SZ: Abernethy, Dingley, Indian Head, u Sintaluta

CA–2.264

Manitoba — Latitudni 49.98, Lonġitudni -101,23

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Elkhorn u Wallace-Woodworth

10 km SZ: Fleming, Kirkella, Kola, Maryfield, Moosomin, Wallace-Woodworth

CA–2.265

Saskatchewan — Latitudni 52.09, Lonġitudni -105,77

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Colonsay, Meacham, Rutan, u Viscount

10 km SZ: Colonsay, Meacham, Rutan, u Viscount”

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1026 sa US-2.1029 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1025:

“L-Istati Uniti

US-2.1026

L-Istat ta’ New York

Queens 17

Il-Kontea ta’ Queens: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 73.7803031°W 40.7857547°N)

US-2.1027

L-Istat ta’ New York

Queens 18

Il-Kontea ta’ Queens: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 73.7654921°W 40.7913911°N)

US-2.1028

L-Istat ta’ North Dakota

Stutsman 03

Il-Kontea ta’ Stutsman: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 99.1520210°W 46.9365097°N)

US-2.1029

L-Istat ta’ South Dakota

Aurora 01

Il-Kontea ta’ Aurora: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 98.4338478°W 43.7986710°N)”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.259 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA–2.259

POU, FAR

N, P1”

 

4.3.2025

3.5.2025

GBM

P1

 

4.3.2025

3.5.2025”

(b)

fl-entrata għall-Kanada, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.263, CA-2.264 u CA-2.265 wara r-ringieli għaż-żona CA-2.262:

“CA

Il-Kanada

CA–2.263

POU, FAR

N, P1”

 

25.4.2025

 

GBM

P1

 

25.4.2025

 

CA–2.264

POU, FAR

N, P1”

 

2.5.2025

 

GBM

P1

 

2.5.2025

 

CA–2.265

POU, FAR

N, P1”

 

30.4.2025

 

GBM

P1

 

30.4.2025”

 

(c)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.346 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.346

POU, FAR

N, P1”

 

20.1.2025

17.4.2025

GBM

P1

 

20.1.2025

17.4.2025”

(d)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.351 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.351

POU, FAR

N, P1”

 

27.1.2025

6.5.2025

GBM

P1

 

27.1.2025

6.5.2025”

(e)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.359 u GB-2.360 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.359

POU, FAR

N, P1”

 

18.2.2025

2.5.2025

GBM

P1

 

18.2.2025

2.5.2025

GB-2.360

POU, FAR

N, P1”

 

18.2.2025

2.5.2025

GBM

P1

 

18.2.2025

2.5.2025”

(f)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.365 sa GB-2.369 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.365

POU, FAR

N, P1”

 

6.3.2025

6.5.2025

GBM

P1

 

6.3.2025

6.5.2025

GB-2.366

POU, FAR

N, P1”

 

12.3.2025

6.5.2025

GBM

P1

 

12.3.2025

6.5.2025

GB-2.367

POU, FAR

N, P1”

 

13.3.2025

6.5.2025

GBM

P1

 

13.3.2025

6.5.2025

GB-2.368

POU, FAR

N, P1”

 

18.3.2025

22.4.2025

GBM

P1

 

18.3.2025

22.4.2025

GB-2.369

POU, FAR

N, P1”

 

26.3.2025

29.4.2025

GBM

P1

 

26.3.2025

29.4.2025”

(g)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.371, GB-2.372 u GB-2.373 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.371

POU, FAR

N, P1”

 

28.3.2025

1.5.2025

GBM

P1

 

28.3.2025

1.5.2025

GB-2.372

POU, FAR

N, P1”

 

28.3.2025

29.4.2025

GBM

P1

 

28.3.2025

29.4.2025

GB-2.373

POU, FAR

N, P1”

 

29.3.2025

2.5.2025

GBM

P1

 

29.3.2025

2.5.2025”

(h)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1026 sa US-2.1029 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.1025:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1026

POU, FAR

N, P1”

 

18.4.2025

 

GBM

P1

 

18.4.2025

 

US-2.1027

POU, FAR

N, P1”

 

24.4.2025

 

GBM

P1

 

24.4.2025

 

US-2.1028

POU, FAR

N, P1”

 

24.4.2025

 

GBM

P1

 

24.4.2025

 

US-2.1029

POU, FAR

N, P1”

 

30.4.2025

 

GBM

P1

 

30.4.2025”

 

PARTI II

Korrezzjoni fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

Fl-Anness V, il-Parti 2, l-entrata għall-Istati Uniti hija emendata kif ġej:

(1)

id-deskrizzjoni taż-żona US-2.967 hija sostitwita bid-deskrizzjoni li ġejja:

“L-Istati Uniti

US-2.967

L-Istat ta’ Missouri

Lawrence 06

Il-Kontea ta’ Lawrence: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 93.8910972°W 37.1728422°N)”

(2)

id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żona US-2.997 jiżdiedu bejn id-deskrizzjoni taż-żona US-2.996 u US-2.998:

“L-Istati Uniti

US-2.997

L-Istat ta’ New York

Queens 09

Il-Kontea ta’ Queens: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 73.7654921°W 40.7913911°N)”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/900/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)