European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1463

28.7.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1463

tat-23 ta’ Mejju 2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-identifikazzjoni tas-subkategoriji fit-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-lista ta’ komponenti speċifiċi użati għal dawk it-teknoloġiji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 46(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2024/1735 stabbilixxa qafas legali li jsaħħaħ ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni għall-manifattura, il-varar u l-innovazzjoni f’dak il-qasam.

(2)

L-Anness tar-Regolament (UE) 2024/1735 jistabbilixxi b’mod mhux eżawrjenti lista ta’ komponenti speċifiċi meqjusa bħala użati primarjament għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti.

(3)

Komponenti speċifiċi u makkinarju speċifiku mhux inklużi f’dik il-lista xorta jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1735 jekk il-promotur ta’ proġett ikun jista’ jipprovdi evidenza, pereżempju studji tas-suq jew ftehimiet tax-xiri, lil awtorità nazzjonali kompetenti li turi li l-makkinarju jew il-komponenti speċifiċi jintużaw primarjament għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni komprensiva, ibbażata fuq analiżi metodoloġika tal-ktajjen tal-provvista tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti. Dik il-valutazzjoni qieset b’mod partikolari d-disponibbiltà kummerċjali tal-komponenti, il-livell xieraq ta’ dettall u l-iżviluppi fit-teknoloġija.

(5)

Sabiex jiġu identifikati l-komponenti speċifiċi meqjusa bħala użati primarjament għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, ġew applikati erba’ kriterji fil-valutazzjoni, jiġifieri n-natura speċifika tagħhom; id-disponibbiltà kummerċjali tagħhom; il-fatt li huma dejjem użati primarjament għal dik il-produzzjoni; u l-karattru essenzjali tagħhom. Bħala l-ewwel pass, kull waħda mit-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u, fejn meħtieġ, is-subkategoriji ġew definiti ulterjorment bl-użu tal-kriterji elenkati hawn fuq u f’konformità mad-definizzjonijiet ta’ dawk it-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti fir-Regolament (UE) 2024/1735. Bħala t-tieni pass, kull subkategorija ġiet analizzata biex jiġu identifikati l-komponenti li jissodisfaw l-erba’ kriterji użati. Il-komponenti li jissodisfaw dawk il-kriterji tqiesu bħala użati primarjament għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti.

(6)

Jenħtieġ li tiżdied kolonna addizzjonali “Prodotti finali” fl-Anness tar-Regolament (UE) 2024/1735 għall-finijiet ta’ spjegazzjoni. Dik il-kolonna addizzjonali tippermetti li l-elementi fil-lista ta’ komponenti użati primarjament jitqiegħdu fil-kuntest u għalhekk ittejjeb il-komprensibbiltà tal-Anness.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/1735 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) 2024/1735 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj.


ANNESS

Lista ta’ prodotti finali u komponenti speċifiċi meqjusa bħala użati primarjament għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti

 

Subkategoriji tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti

Prodotti finali

Komponenti użati primarjament għat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti

Teknoloġiji solari

Teknoloġiji fotovoltajċi (PV, photovoltaic)

—

Sistemi solari PV

—

Polisiliċju ta’ grad PV

—

Ingotti tas-siliċju ta’ grad PV jew l-ekwivalenti (1)

—

Wafers PV jew l-ekwivalenti (1)

—

Ċelloli PV jew l-ekwivalenti (1)

—

Ħġieġ solari

—

Inkapsulanti PV

—

Żigarelli PV

—

Folji posterjuri PV

—

Konnetturi PV

—

Kaxex ta’ ġunzjoni PV

—

Moduli PV

—

Invertituri PV

—

Trackers PV u l-istrutturi tal-immuntar tagħhom

Teknoloġiji elettriċi termali solari

—

Impjanti tal-enerġija solari kkonċentrata (CSP, concentrated solar power)

—

Rifletturi tas-CSP

—

Trackers tas-CSP u l-istrutturi tal-immuntar tagħhom

—

Riċevituri tas-CSP (punt jew linja)

Teknoloġiji termali solari

—

Sistemi termali solari

—

Kolletturi termali solari (inkluż kolletturi pjani, f’tubi evakwati, b’sistemi konċentranti u b’ċirkolazzjoni tal-arja)

—

Assorbituri termali solari

—

Ħġieġ solari

—

Trackers termali solari u l-istrutturi tal-immuntar tagħhom

Teknoloġiji solari oħra

—

Kolletturi fotovoltajċi-termali (PVT, PV-thermal collectors)

 

Teknoloġiji eoliċi fuq l-art u teknoloġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta

Teknoloġiji eoliċi fuq l-art

—

Turbini eoliċi fuq l-art

—

Gondoli (assemblaġġ)

—

Sistemi tal-imbardata

—

Sistemi tal-bdil tal-pass

—

Buttuni tar-rotor

—

Bearings prinċipali, tal-imbardata u tal-pass

—

Brejkijiet tal-imbardata

—

Brejkijiet tar-rotor

—

Sistemi tal-mototrażmissjoni bi trażmissjoni diretta (inkluż il-ġeneratur) u/jew sistemi tal-mototrażmissjoni bil-gearbox (inkluż il-ġeneratur)

—

Kalamiti permanenti tat-turbini eoliċi

—

Gearboxes tat-turbini eoliċi

—

Pali

—

Torrijiet

Teknoloġiji eoliċi lil hinn mill-kosta

—

Turbini eoliċi lil hinn mill-kosta

—

Gondoli (assemblaġġ)

—

Sistemi tal-imbardata

—

Sistemi tal-bdil tal-pass

—

Buttuni tar-rotor

—

Bearings prinċipali, tal-imbardata u tal-pass

—

Brejkijiet tal-imbardata

—

Brejkijiet tar-rotor

—

Sistemi tal-mototrażmissjoni bi trażmissjoni diretta (inkluż il-ġeneratur) u/jew sistemi tal-mototrażmissjoni bil-gearbox (inkluż il-ġeneratur)

—

Kalamiti permanenti tat-turbini eoliċi

—

Gearboxes tat-turbini eoliċi

—

Pali

—

Torrijiet

—

Pedamenti / pjattaformi galleġġanti

Teknoloġiji rinnovabbli oħra lil hinn mill-kosta

—

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fluss tal-marea

—

Teknoloġija tal-enerġija mill-mewġ

 

Teknoloġiji tal-batteriji u tal-ħżin tal-enerġija

Teknoloġiji tal-batteriji

—

Batteriji (2)

—

Pakketti tal-batteriji

—

Moduli tal-batteriji

—

Ċelloli tal-batteriji

—

Materjali katodiċi attivi

—

Materjali anodiċi attivi

—

Elettroliti

—

Separaturi

—

Leganti

—

Kolletturi tal-kurrent (inkluż fojls irqaq tar-ram, tal-aluminju, tan-nikil u tal-karbonju)

—

Sistemi ta’ ġestjoni tal-batteriji (BMS, battery management systems)

—

Sistemi tal-ġestjoni termali tal-batteriji (BTMS, battery thermal management systems)

Teknoloġiji tal-ħżin elettrokimiku

—

Ultrakapaċitaturi / superkapaċitaturi

—

Ħżin tal-enerġija bi fluss redox

—

Elettroliti

—

Separaturi

—

Kolletturi

—

Pjanċi tal-elettrodi

Teknoloġiji tal-ħżin gravitazzjonali

—

Ħżin idroelettriku ppumpjat

—

Turbini idriċi riversibbli u runners tal-pompa

—

Distributuri b’paletti direzzjonali

—

Valvi idriċi kbar tat-tip butterfly

—

Valvi idriċi kbar tat-tip sferikali

—

Valvi idriċi kbar ta’ skariku tat-tip hollow-jet

Teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija termali

—

Sistemi tal-ħżin tal-enerġija termali

—

Mezzi għall-ħżin tas-sħana sensibbli u għall-ħżin tas-sħana latenti (inkluż materjali tat-tibdil tal-fażi u mlieħ imdewba)

—

Materjali ta’ ħżin termokimiku

Teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija tal-gass likwifikat / ikkompressat

—

Ħżin tal-enerġija f’arja kkompressata

—

Ħżin tal-enerġija bl-arja likwida

 

Teknoloġiji oħra tal-ħżin tal-enerġija

—

Ħżin tal-enerġija tal-flywheel

—

Rotors tal-flywheel

Pompi tas-sħana u teknoloġiji tal-enerġija ġeotermali

Teknoloġiji tal-pompi tas-sħana

—

Pompi tas-sħana

—

Pompi tas-sħana

—

Valvi b’erba’ direzzjonijiet

—

Kompressuri tat-tip skroll / kompressuri rotatorji tal-pompi tas-sħana

Teknoloġiji tal-enerġija ġeotermali

—

Impjanti tal-enerġija ġeotermali

—

Sistemi ġeotermali ta’ użu dirett

—

Skambjaturi tas-sħana reżistenti għall-kundizzjonijiet operattivi korrużivi ġeotermali

—

Pompi sommerġibbli reżistenti għall-kundizzjonijiet operattivi korrużivi ġeotermali

—

Pompi tar-riinjezzjoni tas-salmura

Teknoloġiji tal-idroġenu

Elettrolizzaturi

—

Elettrolizzaturi alkalini (AEL, alkaline electrolysers)

—

Stacks

—

Separaturi (dijaframma jew membrani mfassla għall-elettroliżi tal-ilma)

—

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

—

Elettrodi

—

Elettrokatalisti ottimizzati għall-elettrolizzaturi

—

Frames u casing għall-assemblaġġ ta’ stacks tal-elettrolizzaturi

—

Gaskets / siġillanti

—

Elettrolizzaturi b’membrana ta’ skambju tal-protoni (PEMEL, proton exchange membrane electrolysers)

—

Stacks

—

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi) / membrani miksija bil-katalizzatur

—

Saffi tat-trasport porużi / saffi tad-diffużjoni tal-gass

—

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

—

Elettrokatalisti ottimizzati għall-elettrolizzaturi

—

Frames u casing għall-assemblaġġ ta’ stacks tal-elettrolizzaturi

—

Gaskets / siġillanti

—

Elettrolizzaturi b’membrana ta’ skambju tal-anjoni (AEMEL, anion exchange membrane electrolysers)

—

Stacks

—

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi) / membrani miksija bil-katalizzatur

—

Saffi tat-trasport porużi / saffi tad-diffużjoni tal-gass

—

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

—

Elettrokatalisti ottimizzati għall-elettrolizzaturi

—

Gaskets / siġillanti

—

Frames u casing għall-assemblaġġ ta’ stacks tal-elettrolizzaturi

—

Elettrolizzaturi b’ossidu solidu (SOEL, solid-oxide electrolysers)

—

Stacks

—

Elettroliti u elettrodi

—

Gaskets / siġillanti ta’ temperatura għolja

—

Interkonnetturi /malji u pjanċi tat-truf

—

Elettrokatalisti ottimizzati għall-elettrolizzaturi

—

Saffi ta’ kuntatt

—

Frames u casing għall-assemblaġġ ta’ stacks tal-elettrolizzaturi

Ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu

—

Ċelloli tal-fjuwil b’membrana ta’ skambju tal-protoni (PEMFC, proton exchange membrane fuel cells)

—

Stacks

—

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi) / membrani miksija bil-katalizzatur

—

Saffi tat-trasport porużi / saffi tad-diffużjoni tal-gass

—

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

—

Gaskets / siġillanti

—

Elettrokatalisti ottimizzati għaċ-ċelloli tal-fjuwil

—

Frames u casing għall-assemblaġġ ta’ stacks taċ-ċelloli tal-fjuwil

—

Ċelloli tal-fjuwil b’ossidu solidu (SOFC, solid-oxide fuel cells)

—

Stacks

—

Elettroliti u elettrodi

—

Gaskets / siġillanti ta’ temperatura għolja

—

Interkonnetturi /malji u pjanċi tat-truf

—

Saffi ta’ kuntatt

—

Elettrokatalisti ottimizzati għaċ-ċelloli tal-fjuwil

—

Frames u casing għall-assemblaġġ ta’ stacks taċ-ċelloli tal-fjuwil

Teknoloġiji oħra tal-idroġenu

—

Networks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-idroġenu

—

Kumpressuri tal-idroġenu

—

Stazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu

—

Pipelines għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-idroġenu

—

Sensuri tal-idroġenu

—

Valvi tal-idroġenu

—

Faċilitajiet għall-ħżin tal-idroġenu

—

Tankijiet għall-ħżin tal-idroġenu abbord

—

Valvi tal-idroġenu fuq it-tankijiet

—

Tankijiet stazzjonarji għall-ħżin tal-idroġenu

—

Impjanti għall-konverżjoni tal-idroġenu fl-ammonijaka u l-estrazzjoni tal-idroġenu mill-ammonijaka

—

Fran tal-ikkrekkjar tal-ammonijaka

Teknoloġiji tal-bijogass u tal-bijometan sostenibbli

Teknoloġiji tal-bijogass sostenibbli

—

Impjanti tal-bijogass sostenibbli

—

Diġesturi anaerobiċi / tankijiet tal-fermentazzjoni

—

Enzimi u mikroorganiżmi għall-produzzjoni tal-bijogass sostenibbli

—

Katalizzaturi għall-produzzjoni tal-bijogass sostenibbli

Teknoloġiji tal-bijometan sostenibbli

—

Impjanti tal-bijometan sostenibbli

—

Diġesturi anaerobiċi / tankijiet tal-fermentazzjoni

—

Enzimi u mikroorganiżmi għall-produzzjoni tal-bijometan sostenibbli

—

Unitajiet għat-trasformazzjoni f’bijometan

—

Katalizzaturi għall-produzzjoni tal-bijometan sostenibbli

Teknoloġiji tas-CCS

Teknoloġiji tal-qbid tal-karbonju

—

Qbid minn assorbiment

—

Qbid minn adsorbiment

—

Qbid minn membrani

—

Qbid minn ċikli solidi

—

Qbid minn krijoġenika

—

Qbid dirett mill-arja

—

Solventi ottimizzati għall-qbid tal-karbonju

—

Sorbenti ottimizzati għall-qbid tal-karbonju

—

Kumpressuri CO2

Teknoloġiji tal-ħżin tal-karbonju

 

 

Teknoloġiji tal-grilja elettrika

Teknoloġiji tal-grilja elettrika

—

Substazzjonijiet fuq l-art

—

Substazzjonijiet lil hinn mill-kosta

—

Kejbils u linji għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

—

Kommutaturi

—

Interrutturi taċ-ċirkwit

—

Relays ta’ protezzjoni

—

Transformers tal-elettriku

—

Skonnetturi

—

Iżolaturi

—

Arresturi tas-surge

—

Kapaċitaturi

—

Reatturi

—

Sistemi ta’ żbarri tad-distribuzzjoni

—

Kabinetti elettriċi

—

Substazzjonijiet lil hinn mill-kosta

—

Invertituri

—

Konvertituri

—

Torrijiet tat-trażmissjoni u distribuzzjoni elettrika

—

Torrijiet tat-trażmissjoni u distribuzzjoni elettrika

—

Kundutturi elettriċi (inkluż kundutturi avvanzati u superkundutturi ta’ temperatura għolja)

—

Iżolaturi

—

Arresturi tas-surge

—

Sistemi ta’ żbarri tad-distribuzzjoni

—

Kejbils, linji, u aċċessorji assoċjati, għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

—

Kejbils u linji għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

—

Aċċessorji tal-kejbils, inkluż ġonot tal-kejbils, terminazzjonijiet tal-kejbils u konnetturi

—

Kundutturi elettriċi (inkluż kundutturi avvanzati u superkundutturi ta’ temperatura għolja)

—

Iżolaturi

—

Transformers tal-elettriku

—

Transformers tal-elettriku

—

Nuklei tat-transformer

—

Koljaturi tat-transformer

—

Kommutaturi għat-trasformatur

Teknoloġiji tal-iċċarġjar elettriku għat-trasport

—

Tagħmir tal-provvista għall-vetturi elettriċi

—

Sistemi ta’ toroq elettriċi (3)

—

Tagħmir tal-provvista elettrika max-xatt

—

Linji ta’ kuntatt fl-ajru

—

Tagħmir tal-provvista għat-trasport bl-ajru elettriku

—

Tagħmir tal-provvista għall-vetturi elettriċi

—

Konnetturi tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi

—

Tagħmir tal-provvista elettrika max-xatt

—

Tagħmir tal-provvista għat-trasport bl-ajru elettriku

—

Konnetturi tal-iċċarġjar għat-trasport bl-ajru elettriku

Teknoloġiji għad-diġitalizzazzjoni tal-grilja u teknoloġiji oħra tal-grilja elettrika

—

Tagħmir u komponenti elettroniċi għall-elettriku b’vultaġġ għoli u medju (inkluż it-teknoloġija DC)

—

Teknoloġiji tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-kurrent alternat flessibbli (FACTS, flexible alternating current transmission system)

—

Miters intelliġenti / infrastrutturi avvanzati ta’ metraġġ u kontroll

—

Tagħmir u komponenti elettroniċi għall-elettriku b’vultaġġ għoli u medju (inkluż it-teknoloġija DC)

—

Teknoloġiji tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-kurrent alternat flessibbli (FACTS)

—

Sistemi ta’ awtomatizzazzjoni tas-substazzjon

—

Miters intelliġenti / infrastrutturi avvanzati ta’ metraġġ u kontroll

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

—

Impjanti tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

—

Vireg tal-kontroll u sistemi oħrajn tal-velenu tan-newtroni

—

Interċettatur tan-nukleu

—

Mekkaniżmi tal-operat tal-vireg tal-kontroll

—

Elementi tatal-fjuwil

—

Reċipjenti tar-reatturi

—

Interni tar-reatturi

—

Fluwidu berried/moderatur u sistemi ta’ purifikazzjoni relatati

—

Pressurizzaturi

—

Pompi tal-fluwidu berried / ċirkolaturi tal-gass tar-reatturi

—

Pajpijiet u valvi primarji

—

Tubini tal-fwar

—

Ġeneraturi tal-fwar

—

Skambjaturi tas-sħana nukleari

—

Komponenti sekondarji tas-sistema

—

Sistemi tas-sikurezza

—

Sistemi ta’ monitoraġġ, strumentazzjoni u kontroll

—

Magni għar-riforniment tal-fjuwil

—

Sistemi ta’ kejl u detezzjoni nukleari

—

Komponenti oħra soġġetti għall-kodiċijiet u l-istandards tas-sikurezza nukleari

Teknoloġiji taċ-ċikli tal-fjuwil nukleari

—

Ċikli tal-fjuwil nukleari

—

Ċentrifugi

—

Sistemi ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll tal-fluss tal-gass

—

Tagħmir ta’ proċessar kimiku

—

Tagħmir ta’ vitrifikazzjoni tal-iskart

—

Ċilindri, kontenituri u btieti ta’ trasport, ħżin u disponiment

—

Ilma tqil

—

Sistemi tas-sikurezza

—

Sistemi ta’ monitoraġġ, strumentazzjoni u kontroll

—

Komponenti oħra soġġetti għall-kodiċijiet u l-istandards tas-sikurezza nukleari

Teknoloġiji tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

Teknoloġiji tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

—

Impjanti tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

—

Katalizzaturi għall-produzzjoni tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

—

Enzimi u mikroorganiżmi għall-produzzjoni tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

—

Reatturi termokimiċi, elettrokimiċi, kimiċi u bijokimiċi / bijoloġiċi għall-konverżjoni tal-bijomassa u tal-karburanti riċiklati f’bijointermedji u/jew gass sintetiku

—

Reatturi u unitajiet ta’ wara t-trattament biex il-bijointermedji u/jew il-gass sintetiku u l-karburanti riċiklati jiġu kkonvertiti fi fjuwils alternattivi sostenibbli

Teknoloġiji idroelettriċi

Teknoloġiji idroelettriċi

—

Sistemi tat-turbini idriċi

—

Runners tat-turbini idriċi

—

Distributur b’paletti direzzjonali

—

Valvi idriċi kbar tat-tip butterfly

—

Valvi idriċi kbar tat-tip sferikali

—

Valvi idriċi kbar ta’ skariku tat-tip hollow-jet

Teknoloġiji oħra tal-enerġija rinnovabbli

Teknoloġiji tal-enerġija ożmotika

 

 

Teknoloġiji tal-enerġija ambjentali (għajr pompi tas-sħana)

 

 

Teknoloġiji tal-bijomassa

—

Imtieħen tal-pellets

—

Preses għall-briketti

—

Matriċijiet tal-pellets

—

Kompartimenti tal-kompattazzjoni tal-briketti

Teknoloġiji tal-gass tal-landfill

 

 

Teknoloġiji tal-gass tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ

 

 

Teknoloġiji oħra tal-enerġija rinnovabbli

 

 

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika relatati mas-sistema tal-enerġija

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika relatati mas-sistema tal-enerġija

—

Sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija (EMS, energy management systems)

—

Sistemi ta’ awtomatizzazzjoni tal-bini (BAS, building automation systems)

—

Rispons tad-domanda awtomatizzat (ADR, automated demand response)

—

Modulaturi tal-veloċità varjabbli

—

Sistemi tal-enerġija taċ-Ċiklu Organiku ta’ Rankine (ORC, Organic Rankine cycle)

—

EMS

—

BAS

—

ADR

—

Modulaturi tal-veloċità varjabbli

—

Turbini ORC

Teknoloġiji tal-grilja tas-sħana u tal-kesħa

—

Pajpijiet tas-sistema tad-distribuzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ

—

Fitters u couplers tal-pajpijiet

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika oħrajn relatati mas-sistema tal-enerġija

 

 

Fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika

Fjuwils rinnovabbli ta’ teknoloġiji ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBO, renewable fuels of non-biological origin)

—

Impjanti RFNBO

—

Reatturi biex jikkonvertu H2 u CO2 jew N2 f’gas sintetiku jew alkoħols

—

Reatturi biex jikkonvertu l-gass sintetiku jew l-alkoħols f’RFNBO

—

Katalizzaturi, enzimi u mikroorganiżmi għall-produzzjoni ta’ RFNBO

Soluzzjonijiet bijoteknoloġiċi klimatiċi u enerġetiċi

Soluzzjonijiet bijoteknoloġiċi klimatiċi u enerġetiċi

—

Mikroorganiżmi u razez mikrobiċi (inkluż, iżda mhux biss, batterji, ħmira, mikroalgi, fungi, u arkea) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, karburanti riċiklati u fjuwils rinnovabbli, sustanzi kimiċi tal-karbonju b’bażi bijoloġika u riċiklati, materjali bijopolimeri b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika

—

Enzimi (inkluż, iżda mhux biss, amilażi u ċellulażi) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika, jew li jintużaw biex jikkatalizzaw reazzjonijiet fi proċessi kimiċi

—

Bijopolimeri

—

Mikroorganiżmi u razez mikrobiċi (inkluż, iżda mhux biss, batterji, ħmira, mikroalgi, fungi, u arkea) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, karburanti riċiklati u fjuwils rinnovabbli, sustanzi kimiċi tal-karbonju b’bażi bijoloġika u riċiklati, materjali bijopolimeri b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika

—

Enzimi (inkluż, iżda mhux biss, amilażi u ċellulażi) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika, jew li jintużaw biex jikkatalizzaw reazzjonijiet fi proċessi kimiċi

—

Bijopolimeri

Teknoloġiji industrijali trasformattivi għad-dekarbonizzazzjoni

Teknoloġiji industrijali trasformattivi għad-dekarbonizzazzjoni

—

Fran bl-ark elettriku

—

Reatturi tal-ħadid b’riduzzjoni diretta lesti għall-idroġenu

—

Fran bl-ark elettriku mgħaddas

—

Fran b’banju tal-gagazza miftuħ

—

Kalkari rapidi

—

Bojlers elettriċi industrijali

—

Heaters / fran ta’ induzzjoni industrijali (4)

—

Heaters / fran tal-infraaħmar industrijali

—

Heaters / fran microwave industrijali

—

Heaters / fran radiowave industrijali

—

Heaters / fran reżistivi industrijali

—

Eletroidi tal-grafit jew tal-karbonju għal fran elettriċi

—

Kalkari rapidi

—

Bojlers elettriċi industrijali

—

Heaters / fran ta’ induzzjoni industrijali

—

Kojls ta’ induzzjoni industrijali

—

Heaters / fran tal-infraaħmar industrijali

—

Emitturi tal-infraaħmar industrijali

—

Heaters / fran microwave industrijali

—

Manjetroni industrijali

—

Heaters / fran radiowave industrijali

—

Ġeneraturi tar-radjufrekwenzi

—

Heaters / fran reżistivi industrijali

—

Elettrodi tal-molibdenu għall-fran elettriċi

Teknoloġiji tat-trasport u l-utilizzazzjoni ta’ CO2

Teknoloġiji tat-trasport ta’ CO2

—

Infrastruttura tat-trasport ta’ CO2

—

Kumpressuri tas-CO2

Teknoloġiji tal-utilizzazzjoni ta’ CO2

—

Utilizzazzjoni termokimika

—

Utilizzazzjoni elettrokimika

—

Katalizzaturi speċjalizzat għal proċessi ta’ konverżjoni tas-CO2

—

Elettrolizzaturi tas-CO2

Teknoloġiji ta’ propulsjoni mir-riħ u elettrika għat-trasport

Teknoloġiji ta’ propulsjoni mir-riħ

—

Rotors Flettner

—

Qlugħ tal-ġwienaħ tal-ġbid

—

Tajriet tal-irmunkar

—

Qlugħ ta’ ġwienaħ riġidu u semiriġidu

 

Teknoloġiji ta’ propulsjoni elettrika

—

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq u off-road

—

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport ferrovjarju

—

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport fuq l-ilma

—

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bl-ajru

—

Muturi elettriċi tal-propulsjoni tat-trasport

—

Kalamiti permanenti ta’ muturi elettriċi tat-trasport

—

Pakketti tal-batteriji tat-trasport

—

Ċelloli tal-fjuwil tat-trasport

—

Invertituri tat-trasport

—

Unitajiet tad-distribuzzjoni tal-enerġija b’vultaġġ għoli tal-propulsjoni elettrika

—

Ċarġers abbord

—

Portijiet għall-iċċarġjar

—

Tankijiet għall-ħżin tal-idroġenu abbord

—

Kolletturi tal-kurrent (inkluż pantografi)

Teknoloġiji nukleari oħrajn

Teknoloġiji nukleari oħrajn (bħat-teknoloġiji tal-fużjoni nukleari)

 

 


(1)  It-terminu “ekwivalenti” jirreferi għal passi simili jew teknoloġiji abilitanti ewlenin meħtieġa għal teknoloġiji b’rita rqiqa, organiċi, tandem jew teknoloġiji PV oħrajn.

(2)  Il-batteriji kif definiti fl-Artikolu 3(13), (14) u (15) tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji.

(3)  It-terminu “sistema ta’ toroq elettriċi” (magħruf ukoll bħala ċċarġjar dinamiku) jirreferi għal tagħmir tul it-triq li jforni l-elettriku lill-vetturi waqt li jkunu mixjin. Dak il-prodott finali jinkludi kemm l-iċċarġjar konduttiv kif ukoll dak induttiv.

(4)  It-terminu “heater” jirreferi għal applikazzjonijiet b’temperatura baxxa (sa 200 °C) u medja (200 sa 500 °C). It-terminu “forn” jirreferi għal applikazzjonijiet ta’ temperatura għolja (500 sa 1 000 °C) u għolja ħafna (ogħla minn 1 000 °C).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1463/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)