<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-56/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0056</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:102">EU:C:2021:102</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210210">10.2.2021</DATE> – Kawża C‑56/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">RFA International vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20210210">10 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l‑Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-Russja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1225/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(9) u (10)</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda tat-talbiet għal rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Prezz tal-esportazzjoni mfassal</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jiġi applikat l-istess metodu bħal dak fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju antidumping</KEYWORD><KEYWORD>Bidla fiċ-ċirkustanzi</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tad-dazji antidumping imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Provi konklużivi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑56/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fil‑<DATE ISO="20190125">25 ta’ Jannar 2019</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">RFA International LP</HT>, stabbilita fi Calgary (il-Kanada), irrappreżentata minn B. Evtimov, advokat, M. Krestiyanova u E. Borovikov, avocats, N. Tuominen, avocată, kif ukoll minn D. O’Keeffe, solicitor,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata inizjalment minn J.-F. Brakeland kif ukoll minn A. Demeneix u P. Němečková, sussegwentement minn J.-F. Brakeland u P. Němečková,bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal‑Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Mħallef tat-Tieni Awla, A. Kumin, T. von Danwitz u P. G. Xuereb (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑<DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, RFA International LP (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>RFA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑<DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, RFA International vs Il‑Kummissjoni (T‑113/15, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:783">EU:T:2018:783</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 9805 final, C (2014) 9806 final, C (2014) 9807 final, C (2014) 9808 final, C (2014) 9811 final, C (2014) 9812 final u C(2014) 9816 final tat-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, dwar talbiet għar-rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjonijiet kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 7, p. 22</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 293, p. 39</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="20" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 44, p. 20</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20140115">15 ta’ Jannar 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 18, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li kien fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi kien jipprovdi, fil-premessa 17 tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[…] Huwa […] xieraq li jiġi stabbilit li fi kwalunkwe kalkolu mill-ġdid ta’ dumping li jeħtieġ kostruzzjoni mill-ġdid ta’ prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, id-dazji ma għandhomx jiġu meqjusa bħala spiża minfuqa bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, fejn id-dazju rilevanti ikun rifless fil-prezzijiet tal-prodotti soġġetti għall-miżuri fil-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jesponi r-regoli li jirregolaw id-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping. Il-paragrafi 8 u 9 tiegħu kienu jirrigwardaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni u kienu fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.008"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>8.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prezz ta’ l-esportazzjoni għandu jkun il-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>F’każijiet fejn ma hemm ebda prezz ta’ l-esportazzjoni jew fejn jidher li l-prezz ta’ l-esportazzjoni mhux ta’ min joqgħod fuqu minħabba assoċjazzjoni jew arranġament ta’ kumpens bejn l-esportatur u l-importatur jew parti terza, il-prezz ta’ l-esportazzjoni jista jiġi kostrutt fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti impurtati huma l-ewwel mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti, jew, jekk il-prodotti mhumiex mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti, jew mhumiex mibjugħin mill-ġdid fil-kundizzjoni li fiha ġew impurtati, fuq kwalunkwe bażi raġjonevoli.</ALINEA><ALINEA>F’dawn il-każijiet, l-aġġustament għall-ispejjeż kollha, inklużi d-dazji u t-taxxi, sofferti bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti li jseħħu, għandhom isiru sabiex jiġi stabbilit prezz ta’ l-esportazzjoni ta’ min joqgħod fuqu, fil-livell tal-fruntiera tal-Komunità.</ALINEA><ALINEA>L-oġġetti li għalihom għandu jsir aġġustament għandhom jinkludu dawk normalment merfugħa minn importatur imma mħallsa minn kwalunkwe parti, jew ġewwa jew barra l-Komunità, li tidher li tkun assoċjata jew li għandha arranġament ta’ kumpens ma’ l-importatur jew ma l-esportatur, inkluż it-trasport tas-soltu, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, id-dazji tad-dwana, kwalunkwe dazji kontra dumping, u taxxi oħra li għandhom jitħallsu fil-pajjiż ta’ l-importazzjoni minħabba l-importazzjoni jew il-bejgħ tal-merkanzija, u l-marġini raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali jew amministrattvi u l-profitt.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(10) ta’ dan ir-regolament kien jipprevedi dan li ġej bħala paragun bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għandu jsir paragun xieraq bejn il-prezz ta’ l-esportazzjoni u l-valur normali. Dan il-paragun għandu jsir fl-istess livell tal-kummerċ u fejn għandhom x’jaqsmu l-bejgħ magħmula, kemm jista’ jkun kważi fl-istess ħin, u b’kont dovut meħud ta’ differenzi oħra li jaffettwaw il-paragun tal-prezz. Fejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kif stabbiliti mhumiex fuq bażi daqshekk komparabbli għandu jkun hemm disposizzjoni, f’forma ta’ aġġustamenti, f’kull każ, fuq il-merti tiegħu, għal differenzi fil-fatturi li huma pretiżi, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragun tal-prezzijiet. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(8) tal-istess regolament jirregola l-proċedura ta’ rimbors ta’ dazji mħallsa. Din id-dispożizzjoni kienet ifformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Minkejja l-paragrafu 2, importatur jista’ jitlob li jerġgħu jitħallsu lura d-dazji miġbura fejn jintwera li l-marġini tad-dumping, fuq il-bażi li fuqu kienu mħallsa d-dazji, jkun ġie eliminat, jew imnaqqas għal livell li huwa inqas mill-livell tad-dazju infurzat.</ALINEA><ALINEA>Fit-talba ta’ rifużjoni tad-dazji kontra d-dumping, l-importatur għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni […]</ALINEA><ALINEA>Applikazzjoni għal rifużjoni għandha tiġi kkunsidrata biss meta din tkun appoġġjata kif suppost permezz ta’ evidenza fejn din ikollha informazzjoni preċiża dwar l-ammont ta’ rifużjoni fuq id-dazji kontra d-dumping mitlub u d-dokumentazzjoni kollha tad-dwana li għandha x’taqsam mal-kalkulazzjoni u l-pagament ta’ ammont bħal dan. Għandha wkoll tinkludi evidenza, għal perjodu rappreżentattiv, tal-valuri normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità għall-esportatur jew il-produttur li għalih japplika d-dazju. […]</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista’ tiddeċiedi fi kwalunkwe mument li tibda analiżi temporanju, fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn tali analiżi imwettqa f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għal tali reviżjonijiet għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt. […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament bażiku, kien previst:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.009"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>9.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-investigazzjonijiet kollha ta’ reviżjoni jew ta’ rifużjoni imwettqa skond dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jkunux tbiddlu, tapplika l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju, waqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-Artikolu 2, u b’mod partikolari għall-paragrafi 11 u 12 tiegħu, u għall-Artikolu 17.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.010"><NO.PARAG>10.</NO.PARAG><ALINEA>Fi kwalunwke investigazzjoni imwettqa skond dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha teżamina kemm huma ta’ min joqgħod fuqhom il-prezzijiet ta’ esportazzjoni skond l-Artikolu 2. Madanakollu, fejn jiġi deċiż li l-prezz fuq l-esportazzjoni jiġi kkalkulat bi qbil ma’ l-Artikolu 2(9), hija għandha tikkalkulah mingħajr ebda tnaqqis għall-ammont ta’ dazji kontra d-dumping mħallsa meta tkun mogħtija evidenza konklużiva li d-dazju huwa rifless kif suppost fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet għall-bejgħ sussegwenti fil-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ddefinixxiet il-Linji Gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku, fl-Avviż tagħha dwar ir-rimbors tad-dazji antidumping (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, C 164, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punt 4.1(b) tal-imsemmi avviż, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Meta l-prezz tal-esportazzjoni jinbena skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tikkalkulah mingħajr ebda tnaqqis għall-ammont ta’ dazji antidumping imħallsa meta tkun mogħtija evidenza konklużiva li d-dazju huwa rifless kif suppost fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet għall-bejgħ sussegwenti fl-Unjoni. Il-Kummissjoni teżamina jekk żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ lil konsumaturi indipendenti tal-Unjoni bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u ta’ rimborż tinkorporax dazji antidumping.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew esposti fil-punti 1 sa 30 tas-sentenza appellata u jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>RFA hija soċjetà inakkomandita stabbilita fil-Kanada. Permezz tas-sussidjarja Svizzera tagħha, hija tixtri, tbigħ mill-ġdid, timporta u taħżen fl-Unjoni Ewropea ferrosiliċju li joriġina mir-Russja, prodott minn żewġ kumpanniji sisters, stabbiliti fir-Russja, jiġifieri Chelyabinsk Electrometallurgical Integrated Plant OAO (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>CHEMK<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) u Kuzneckie Ferrosplavy OAO (iktar ‘il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>KF<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080225">25 ta’ Frar 2008</DATE>, wara lment imressaq mill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni tal-Industriji ta’ Ligi tal-Ħadid, li hija assoċjazzjoni ta’ produtturi Ewropej ta’ ligi tal-ħadid, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008 li jimponi dazju <HT TYPE="ITALIC">anti-dumping</HT> definittiv u jiġbor b’mod definittiv dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 55, p. 66</REF.DOC.OJ>). Minħabba r-relazzjoni ta’ assoċjazzjoni eżistenti bejn RFA u ż-żewġ kumpanniji esportaturi msemmija fil-punt preċedenti, il-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien ġie stabbilit b’mod konformi mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 172/2008, ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel l-isdoganament, kienet stabbilita għal 22.7 % għall-prodotti mmanifatturati minn CHEMK u KF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Dawn tal-aħħar ressqu quddiem il-Qorti Ġenerali talba għall-annullament parzjali tar-Regolament Nru 172/2008, sa fejn dan kien jikkonċernahom. Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn dawn iż-żewġ kumpanniji kontra dan ir-regolament ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali permezz tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>CHEMK u KF vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑190/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:618">EU:T:2011:618</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-appell ippreżentat mill-imsemmija kumpanniji kontra din is-sentenza ġie miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>CHEMK u KF vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑13/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:780">EU:C:2013:780</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fi tmiem talba għal eżami mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> parzjali mressqa minn dawn l-istess kumpanniji fit‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-Kunsill adotta, fis‑<DATE ISO="20120116">16 ta’ Jannar 2012</DATE>, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 60/2012 tas‑<DATE ISO="20120116">16 ta’ Jannar 2012</DATE> li jtemm ir-reviżjoni <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fir-Russja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 22, p. 1</REF.DOC.OJ>). Il-miżura antidumping fis-seħħ ġiet ikkonfermata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Iż-żamma, f’dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, tal-livell ta’ dazju antidumping stabbilit mir-Regolament Nru 172/2008 ġiet ikkontestata minn CHEMK u minn KF quddiem il-Qorti Ġenerali, li ċaħdet ir-rikors tagħhom permezz tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150428">28 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>CHEMK u KF vs Il‑Kunsill</NAME.CASE><?PAGE NO="5"?> (<NO.CASE>T‑169/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:231">EU:T:2015:231</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-appell ippreżentat minn dawn il-kumpanniji kontra din is-sentenza ġie miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>CHEMK u KF vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑345/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:433">EU:C:2016:433</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Bejn it‑<DATE ISO="20090730">30 ta’ Lulju 2009</DATE> u l‑<DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>, RFA ressqet quddiem il-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku, l-ewwel sensiela ta’ talbiet għal rimbors ta’ dazji antidumping li hija kienet ħallset matul il-perijodu inkluż bejn is‑<DATE ISO="20090107">7 ta’ Jannar 2009</DATE> u l‑<DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>, għall-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ CHEMK u ta’ KF. L-investigazzjoni ta’ rimbors kienet tirrigwarda l-perijodu inkluż bejn l-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE> u t‑<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>. Il-Kummissjoni, fid-dawl tal-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping ġodda, qasmet dan il-perijodu f’żewġ partijiet. L-ewwel parti kienet mill‑<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE> sat‑<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ewwel perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) filwaqt li t-tieni parti kienet mill‑<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE> sat‑<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tieni perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2012) 5577 final, C(2012) 5585 final, C(2012) 5588 final, C (2012) 5595 final, C (2012) 5596 final, C (2012) 5598 final u C(2012) 5611 final, tal‑<DATE ISO="20120810">10 ta’ Awwissu 2012</DATE>, dwar it-talbiet ta’ RFA dwar ir-rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja, din l-istituzzjoni, minn naħa, laqgħet it-talbiet għal rimbors li jirrigwardaw l-ewwel perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors u, min-naħa l-oħra, ċaħdet dawk li jikkonċernaw it-tieni perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors. Dan ir-rifjut ġie kkontestat minn RFA quddiem il-Qorti Ġenerali, li ċaħdet ir-rikors permezz ta’ sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>RFA International vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:151">EU:T:2015:151</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-appell ippreżentat minn RFA minn din is-sentenza ġie miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>RFA International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:337">EU:C:2017:337</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Bejn l-<DATE ISO="20110301">1 ta’ Marzu 2011</DATE> u s-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, RFS ressqet quddiem il-Kummissjoni t-tieni sensiela ta’ talbiet għal rimbors ta’ dazji antidumping li hija kienet ħallset matul il-perijodu inkluż bjen l-<DATE ISO="20101001">1 ta’ Ottubru 2010</DATE> u t‑<DATE ISO="20121228">28 ta’ Diċembru 2012</DATE>, għall-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ CHEMK u ta’ KF. L-investigazzjoni ta’ rimbors miftuħa mill-Kummissjoni wara din it-talba l-ġdida rrigwardat il-perijodu bejn l‑<DATE ISO="20101001">1 ta’ Ottubru 2010</DATE> sal‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, li kien maqsum, sabiex jiġu kkalkolati l-marġni ta’ dumping ġodda, f’żewġ partijiet, rispettivament mill‑<DATE ISO="20101001">1 ta’ Ottubru 2010</DATE> sal‑<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) u mill-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE> sal‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjonijiet kontenzjużi. Fit-taqsima dwar il-kostruzzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni ċaħdet, b’mod partikolari, it-talba mressqa minn RFA, skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, li ma jitnaqqsux id-dazji antidumping mill-prezz tal-esportazzjoni mfassal. Ir-raġunijiet li kienu l-bażi ta’ dan ir-rifjut ġew miġbura fil-qosor mill-Qorti Ġenerali fil-punt 25 tas-sentenza appellata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-Kummissjoni [indikat] li hija ma setgħetx tilqa’ t-talba tar-rikorrenti, ibbażata fuq l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku […], li d-dazji antidumping ma jitnaqsux mill-prezz tal-ewwel bejgħ mill-ġdid lil xerrej indipendenti fl-Unjoni fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni mfassal. Din it-talba kienet iġġustifikata mir-rikorrenti minħabba r-riperkussjoni dovuta, fil-fehma tagħha, ta’ dawn id-dazji fuq dan il-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid, kif dan kien ġie rrikonoxxut għall-ewwel u għat-tieni perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors. Ir-rikorrenti kienet sostniet li l-prezzijiet tagħha, iddeterminati bħala [prezzijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kost, assigurazzjoni u nol<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>)], kienu żdiedu rispettivament b’77 % u b’102 % bejn il-perijodu ta’ investigazzjoni li wassal għar-Regolament [Nru 172/2008], li kien jestendi mill‑<DATE ISO="20051001">1 ta’ Ottubru 2005</DATE> sat‑<DATE ISO="20060930">30 ta’ Settembru 2006</DATE>, u t-tielet u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors. F’dak li jikkonċerna l-prezzijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/>, dawn kienu żdiedu b’193 % bejn il-perijodu ta’ investigazzjoni li wassal għar-Regolament [Nru 172/2008] u t-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors. Madankollu, kuntrarjament għal dak li kien il-każ għall-ewwel u għat-tieni perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, il-Kummissjoni ma qisitx li kellha fil-pussess tagħha elementi li jiġġustifikaw<?PAGE NO="6"?> ir-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid lil xerrejja indipendenti fl-Unjoni. Hija enfasizzat, minn naħa, li l-prezzijiet proposti mir-rikorrenti, stabbiliti bħala prezzijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>mill-fabbika<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> u [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>], kienu preċiżament prezzijiet li ma jinkludux id-dazji antidumping u, min-naħa l-oħra, li l-prezzijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> tal-ewwel bejgħ mill-ġdid lil xerrej indipendenti fl-Unjoni kellhom ikopru l-ispejjeż tal-input kollha, inklużi, id-dazji antidumping. Issa, iċ-ċifri pprovduti mir-rikorrenti ma humiex konvinċenti fuq dan il-punt f’ħafna aspetti, b’mod partikolari għaliex huma jirriflettu miżuri, u konsegwentement ma humiex speċifikament marbuta mat-tranżazzjonijiet li għalihom intalab ir-rimbors tad-dazji antidumping. Fir-rigward tat-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, il-Kummissjoni kienet osservat li wieħed mill-produtturi kien qiegħed ibigħ b’telf lir-rikorrenti fuq ċertu bejgħ. Hija osservat ukoll inkoerenzi li jikkonċernaw l-ispejjeż skont l-użu ddestinat tal-prodotti. Fir-rigward tar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors […], il-Kummissjoni [indikat, fil-punti 84 sa 85 u 87 tad-deċiżjonijiet kontenzjużi] li, f’99 % tal-każijiet, il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-importazzjoni fl-Unjoni ma kinux jirriflettu d-dazji antidumping, peress li ma kinux ikopru l-ispejjeż [kollha], inklużi dazji antidumping. Il-Kummissjoni żiedet f’dan ir-rigward li, bejn il-perijodu ta’ investigazzjoni li wassal għar-Regolament [Nru 172/2008] u t-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-prodotti mibjugħa fl-Unjoni minn CHEMK u minn KF kienu żdiedu b’100 %, fejn din ir-rata żdiedet għal 109 % għar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi u wara li għamlet l-aġġustamenti neċessarji sabiex tiżgura paragun xieraq, b’mod konformi mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali, li l-Kummissjoni niżlet, sabiex tagħmel dan, għal-livell <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, din l-istituzzjoni identifikat marġni ta’ dumping ta’ 40.8 % għat-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors u ta’ 42.8 % għar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors. Peress li dawn il-marġni ta’ dumping kienu ogħla mir-rata tad-dazju antidumping ta’ 22.7 % stabbilita fir-Regolament Nru 172/2008, il-Kummissjoni ċaħdet it-talbiet għal rimbors imressqa mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE>, wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri antidumping li jirriżultaw mir-Regolament Nru 172/2008, il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni tal-Industriji ta’ Ligi tal-Ħadid talab il-ftuħ ta’ eżami mill-ġdid ta’ dawn il-miżuri. Peress li kkunsidrat li kienu ġew prodotti provi suffiċjenti għal dan il-għan, il-Kummissjoni ppubblikat, fit‑<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, l-Avviż ta’ tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Russja (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 58, p. 15</REF.DOC.OJ>). L-investigazzjoni dwar it-tkomplija jew dwar ir-rikorrenza tad-dumping irrigwardat il-perijodu mill‑1 ta’ Jannar sal‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>. L-eżami tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kien fir-rigward tiegħu sar fir-rigward tal-perijodu ta’ erba’ snin mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> sal‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE>, Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 360/2014, li jimponi dazju ta’ antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="107" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 107, p. 13</REF.DOC.OJ>). F’dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni ppreċiżat b’mod partikolari li, matul il-perijodu ta’ investigazzjoni li jikkorrispondi għas-sena 2012, f’99 % tal-każijiet, il-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lil xerrej indipendenti fl-Unjoni ma kienx jirrifletti l-livell tad-dazji antidumping u li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, kellhom jitnaqqsu minn dan il-prezz sabiex jirriżulta l-prezz tal-esportazzjoni mfassal. Il-paragun tal-valur normali u tal-prezz tal-esportazzjoni hekk imfassal, b’kunsiderazzjoni ta’ diversi aġġustamenti sabiex isir paragun xieraq b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi li jeżisti marġni ta’ dumping, espress bħala perċentwali tal-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel l-isdoganament, ta’ 43 % għall-perijodu ta’ investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping mill‑1 ta’ Jannar sal-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>. Konsegwentement, hija żammet id-dazju antidumping ta’ 22.7 % applikabbli għall-esportazzjonijiet tal-prodotti ta’ CHEMK u ta’ KF sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 172/2008. Ir-rikors<?PAGE NO="7"?> ippreżentat minn dawn iż-żewġ kumpanniji kontra l-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali, permezz ta’ sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>CHEMK u KF vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑487/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:792">EU:T:2018:792</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Din is-sentenza ma ġietx appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, RFA ippreżentat rikors intiż għall-annullament totali jew parzjali tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, billi invokat tliet motivi f’dan ir-rigward. Hija biss ir-risposta tal-Qorti Ġenerali għat-tieni wieħed minn dawn il-motivi li tissemma minn RFA fl-appell tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan it-tieni motiv, ir-rikorrenti sostniet, essenzjalment, li l-Kummissjoni, billi bidlet il-metodoloġija użata għall-evalwazzjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni mingħajr ma dan kien iġġustifikat minn bidla fiċ-ċirkustanzi, jiġifieri billi ddeterminat dawn il-prezzijiet fid-dawl tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-ferrosiliċju fir-Russja kif kienu żvelati fil-mument tat-tielet u tar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, minflok ma analizzathom fir-rigward tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, kif stabbiliti matul investigazzjonijiet preċedenti u, b’mod partikolari, matul l-investigazzjoni ta’ eżemi mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> li tat lok għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 60/2012, kisret l-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament bażiku. Skont RFA, l-applikazzjoni tal-istess metodu bħal dak użat matul dan l-eżami mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> kellha twassal lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni mfassal, sabiex ma tnaqqasx id-dazji antidumping imħallsa matul it-tielet u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors mill-prezz tal-ewwel bejgħ mill-ġdid lil xerrej indipendenti fl-Unjoni, peress li l-imsemmija dazji kienu kompletament riflessi f’dawn il-prezzijiet tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu u kkundannat lil RFA għall-ispejjeż. Hija kkunsidrat b’mod partikolari, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tat-tieni motiv, dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>69</NO.P><TXT>[…] [F]ir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, huwa ġġustifikat li, fil-każ ta’ evoluzzjoni sinjifikattiva tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-prodotti inkwistjoni bejn il-perijodu ta’ investigazzjoni preċedentement meħud inkunsiderazzjoni u l-perijodu ta’ investigazzjoni l-ġdid, il-Kummissjoni, sabiex tiddetermina jekk id-dazji antidumping humiex debitament riflessi fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ dawn il-prodotti fl-Unjoni matul dan l-aħħar perijodu, ma tiħux inkunsiderazzjoni l-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid użati matul l-ewwel minn dawn il-perijodi, iżda spejjeż ikkonstatati matul il-perijodu ta’ investigazzjoni ġdid. Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma validi anki jekk jista’ jiġi kkunsidrat li kien hemm tibdil fil-metodu meta mqabbel ma’ dak li sar fil-kuntest ta’ investigazzjoni preċedenti, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, kuntrarjament għal dak li ssostni prinċipalment il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet [kontenzjużi] […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Din il-prassi hija intiża li tiżgura s-saħħa tal-analiżi fil-paragun ta’ sitwazzjonijiet kumplessi mill-perspettiva ekonomika, mhux biss sabiex tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżuri adottati abbażi tal-leġiżlazzjoni dwar l-antidumping, iżda wkoll sabiex tiżgura, fost l-operaturi li jistgħu jkunu suġġetti għal tali miżuri, il-konformità mal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tal-ugwaljanza fit-trattament. Għaldaqstant, għalkemm li tiġi żgurata, fl-analiżi ekonomika, s-saħħa tal-paragun tas-sitwazzjoni bejn żewġ perijodi jkun jiġġustifika, fil-prinċipju, l-applikazzjoni tal-istess metodu, dan ma huwiex il-każ meta l-parametri rilevanti jkunu nbidlu b’mod suffiċjenti sabiex irendu l-applikazzjoni tal-metodu użat preċedentement bħala mhux xierqa sabiex jintlaħaq riżultat affidabbli, f’dan il-każ sabiex jiġi evalwat jekk id-dazji antidumping ġewx riflessi debitament jew le fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Valimar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑374/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2231">EU:C:2014:2231</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Kif issostni l-Kummissjoni, għalkemm l-ispejjeż ta’ produzzjoni<?PAGE NO="8"?> żdiedu b’mod sinjifikattiv bejn iż-żewġ perijodi pparagunati, żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, anki jekk tkun kunsiderevoli, ma tiggarantixxix neċessarjament li d-dazji antidumping ikunu ġew debitament riflessi, jiġifieri riflessi kompletament, fl-istabbiliment ta’ dawn il-prezzijiet. L-ispejjeż ta’ produzzjoni jistgħu jkunu żdiedu iktar mill-prezzijiet. F’dan il-każ, minkejja li l-prezzijiet il-ġodda jkunu ogħla mill-prezzijiet l-antiki miżjuda bid-dazji antidumping, il-partijiet ikkonċernati ma jirriflettux debitament id-dazji antidumping fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħhom.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>L-argumenti mressqa mir-rikorrenti f’dan il-kawża ma humiex ta’ natura li jikkontestaw din l-analiżi. L-ewwel nett, kuntrarjament għal dak li ssostni, essenzjalment, ir-rikorrenti, l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku bl-ebda mod ma jimplika, sa fejn jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[i]d-dazju huwa rifless kif suppost fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>, li huwa biss l-ekwivalenti tad-dazju antidumping li għandu jiġi inkluż fil-prezz il-ġdid ta’ bejgħ mill-ġdid flimkien mal-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid preċedentement applikat sabiex tkun tista’ tinkiseb tweġiba pożittiva. Fil-fatt, dazju addizzjonali għall-ispejjeż normalment sostnuti <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>huwa rifless kif suppost<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> biss jekk jiżdied ma’ dawn l-ispejjeż l-oħra. Issa, jekk dawn l-ispejjeż l-oħra jiżdiedu, iżda l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid jiżdied f’livell inqas, id-dazju, fir-realtà, jiġi miżjud biss parzjalment jew ma jiġix miżjud assolutament ma’ dawn l-ispejjeż l-oħra, anki jekk l-ekwivalenti tad-dazju jkun ġie miżjud mal-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid li kien preċedentement applikat. L-estratt tal-opinjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tad-dazji antidumping […] bl-ebda mod ma jikkontradixxi din l-analiżi. L-istess japplika għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151118">18 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Einhell Germany <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑73/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:865">EU:T:2015:865</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokata mir-rikorrenti. B’mod partikolari, il-punt 155 ta’ din is-sentenza jindika, moqri fil-kuntest tiegħu, li metodu differenti mill-paragun tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid applikati fl-Unjoni qabel u wara l-impożizzjoni tad-dazji antidumping jista’ jkun xieraq sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn id-dazji humiex riflessi jew le fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ġodda fl-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-elementi konkreti tal-każ inkwistjoni, fir-rigward tar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, li jikkorrispondi għas-sena 2012, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjonijiet [kontenzjużi], pereżempju fil-premessa 85 tad-Deċiżjoni C(2014) 9805 final, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet seħħet żieda sinjifikattiva ta’ 109 % fl-ispejjeż ta’ produzzjoni meta mqabbla mal-perijodu ta’ investigazzjoni inizjali, mingħajr ma dan ġie kkontestat fuq il-mertu mir-rikorrenti, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ dan ir-rikors. F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex jiġi ddeterminat jekk id-dazji antidumping kinux ġew riflessi kif suppost fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni applikati mir-rikorrenti f’isem CHEMK u KF matul ir-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, kien iġġustifikat li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż ta’ produzzjoni osservati fl‑2012 minflok il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid użati matul l-investigazzjoni inizjali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Issa, f’sitwazzjoni fejn, kif indikat il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet [kontenzjużi], pereżempju fil-premessa 84 tad-Deċiżjoni C(2014) 9805 final, il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni jkopru biss f’1 % tal-każijiet l-ispiża tal-prodotti, inkluż id-dazju antidumping, bl-ebda mod ma jintwera li, dawn id-dazji huma effettivament riflessi kif suppost.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Anki ż-żieda ta’ iktar minn 100 % tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid bejn il-perijodu ta’ investigazzjoni inizjali u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, li tagħmel riferiment għaliha r-rikorrenti, hija insuffiċjenti f’dan il-kuntest sabiex jintwera li d-dazji antidumping ġew riflessi kompletament matul it-tieni wieħed minn dawn il-perijodi. Fil-fatt, huwa biżżejjed, kif ġie indikat essenzjalment fil-punt 70 iktar ’il fuq, li l-ispejjeż ta’ produzzjoni jkunu żdiedu iktar mill-prezzijiet applikati sabiex dawn ma jirriflettux debitament id-dazji antidumping, fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż ta’ produzzjoni. Issa, dan huwa <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> stabbilit biċ-ċirkustanza, irrilevata mill-Kummissjoni, li f’99 % tal-każijiet, l-ispejjeż tal-prodotti, inkluż id-dazju antidumping, ma kinux koperti mill-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni fl‑2012.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="9"?><CONSID><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ġustament naqqset id-dazju antidumping mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni sabiex tiddetermina l-prezz ta’ esportazzjoni kkalkolat għar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni tar-rimbors, peress li ma kienx ġie stabbilit li d-dazju antidumping kien ġie debitament rifless fuq l-ewwel wieħed minn dawn il-prezzijiet.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni ġustament issostni, kif hija esponiet fid-deċiżjonijiet [kontenzjużi], pereżempju fil-premessa 78 tad-Deċiżjoni C(2014) 9805 final, li l-analiżi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni sabiex jiġi ddeterminat sa fejn dawn jirriflettu d-dazji antidumping għandha ssir fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni wara l-ħlas ta’ dawn id-dazji, jiġifieri, bħala definizzjoni, fi stadju ta’ tqegħid fis-suq fejn il-prezz jieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż addizzjonali meta mqabbla ma’ dawk ikkunsidrati fl-istadju tal-prezz <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> jew tal-prezzijiet [CIF]. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, meta r-Regolament bażiku jipprevedi li ċerti prezzijiet jiġu aġġustati fi stadju kummerċjali differenti minn dak li japplikaw għalih, dan isir sabiex jiġi żgurat paragun ġust tal-prezzijiet li ma jirriflettux neċessarjament l-istess servizzi. B’hekk, l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku […] jipprevedi li l-paragun ġust tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-valur normali jista’ jeħtieġ aġġustamenti li jieħdu inkunsiderazzjoni istadji kummerċjali differenti li fihom ġew applikati dawn il-prezzijiet. Madankollu, dan ma huwiex il-każ fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni biss fil-kuntest tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, li ma jipprevedix tali aġġustamenti. Min-naħa l-oħra, ma jkunx koerenti, sa fejn huwa ġġustifikat li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, f’ċerti sitwazzjonijiet bħal dik ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni tanalizza l-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid billi tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż kollha mġarrba qabel dan il-bejgħ mill-ġdid […], analiżi tal-prezzijiet iffissati fl-istadju tal-prezz <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> jew tal-prezzijiet [CIF], anki jekk wieħed iżid id-dazji antidumping b’mod artifiċjali ma’ dawn il-prezzijiet bħalma r-rikorrenti tallega li sar, jiġifieri mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni numru partikolari ta’ spejjeż imġarrba qabel tali bejgħ mill-ġdid. Barra minn hekk, f’tali sitwazzjonijiet, ma huwiex neċessarju li jsir paragun tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni bejn żewġ perijodi suċċessivi, paragun li, bħal f’dan il-każ, jista’ jiġi affettwat minħabba n-nuqqas ta’ omoġeneità fiż-żmien tal-istadji kummerċjali li matulhom l-importaturi tal-prodotti kkonċernati ffatturaw lill-ewwel xerrejja indipendenti fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra, huwa indispensabbli li jiġi vverifikat jekk l-elementi pprovduti mill-importatur ikkonċernat jurux li l-prezz effettivament imħallas minn dawn ix-xerrejja matul il-perijodu eżaminat jirriflettix debitament id-dazji antidumping. F’dan ir-rigward, fid-deċiżjonijiet [kontenzjużi] ġie indikat, mingħajr ma dan ġie kkontestat mir-rikorrenti, li, matul dan il-perijodu, fil-parti l-kbira hija kienet tbigħ il-prodotti abbażi tal-prezz ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/>, jiġifieri li jinkludi l-ispejjeż kollha mġarrba qabel il-kunsinna, li seta’ jiffaċilita l-verifika msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikorrenti ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet applikati fl-istadju tal-prezz <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> jew [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/>], jew saħansitra miżjuda bid-dazji antidumping, sabiex jiġi ġġustifikat li, matul it-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, hija kienet tirrifletti d-dazji antidumping fuq il-prezzijiet tagħha ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni. Ir-rikorrenti kellha tipproduċi elementi li juru li l-prezzijiet ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> li hija applikat matul dan il-perijodu jkopru l-ispejjeż kollha mġarrba f’dan l-istadju fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni, inklużi d-dazji antidumping, ħaġa li hija ma għamlitx. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ġustament naqqset id-dazju antidumping mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni sabiex tiddetermina l-prezz ta’ esportazzjoni kkalkolat għat-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, peress li ma kienx intwera li d-dazju antidumping kien debitament rifless fuq l-ewwel wieħed minn dawn il-prezzijiet. Konsegwentement, ma huwiex neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti mressqa mill-partijiet dwar l-affidabbiltà jew il-metodu ta’ kalkolu ta’ dawn il-prezzijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/> jew [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/>]. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni tar-rikorrenti, magħmula fir-replika, li skontha, anki l-paragun tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-istadju ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/> jagħti riżultat li jagħti lok għal rimbors parzjali tad-dazji, għandu jiġi indikat li, fi kwalunkwe każ,<?PAGE NO="10"?> din ma hijiex sostnuta biżżejjed sabiex tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet [kontenzjużi] (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>RFA International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:151">EU:T:2015:151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-tieni motiv tar-rikorrenti, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament bażiku fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni, ukoll ma huwiex fondat.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>RFA titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi definittivament dwar it-tilwima, jekk din hija fi stat li tiġi deċiża;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostunti fil-kuntest tal-proċeduri mressqa quddiemi l-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala infondat u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil RFA għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, RFA tqajjem żewġ aggravji. Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, li jirrigwarda l-punti 69 sa 71 tas-sentenza appellata, hija tikkritika lill-Qorti Ġenerali li vvizzjat din is-sentenza b’nuqqas ta’ motivazzjoni, li fformulat konstatazzjonijiet ta’ fatt materjalment mhux eżatti u li wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Permezz tat-tieni aggravju tagħha, li jirrigwarda l-punti 72 sa 75, 77 u 78 tas-sentenza appellata, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(10) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju jinkludi żewġ partijiet. Permezz tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma weġbitx għall-argument tagħha dwar l-assenza ta’ bidla fiċ-ċirkustanzi. Permezz tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li fformulat konstatazzjonijiet ta’ fatt materjalment mhux eżatti u li wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, ibbażata fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħha, RFA tikkritika lill-Qorti Ġenerali li kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha sa fejn, minn naħa, billi ġabret fil-punti 69 sa 71 tas-sentenza appellata r-raġunijiet esposti mir-rikorrenti dwar il-ksur, mill-Kummissjoni, tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, hija naqset milli tindirizza l-argument dwar l-assenza ta’ bidla fiċ-ċirkustanzi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali ma esponietx b’mod suffiċjenti fid-dritt, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-raġunijiet li għalihom waslet għall-konklużjoni tagħha dwar l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju hija infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi, impost fuq il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ma jimponix li din tipprovdi espożizzjoni li ssegwi b’mod eżawrjenti u individwali r-raġunamenti kollha spjegati mill-partijiet fit-tilwima. Il-motivazzjoni tista’ għalhekk tkun impliċita, bil-kundizzjoni li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda u lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs McBride <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:434">EU:C:2016:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:802">EU:C:2017:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi kkonstatat li, billi rreferiet, fil-punti 69 sa 71 tas-sentenza appellata, għaż-żieda sinjifikattiva tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-ferrosiliċju fir-Russja, li kienet seħħet bejn iż-żewġ perijodi ta’ investigazzjoni kkunsidrati, il-Qorti Ġenerali indirizzat sew l-argument dwar il-bidla fiċ-ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija enfasizzat, b’mod partikolari fil-punti 69 u 70 tas-sentenza appellata, ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-konklużjoni li adottat fir-rigward tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, minn naħa, billi rreferiet għall-Artikolu 11(10) ta’ dan ir-regolament, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fl-ewwel sentenza tal-punt 69 ta’ din is-sentenza, li kien iġġustifikat, fil-każ ta’ evoluzzjoni sinjifikattiva tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-prodott inkwistjoni bejn il-perijodu ta’ investigazzjoni li kien preċedentement ittieħed inkunsiderazzjoni u l-perijodu ta’ investigazzjoni ġdid, li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni matul dan l-aħħar perijodu, mhux prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid li jaqgħu taħt l-ewwel minn dawn il-perijodi, iżda spejjeż ikkonstatati matul il-perijodu ta’ investigazzjoni ġdid. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali, wieġbet b’mod impliċitu għall-argument tar-rikorrenti bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, iddeċidiet fit-tieni sentenza tal-punt 69 tas-sentenza appellata li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>[d]awn il-kunsiderazzjonijiet huma validi anki jekk jista’ jiġi kkunsidrat li kien hemm tibdil fil-metodu meta mqabbel ma’ dak li sar fil-kuntest ta’ investigazzjoni preċedenti, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, kuntrarjament għal dak li ssostni prinċipalment il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. F’dan ir-rigward hija esponiet, fil-punt 70 tal-imsemmija sentenza, ir-raġunijiet li għalihom bidla fil-metodu kienet fi kwalunkwe każ iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li, għalkemm huwa minnu li l-argumenti tar-rikorrenti ġew eżaminati fil-qosor fis-sentenza appellata, xorta jibqa’ l-fatt li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa ċar u ta’ natura li jippermetti kemm lill-Qorti tal-Ġustizzja li twettaq l-istħarriġ ġudizzjarju<?PAGE NO="12"?> tagħha, kif ukoll lir-rikorrenti li tkun taf ir-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod impliċitu l-argument tagħha li ebda bidla fiċ-ċirkustanzi li tista’ tiġġustifika bidla fil-metodu, skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, ma kienet isseħħ bejn iż-żewġ perijodi kkunsidrati. Isegwi li l-Qorti Ġenerali b’hekk issodisfat l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata miċ-ċirkustanza li RFA ma taqbilx mal-analiżi li saret mill-Qorti Ġenerali fl-imsemmija punti 69 sa 71 tas-sentenza appellata. Fil-fatt, din iċ-ċikustanza ma tistax tistabbilixxi l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata, peress li tali nuqqas ta’ qbil jirrigwarda l-fondatezza ta’ din l-analiżi (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>KS Sports vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:266">EU:C:2016:266</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, l-ilmenti u l-argumenti intiżi sabiex jikkontestaw il-fondatezza ta’ att huma irrilevanti fil-kuntest ta’ motiv ibbażat fuq nuqqas jew fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ipatau vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:407">EU:C:2015:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi preċedenti, hemm lok li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju, ibbażata fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku u fuq konstatazzjonijiet ta’ fatt materjalment mhux eżatti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju tagħha, RFA ssostni li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 69 sa 71 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku u, barra minn hekk, wettqet konstatazzjonijiet ta’ fatt materjalment mhux eżatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li kkunsidrat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni setgħet, ġustament, twettaq evalwazzjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni mhux fir-rigward tal-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid identifikat fl-okkażjoni tal-investigazzjonijiet preċedenti, jiġifieri, b’mod partikolari, dik li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 172/2008 u l-investigazzjonijiet ta’ rimbors preċedenti li jikkonċernaw l-istess miżuri, iżda fir-rigward tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-ferrosiliċju fir-Russja. B’dan il-mod, il-Kummissjoni ma applikatx l-istess metodu bħal dak użat preċedentement, mingħajr ma dan huwa ġġustifikat minn bidla fiċ-ċirkustanzi, fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, RFA tippreċiża li ebda bidla fiċ-ċirkustanzi, li tista’ tiġġustifika l-abbandun tal-metodu użat preċedentement, ma seħħet f’dan il-każ. Fil-fatt, il-bidla meqjusa mill-Qorti Ġenerali fil-punti 69 sa 71 tas‑sentenza appellata, marbuta maż-żieda ta’ iktar minn 100 % tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-ferrosiliċju fir-Russja, kienet teżisti u kienet diġà magħrufa mill-Kummissjoni matul l-investigazzjonijiet preċedenti mwettqa matul is-snin 2008 sa 2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti ssostni, minn naħa, li, billi bbażat ruħha fuq il-premessa rrilevata mill-Kummissjoni, li ż-żieda fl-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-prodott inkwistjoni seħħet biss matul it-tielet u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, il-Qorti Ġenerali fformulat, fil-punti kkontestati tas-sentenza appellata, konstatazzjonijiet ta’ fatt materjalment mhux eżatti. Issa, dawn il-konstatazzjonijiet ta’ fatt żbaljati wasslu għal evalwazzjonijiet żbaljati fid-dritt, li jmorru kontra ġurisprudenza stabbilita li tipprovdi li, jekk iċ-ċirkustanzi allegati kienu diġà jeżistu matul investigazzjonijiet preċedenti, ma jkunx hemm bidla fiċ-ċirkustanzi, fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Distillerie Bonollo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑431/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:251">EU:T:2018:251</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-replika tagħha, l-appellanti tirrileva li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta kkunsidrat li ż-żieda fl-ispejjeż ta’ produzzjoni, invokata mill-Kummissjoni, kienet seħħet biss matul it-tielet u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, filwaqt li din iż-żieda kienet diġà teżisti matul investigazzjonijiet li kienu seħħew matul is-snin 2008 sa 2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-appellanti tikkritika, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali li ma kkonstatatx li l-Kummissjoni naqset milli tissodisfa r-rekwiżiti tal-oneru tal-prova li hija għandha skont il-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:572">EU:C:2013:572</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li hija wettqet bidla fil-metodu, mingħajr madankollu ma wriet li ċ-ċirkustanzi kienu nbidlu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-appellanti tqis, essenzjalment, li l-motivi meqjusa mill-Qorti Ġenerali fil-punt 70 tas-sentenza appellata jindikaw li l-bidla fil-metodu li għalhekk seħħ kienet iġġustifikata mill-fatt li l-metodu l-ġdid, applikat mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tielet u tar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>iktar xieraq<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Issa, billi għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkonformatx mal-ġurisprudenza li tistabbilixxi lim sabiex tkun iġġustifikata bidla fil-metodu, ma huwiex suffiċjenti li metodu ġdid ikun iktar xieraq minn dak l-antik, meta dan tal-aħħar huwa konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Huvis vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑221/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:258">EU:T:2008:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti tikkritika l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fl-istess punt 70 tas-sentenza appellata, li tgħid li l-bidla fil-metodu tiżgura kemm is-solidità tal-analiżi fil-paragun ta’ sitwazzjonijiet kumplessi fil-livell ekonomiku kif ukoll l-ugwaljanza fit-trattament bejn l-operaturi li jistgħu jkunu s-suġġett tal-istess miżuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, RFA tikkontesta l-argument imressaq mill-Kummissjoni li l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku ma huwiex applikabbli f’dan il-każ, fir-rigward tal-fatt li l-kwistjoni ta’ tnaqqis possibbli tad-dazji antidumping imħallsa mill-prezz tal-esportazzjoni ma setgħetx tqum fil-kuntest tal-investigazzjoni inizjali li tat lok għar-Regolament Nru 172/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, dan l-argument tal-Kummissjoni huwa żbaljat kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni hija sostnuta, fil-livell fattwali, mis-suġġett stess ta’ dan l-appell, sa fejn dan ma jirrigwardax il-kostruzzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, hekk kif interpretatha l-Kummissjoni, iżda dwar il-bidla fil-metodu li seħħ, f’dak li jikkonċerna l-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, bejn l-investigazzjoni inizjali li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 172/2008 u t-tielet u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fuq livell ġuridiku, l-appellanti ssostni, minn naħa, li, jekk jintlaqa’ l-argument tal-Kummissjoni, dan ikollu l-konsegwenza li jċaħħad l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku mill-effett tiegħu, sa fejn qatt ma jkun hemm investigazzjoni inizjali bi prezz tal-esportazzjoni mfassal, li matul il-kalkolu tiegħu għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni dazji antidumping imħallsa. Min-naħa l-oħra, it-tentattiv moħbi ta’ sostituzzjoni tal-motivi tal-Kummissjoni huwa wkoll legalment żbaljat, peress li la l-Kummissjoni, irrispettivament mill-kuntest tal-proċedura amministrattiva li ppreċediet l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi jew ukoll matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u lanqas din tal-aħħar ma taw x’jifhmu li din id-dispożizzjoni ma tapplikax f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tieni parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment ineffettiva jew, fi kwalunkwe każ, bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ eżami mill-ġdid kollha, il-Kummissjoni għandha tapplika, sa fejn iċ-ċirkustanzi ma jkunux inbidlu, l-istess metodu bħal dak użat waqt l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju antidumping inkwistjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eċċezzjoni li tippermetti lill-istituzzjonijiet li japplikaw, matul il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, metodu differenti minn dak użat fil-proċedura inizjali meta ċ-ċirkustanzi jkunu nbidlu għandha neċessarjament tiġi interpretata b’mod strett, peress li deroga jew eċċezzjoni minn regola ġenerali għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:572">EU:C:2013:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-istituzzjonijiet li għandhom juru li ċ-ċirkustanzi nbidlu sabiex jiġi applikat, matul investigazzjoni tal-eżami mill-ġdid jew ta’ rimbors, metodu differenti minn dak implimentat matul l-investigazzjoni inizjali (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>,.<NAME.CASE>Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:572">EU:C:2013:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu r-rekwiżit ta’ interpretazzjoni stretta ma jistax jippermetti lill-istituzzjonijiet li jinterpretaw u li japplikaw din id-dispożizzjoni b’mod inkompatibbli mal-formulazzjoni u mal-iskop tagħha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:572">EU:C:2013:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-differenza fl-approċċ tal-Kummissjoni, kif ivvalidata mill-Qorti Ġenerali fl-ewwel sentenza tal-punt 69 tas-sentenza appellata, li tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>huwa ġġustifikat li fil-każ ta’ evoluzzjoni sinjifikattiva tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-prodotti inkwistjoni bejn il-perijodu ta’ investigazzjoni preċedentement meħud inkunsiderazzjoni u l-perijodu ta’ investigazzjoni l-ġdid, il-Kummissjoni, sabiex tiddetermina jekk id-dazji antidumping humiex debitament riflessi fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ dawn il-prodotti fl-Unjoni matul dan l-aħħar perijodu, ma tiħux inkunsiderazzjoni l-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid użati matul l-ewwel minn dawn il-perijodi, iżda spejjeż ikkonstatati matul il-perijodu ta’ investigazzjoni ġdid<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, ma hijiex ġejja minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>bidla fil-metodu<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, iżda minn sempliċi aġġornament tal-parametru dwar l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-prodott inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, barra minn hekk, li preċiżazzjonijiet li jikkonċernaw din id-differenza fil-perċezzjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni ġew ipprovduti mill-Kummissjoni bħala tweġiba għall-mistoqsijiet bil-mitkub li kienu ntbagħtu lilha mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ din il-proċedura. Hija għalhekk irrilevat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Skont iċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ, jeżistu diversi punti ta’ paragun rilevanti possibbli sabiex jiġi evalwat jekk żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ lil klijenti indipendenti fi ħdan l-Unjoni tinkorporax id-dazji antidumping imħallsa.</P><P>Jekk is-sitwazzjoni fattwali ma tkunx differenti minn dik li kienet prevalenti matul il-perijodu tal-investigazzjoni [inizjali] li wasslet għall-impożizzjoni [tad-dazju antidumping], l-ewwel stadju jikkonsisti fil-limitazzjoni tal-paragun tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid (u ta’ bejgħ sussegwenti) tal-perijodu ta’ investigazzjoni dwar ir-rimbors ma’ dawk tal-perijodu ta’ investigazzjoni inizjali. Madankollu, dan il-paragun bejn żewġ dħul matul perijodi differenti huwa suffiċjenti biss jekk il-fatturi l-oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-livell tal-prezzijiet ikunu baqgħu l-istess ħlief matul il-perijodu ta’ investigazzjoni inizjali, peress li l-prezzijiet setgħu naqsu jew żdiedu indipendentement mill-impożizzjoni ta’ dazji antidumping.</P><?PAGE NO="15"?><P>Konsegwentement, it-tieni stadju, ibbażat fuq il-paragun tal-ispejjeż, jista’ jkun meħtieġ meta, b’mod partikolari, investigazzjoni dwar ir-rimbors jew eżami mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> isseħħ ħafna żmien wara l-impożizzjoni inizjali tad-dazji antidumping. Fil-fatt, f’dan il-każ, il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid setgħu jinbidlu minħabba fatturi esterni (bħal modifika tal-ispejjeż tal-esportazzjoni, żieda jew tnaqqis tal-prezzijiet tal-materji primi, ċaqliq fil-prezzijiet dovuti, pereżempju, minħabba l-istaġun). […] Fil-każijiet fejn fatturi oħra influwenzaw il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, għandha ssir distinzjoni bejn dawn il-fatturi l-oħra tal-impatt potenzjali tad-dazju antidumping sabiex jiġi ddeterminat jekk tali dazju huwiex effettivament <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>rifless<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="2019" ID="QE0043"/> fuq il-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid.<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Isegwi li s-sempliċi aġġornament tal-parametru dwar l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-prodott inkwistjoni, li l-Kummissjoni wettqet minħabba ż-żieda sinjifikattiva ta’ dawn l-ispejjeż, li seħħ bejn l-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament Nru 172/2008 u t-tielet u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors li ppreċedew l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, ma jistax jitqies bħala bidla fil-metodu, fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat fil-punt 69 tas-sentenza appellata, li kien hemm bidla fil-metodu meta mqabbel ma’ dak li sar fil-kuntest ta’ investigazzjoni preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, għalkemm il-motivi ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali jindikaw ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda li d-dispożittiv tagħha jkun jidher fondat minħabba motivi oħra ta’ dritt, tali ksur ma huwiex ta’ natura li jwassal għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u jkun hemm lok li ssir sostituzzjoni ta’ motivi (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs LTTE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑599/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:583">EU:C:2017:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ hawnhekk. Hekk kif jirriżulta mill-punti 57 sa 59 ta’ din is-sentenza, l-istess metodu fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku ġie applikat waqt investigazzjonijiet ikkonċernati b’tali mod li l-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet fil-punt 79 tas-sentenza appellata li l-motiv ibbażat fuq ksur ta’ din id-dispożizzjoni kellu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra invokati mill-appellanti fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, li huma kollha intiżi sabiex jikkontestaw l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar in-natura ġġustifikata tal-allegata bidla fil-metodu li l-Kummissjoni kienet applikat fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, huma wkoll ineffettivi għar-raġunijiet esposti fil-punti 57 sa 59 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, hemm lok li t-tieni parti tal-ewwel aggravju tiġi miċħuda bħala ineffettiva. B’konsegwenza, hemm lok li l-ewwel aggravju jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>It-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, jinkludi żewġ partijiet. Permezz tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali sa fejn applikat, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-prezzijiet il-ġodda għall-esportazzjoni, kriterju legali żbaljat, li abbażi tiegħu dawn il-prezzijiet kellhom jinkludu mhux biss id-dazji antidumping, iżda wkoll l-ispejjeż kollha ta’ produzzjoni tal-prodott inkwistjoni. Permezz tat-tieni parti tal-imsemmi aggravju, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli kkunsidrat li, skont il-kriterju hekk elaborat, il-prova tal-inkorporazzjoni tad-dazji antidumping fil-prezzijiet tal-esportazzjoni setgħet tiġi prodotta biss permezz tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tat-tieni aggravju, ibbażata fuq li l-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina l-prezzijiet il-ġodda tal-esportazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħha, RFA issostni li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 72 sa 75 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, sa fejn qieset li d-dazji antidumping li hija kienet ħallset matul it-tielet u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors ma kinux debitament riflessi fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni, peress li l-prezzijiet tal-esportazzjoni ma kinux ikopru l-ispejjeż ta’ produzzjoni kollha tal-prodotti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-konklużjoni misluta mill-Qorti Ġenerali fl-imsemmija punti hija legalment żbaljata, peress li la hija sostnuta mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-premessa 17 u l-Artikolu 11(10) ta’ dan ir-regolament, la mill-punt 4.1(b) tal-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tad-dazji antidumping, u lanqas mill-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku kien jirrikjedi biss li l-parti li titlob ir-rimbors tipproduċi provi konklużivi li skonthom id-dazji antidumping kienu debitament riflessi fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni. Dan ir-rekwiżit ikun issodisfatt jekk seta’ ġie stabbilit li l-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni kienu żdiedu b’mod suffiċjenti meta mqabbla mal-prezzijiet irrilevati matul il-perijodu ta’ investigazzjoni inizjali. Fil-fatt, tali żieda tirrifletti l-fatt li dawn il-prezzijiet kienu jinkludu d-dazji antidumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel parti tat-tieni aggravju hija parzjalment inammissibbli u parzjalment ineffettiva u, fi kwalunkwe każ, infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku, importatur jista’ jitlob ir-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa jekk jista’ juri li l-marġni ta’ dumping li fuq il-bażi tiegħu dawn id-dazji kienu tħallsu kien ġie eliminat jew imnaqqas għal livell inferjuri għal-livell tad-dazju fis-seħħ,</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 11(10) ta’ dan ir-regolament, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda l-possibbiltà, fil-kuntest tal-kostruzzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(9) tal-imsemmi regolament, li minn dan il-prezz ma jitnaqqas l-ammont li jikkorrispondi għad-dazji antidumping imħallsa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>meta tkun mogħtija evidenza konklużiva li [dan l-ammont] huwa rifless kif suppost fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet għall-bejgħ sussegwenti [fl-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 71 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku bl-ebda mod ma jimplika, sa fejn jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>[i]d-dazju huwa rifless kif suppost fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="2019" ID="QE0047"/>, li huwa biss l-ekwivalenti tad-dazju antidumping li għandu jiġi inkluż fil-prezz il-ġdid ta’ bejgħ mill-ġdid flimkien mal-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid preċedentement applikat sabiex tkun tista’ tinkiseb tweġiba pożittiva. Fil-fatt, dazju addizzjonali għall-ispejjeż normalment sostnuti <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>huwa rifless kif suppost<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="2019" ID="QE0048"/> biss jekk jiżdied ma’ dawn l-ispejjeż l-oħra. Issa, jekk dawn l-ispejjeż l-oħra jiżdiedu, iżda l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid jiżdied f’livell inqas, id-dazju, fir-realtà, jiġi miżjud biss parzjalment jew ma jiġix miżjud assolutament ma’ dawn l-ispejjeż l-oħra, anki jekk l-ekwivalenti tad-dazju jkun ġie miżjud mal-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid li kien preċedentement applikat<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-punti 72 sa 74 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali spjegat ir-raġunijiet li għalihom hija qieset li ż-żieda enfasizzata mir-rikorrenti ta’ iktar minn 100 % tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tal-prodott inkwistjoni fl-Unjoni bejn l-investigazzjoni inizjali u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors ma kinitx suffiċjenti, fiha nnifisha, sabiex turi li d-dazji antidumping kienu ġew kompletament riflessi f’dawn il-prezzijiet, billi sostniet, b’mod partikolari, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>huwa biżżejjed […] li l-ispejjeż ta’ produzzjoni jkunu żdiedu iktar mill-prezzijiet applikati sabiex dawn ma jirriflettux debitament id-dazji antidumping, fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż ta’ produzzjoni. Issa, dan huwa <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> stabbilit biċ-ċirkustanza, irrilevata mill-Kummissjoni, li f’99 % tal-każijiet, l-ispejjeż tal-prodotti, inkluż id-dazju antidumping, ma kinux koperti mill-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni [matul ir-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors].<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 75 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni ma wettqitx żball meta kienet naqset id-dazji antidumping mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni sabiex tikkalkola l-prezz tal-esportazzjoni mfassal tal-prodott inkwistjoni għar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, peress li r-rikorrenti ma kinitx uriet li dawn id-dazji kienu ġew debitament riflessi fuq l-ewwel wieħed minn dawn il-prezzijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li, sa fejn il-punti 72 sa 75 tas-sentenza appellata, li huma biss ikkontestati mill-appellanti fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tieni aggravju, jikkonċernaw biss ir-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, l-argumenti mressqa mill-appellanti f’dak li jikkonċerna t-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors huwa ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli l-allegazzjonijiet tal-appellanti msemmija fil-punti 66 u 68 ta’ din is-sentenza, peress li, minn naħa, dawn huma intiżi, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punti 82 u 83 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jikkontestaw l-evalwazzjonijiet purament fattwali mwettqa mill-Qorti Ġenerali fil-punti 72 sa 75 tas-sentenza appellata. Issa, b’mod konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), hija ma għandhiex, fil-kuntest ta’ appell, tikkontesta tali evalwazzjonijiet, minbarra fil-każijiet fejn dawn iwasslu għal żnaturament tal-annessi tal-proċess, li ma huwiex allegat f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm lok li jiġi osservat li l-elementi mressqa mill-appellanti f’dan il-kuntest ma jinkludu ebda argument legali intiż sabiex jintwera kif il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. Għalhekk dawn l-iżviluppi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ġurisprudenzjali li skont dawn appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li tagħha jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Wam Industriale vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑560/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:726">EU:C:2013:726</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti lanqas ma ressqet argumenti legali intiżi sabiex juru kif l-approċċ segwit mill-Qorti Ġenerali fil-punti kkontestati tas-sentenza appellata fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tieni aggravju kien imur kontra dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku msemmija fil-punt 67 ta’ din is-sentenza, jew ukoll tal-punt 4.1(b) tal-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tad-dazji antidumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-argument imqajjem minn RFA li dan l-approċċ tal-Qorti Ġenerali jmur kontra, essenzjalment, il-prassi deċiżjonali preċedenti tal-istituzzjonijiet, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, b’mod konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita, huwa biss fil-kuntest tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku li għandha tiġi evalwata l-kwistjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni u mhux fir-rigward ta’ allegata prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibralter u r-Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/09 P u C‑107/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:732">EU:C:2011:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0136">136</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, hemm lok li l-ewwel parti tat-tieni aggravju tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment ineffettiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tat-tieni aggravju, ibbażata fuq li l-Qorti Ġenerali llimitat b’mod żbaljat il-portata tal-provi meħtieġa skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku biss għall-informazzjoni dwar il-prezz <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħha, RFA tikkritika lill-Qorti Ġenerali li qieset, fil-punti 77 u 78 tas-sentenza appellata, li l-informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> kienet l-unika informazzjoni li setgħet tikkonferma li l-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni tal-prodott inkwistjoni kienu jinkludu d-dazji antidumping, u b’hekk illimitat il-portata tal-provi aċċettabbli skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ddeċidiet li l-informazzjoni li hija kienet ipprovditilha, ibbażata fuq il-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> ma kinitx kompleta u, għalhekk, ma setgħetx tintuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Skont RFA, il-Kummissjoni kellha, skont il-kriterju legali li hija stabbilixxiet fil-punt 4.1(b) tal-avviż dwar ir-rimbors tad-dazji antidumping, tivverifika u tikkonferma jekk iż-żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni li seħħet bejn l-investigazzjoni inizjali u t-tielet u r-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors kinitx tinkludi debitament id-dazji antidumping. Hija tfakkar, f’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza li tipprovdi li, sa fejn tali avviż ma jiksirx regoli ta’ dritt superjuri, dan jorbot lill-Kummissjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920128">28 ta’ Jannar 1992</DATE>, <NAME.CASE>Soba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:36">EU:C:1992:36</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Holland Malt vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑464/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:733">EU:C:2010:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għalhekk, l-uniku rekwiżit li jaqa’ fuq l-appellanti, fil-kwalità tagħha ta’ persuna li titlob rimbors tad-dazji antidumping, huwa li tipproduċi provi konklużivi li jikkonfermaw bidla fl-aġir fil-qasam tal-prezzijiet lejn klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni wara l-impożizzjoni ta’ dawn id-dazji. Barra minn hekk, fl-assenza ta’ indikazzjonijiet f’dan is-sens fid-dispożizzjonijiet legali applikabbli, huwa irrilevanti li dawn il-provi jkunu ġew prodotti abbażi tal-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> jew ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, RFA tippreċiża li hija pprovdiet lill-Kummissjoni sensiela sħiħa ta’ provi konklużivi, li jintraċċaw l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tagħha, stabbiliti bħala prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> mal-fruntiera tal-Unjoni, mill-investigazzjoni inizjali u sar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors. Dawn il-prezzijiet kienu ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> effettivi u kienu inkludew l-ammont li jikkorrispondi għad-dazji antidumping. L-informazzjoni pprovduta mill-appellanti kienet uriet żieda fil-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ 193 % fl-istadju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> u ta’ 142 % fl-istadju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> meta mqabbla mal-perijodu ta’ investigazzjoni inizjali. Issa, din iż-żieda tkopri b’mod wiesgħa kemm id-dazju antidumping ta’ 22.7 % kif ukoll iż-żieda ta’ 100 % tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-prodott inkwistjoni, irrilevata mill-Kummissjoni għall-istess perijodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>RFA żżid, fil-kuntest tar-replika tagħha, li hija għandha diffikultajiet sabiex tifhem ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni tqis li huma biss il-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> li huma prezzijiet mal-fruntiera tal-Unjoni, filwaqt li, fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, hija rrilevat li l-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> kienu jikkostitwixxu wkoll tali prezzijiet. Din l-evalwazzjoni hija kkorroborata mill-kunsiderazzjonijiet irrilevati mill-Qorti Ġenerali fil-punt 24 tas-sentenza appellata, li jgħidu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>[f]ir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni indikat li dan kellu finalment jiġi aġġustat ukoll fil-livell <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="2019" ID="QE0066"/> sabiex ikun jista’ jsir paragun xieraq mal-valur normali. Hija fakkret li r-rikorrenti kienet impriża marbuta ma’ CHEMK u ma’ KF u li, b’konsegwenza, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, sabiex jinkiseb prezz tal-esportazzjoni affidabbli, dan kellu jitfassal abbażi tal-prezz tal-ewwel bejgħ mill-ġdid lil xerrej indipendenti fl-Unjoni. Il-Kummissjoni osservat li f’dan il-każ dan kien fil-parti l-kbira tal-każijiet prezz <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>konsenja bid-dazju<?PAGE NO="19"?> mħallas<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="2019" ID="QE0067"/>, jiġifieri l-ispejjeż kollha sostnuti mill-bejjiegħ mal-wasla fil-post ta’ kunsinna (ir-rikorrenti kienet ipprattikat tali tip ta’ prezz f’79 % tal-każijiet matul it-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors u f’89 % tal-każijiet matul ir-raba’ perijodu). Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz mal-fruntiera tal-Unjoni, li normalment jikkorrispondi għall-prezz [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="2019" ID="QE0068"/>], jiġifieri l-ispejjeż kollha sostnuti qabel il-passaġġ tal-fruntiera inklużi fil-prezz […]<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tieni parti tat-tieni aggravju hija infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Hekk kif ġie rrilevat fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, fl-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda l-possibbiltà li ma jitnaqqsux id-dazji antidumping mill-prezz tal-esportazzjoni mfassal, sa fejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>evidenza konklużiva<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> tiġi prodotta mill-applikant għal rimbors, li turi li dawn id-dazji huma debitament riflessi fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 92 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-prova tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni tista’ tiġi prodotta b’kull mezz, bil-kundizzjoni li tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>konklużiva<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali rrilevat b’mod partikolari, fil-punt 77 tas-sentenza appellata, wara li ppreċiżat li l-evalwazzjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni kellha ssir fi stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni sussegwenti għall-ħlas ta’ dawn id-dazji, jiġifieri fi stadju fejn il-prezz jieħu inkunsiderazzjoni spejjeż addizzjonali fir-rigward ta’ dawk sostnuti fl-istadju tal-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, imwettqa fil-kuntest tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tanalizza dawn il-prezzijiet billi tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż kollha sostnuti qabel dan il-bejgħ mill-ġdid. Fil-fatt, skont il-Qorti Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>ma [t]kunx koerenti […] analiżi tal-prezzijiet iffissati fl-istadju tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>prezz mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="2019" ID="QE0074"/> jew [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="2019" ID="QE0075"/>], anki jekk wieħed iżid id-dazji antidumping b’mod artifiċjali ma’ dawn il-prezzijiet bħalma r-rikorrenti tallega li sar, jiġifieri mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni numru partikolari ta’ spejjeż imġarrba qabel tali bejgħ mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Hija żiedet, fl-imsemmi punt, li, fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, kien indispensabbli li jiġi vverifikat jekk il-provi prodotti mill-importatur ikkonċernat kinux juru li l-prezz effettivament imħallas mill-ewwel xerrejja indipendenti fl-Unjoni matul il-perijodu taħt eżami kien jirrifletti debitament id-dazji antidumping. F’dan il-każ, din il-verifika kienet ġiet iffaċilitata minħabba l-fatt li RFA kienet tbigħ fil-parti l-kbira l-prodott inkwistjoni abbażi tal-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, li kienu jinkludu l-ispejjeż kollha li seħħew qabel il-kunsinna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Qorti Ġenerali essenzjalment ikkunsidrat, fil-punt 78 tas-sentenza appellata, li ma kienx biżżejjed, għall-finijiet li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-oneru tal-prova li jaqa’ fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, li din tibbaża ruħha unikament fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet miġjuba lura fl-istadju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>, anki jekk miżjuda bid-dazji antidumping, sabiex jiġi ġġustifikat li hija kienet għaddiet, matul it-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, id-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tagħha fl-Unjoni. Sabiex tagħmel dan, hija kellha tipproduċi provi li juru li l-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> li hija kienet ipprattikat matul l-imsemmi perijodu kienu jkopru l-ispejjeż sostnuti kollha, inklużi dazji antidumping, ħaġa li hija madankollu ma kinitx għamlet. Għaldaqstant, kien mingħajr ma wettqet żball li l-Kummissjoni kienet naqset id-dazji antidumping mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni sabiex tikkalkola l-prezz tal-esportazzjoni mfassal għat-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li, sa fejn il-punti 77 sa 78 tas-sentenza appellata, li huma biss ikkontestati mill-appellanti fil-kuntest tat-tieni parti tat-tieni aggravju, jikkonċernaw biss it-tielet perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors, l-argumenti mressqa mill-appellanti fir-rigward tar-raba’ perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors huma ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Sussegwentement, hemm lok li jiġi ppreċiżat li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-appellanti, l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku jimponi l-oneru tal-prova fuq il-parti li titlob ir-rimbors, peress li l-Kummissjoni għandha twettaq biss, skont din id-dispożizzjoni, eżami tal-kontenut tal-provi prodotti minn din il-parti, kif ukoll il-verifiki li fuqhom huwa bbażat dan l-eżami, sabiex tiddetermina jekk din ipprovatx b’mod suffiċjenti u b’mod konklużiv li d-dazju antidumping kien debitament rifless fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li bir-riferiment għall-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>konklużiva<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> fl-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni jimponi, fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, livell ta’ oneru tal-prova ikbar minn dak ġeneralment previst skont ir-Regolament bażiku. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-punt 4.1(b) tal-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tad-dazji antidumping, sa fejn jeħtieġ li l-parti li titlob ir-rimbors tipprova <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>b’mod inkonfutabbli<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> li d-dazju antidumping huwa rifless debitament fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u fil-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wara l-eżami tal-provi kollha prodotti mir-rikorrenti, il-Kummissjoni qieset li dawn ma kinux juru b’mod konklużiv fis-sens tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, moqri fid-dawl tal-punt 4.1(b) tal-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tad-dazji antidumping, li d-dazji antidumping kienu debitament u inkontestabbilment riflessi fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni. Fil-punti kkontestati tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali waslet għal din l-istess konklużjoni, wara li għamlet l-evalwazzjoni tagħha stess tal-provi prodotti mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li jitqies li l-argument ta’ RFA li l-Qorti Ġenerali kienet illimitat il-portata tal-provi aċċettabbli skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, unikament għall-informazzjoni dwar il-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>, jirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-allegazzjonijiet ta’ RFA irrilevati fil-punti 82 u 83 ta’ din is-sentenza, li permezz tagħhom l-appellanti tikkritika, essenzjalment, l-applikazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali tar-regoli dwar it-tqassim tal-oneru tal-prova, skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, peress li, hekk kif ġie enfasizzat fil-punt 93 ta’ din is-sentenza, hija kellha l-oneru tal-prova essenzjali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Għalhekk, huwa b’mod żbaljat li l-appellanti tqis li hija għandha tipproduċi biss provi li jikkonfermaw bidla fl-aġir fil-qasam tal-prezz tal-prodott inkwistjoni, fil-konfront tal-klijenti indipendenti tal-Unjoni, wara l-impożizzjoni tad-dazju antidumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-allegazzjoni ta’ RFA li mill-punt 24 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Kummissjoni kienet ammettiet, fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, li l-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>mill-fabbrika<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>CIF<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> kienu jikkostitwixxu, bħal fil-każ tal-prezzijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>konsenja bid-dazju mħallas<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>, prezzijiet mal-fruntiera tal-Unjoni, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan il-punt ma jirrigwardax il-kwistjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, iżda dik relatata mal-aġġustamenti li għandhom isiru, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi żgurat paragun ekwu bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. Issa, hekk kif il-Qorti Ġenerali rrilevat, essenzjalment, fil-punt 77 tas-sentenza appellata, tali aġġustamenti ma humiex rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għaldaqstant dan l-allegazzjoni tal-appellanti għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li t-tieni parti tat-tieni aggravju tiġi miċħuda bħala li hija parzjalment ineffettiva u parzjalment infondata. B’konsegwenza, hemm lok li t-tieni aggravju jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">RFA International LP hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>