|
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/87 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VIII – l-Ombudsman Ewropew
(2009/195/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (C6-0369/2007) (2),
wara li qies ir-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2006,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (3),
wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0092/2008),
|
1. |
Japprova l-kwittanza għall-Ombudsman Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2006; |
|
2. |
Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar kwittanza fir-rigward tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VIII – l-Ombudsman Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (C6-0369/2007) (2),
wara li qies ir-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2006,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (3),
wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li qies ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0092/2008),
|
1. |
Jinnota li fl-2006 l-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) kellu disponibbli approprijazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal total ta' EUR 7 682 538 (2005: EUR 7 224 554), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 88,13 %, taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra; |
|
2. |
Jinnota li r-rendikonti finanzjarji tal-2006 tal-Ombudsman juru riżultat ekonomiku negattiv għal dik is-sena (EUR 1 214 375) u totali identiċi għall-assi u l-obbligi (EUR 2 308 799); |
|
3. |
Jinnota li, fil-perjodu 2003 sa 2006, l-approprijazzjonijiet għall-impenji żdiedu b'mod kostanti minn EUR 4 438 653 għal EUR 7 682 538 (+ 73 %) u l-postijiet minn 31 għal 57 unità (+ 84 %), filwaqt li l-ilmenti żdiedu minn 2 436 għal 3 830 (+ 57 %) u inkjesti ġodda miftuħa minn 253 għal 258 (+ 2 %); |
|
4. |
Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma wasslitx għal osservazzjonijiet fir-rigward tal-Ombudsman; |
|
5. |
Ifakkar li l-Uffiċċju tal-Ombudsman refa' r-responsabbiltà kollha għall-ġestjoni tal-istaff tiegħu minn Jannar 2006; jinnota f'dan il-kuntest li skont ir-rapport tal-Awditur Intern lill-Istituzzjoni Nru 06/04, il-verifika mwettqa biex tevalwa l-effikaċja tal-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll biex jistabbilixxu d-drittijiet individwali tal-istaff “ma indikawx oqsma ta' riskju sinifikanti fil-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll, imma madankollu kkonfermat li l-Istituzzjoni għandha tindirizza għadd ta' kwistjonijiet partikulari”; |
|
6. |
Jinnota l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għad-Delegazzjonijiet fir-rapport ta' ħidma tal-2006 dwar il-fatt li l-awto-evalwazzjoni dwar l-effiċjenza tal-qafas ta' kontroll intern tas-servizzi tal-Ombudsman twettaq kmieni fl-2007 u li l-istampa globali li rriżultat minn dan l-eżerċizzju kienet ta' sodisfazzjoni ġenerali dwar il-livell tat-twettiq tal-istandards ta' kontroll intern (85 % kontra 76 % fl-2004); jinnota wkoll, madankollu, li titjib fl-effikaċja kienu tqiesu li huma meħtieġa f'xi oqsma (l-identifikazzjoni ta' funzjonijiet sensittivi); jinkoraġixxi lill-Ombudsman biex jagħmel l-isforzi kollha biex itejjeb aktar l-effiċjenza tal-qafas ta' kontroll intern tal-istituzzjoni tiegħu; |
|
7. |
Jinnota b'sodisfazzjon li qafas ġdid ta' ftehima ta' koperazzjoni għal perijodu indefinit bejn l-Ombudsman u l-Parlament rigward il-forniment ta' ċerti servizzi amministrattivi, li jinkludu l-bini, l-informatika, il-komunikazzjonijiet, il-pariri legali, is-servizzi mediċi, it-taħriġ, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, kien innegozjat matul l-2005, iffirmat f'Marzu 2006 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006; jinnota wkoll li l-Ombudsman iqis il-ftehima l-ġdida bħala sodisfaċenti f'kollox; |
|
8. |
Jinnota b'sodisfazzjoni li l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-Ombudsman inħatar fl-1 ta' Awwissu 2006; |
|
9. |
Jinnota bi tħassib skont ir-rapport annwali tal-Ombudsman li l-istituzzjoni tiegħu sabet diffikultajiet fir-reklutaġġ fl-2006, b'mod speċjali fir-rigward tal-avukati kwalifikati, minħabba ż-żewġ mewġiet suċċessivi ta' tkabbir (billi ffinalizza r-reklutaġġ mill-Istati Membri li daħlu fl-2004 u ħejja r-reklutaġġ għall-2007), minħabba d-dħul tal-istaff u d-diffikultà biex jattira u jżomm il-kandidati fi Strasburgu b'kuntratti temporanji; josserva li l-Ombudsman jistenna li jsib inqas diffikultajiet fir-reklutaġġ tal-istaff fis-snin li ġejjin; |
|
10. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Ombudsman fl-14 ta' Diċembru 2007 tad-deċiżjoni dwar l-istqarrija annwali tal-interessi tal-Ombudsman; jinnota b'sodisfazzjon li din l-istqarrija tinsab ippubblikata fil-website tal-Ombudsman; |
|
11. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-disponibbiltà tal-Ombudsman li jingħaqad fil-Ftehima Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rigward l-istħarriġ intern mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (6) meta japplika s-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru1073/1999 (7); jinnota b'sodisfazzjon li l-Ombudsman stieden lill-OLAF, permezz ta' ittra mibgħuta fid-9 ta' Jannar 2008, biex jispjega l-fehmiet tiegħu rigward l-utilità u l-modalitajiet tad-dħul potenzjali tal-Ombudsman f'dik il-Ftehima. |
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(7) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).