SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
3 ta’ Ġunju 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ftehim qafas bejn ETUC, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Rifjut ta’ talba ta’ għoti ta’ kollokament għal impjieg fis‑settur pubbliku previst għall-persunal statutorju permanenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-benefiċċju ta’ dan il-kollokament fil-każ ta’ teħid ta’ impjieg temporanju – Kamp ta’ applikazzjoni – Inapplikabbiltà tal-Klawżola 4 – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Fil-Kawża C‑942/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Aragón (il‑Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Aragon, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑17 ta’ Diċembru 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑31 ta’ Diċembru 2019, fil-proċedura
Servicio Aragonés de Salud
vs
LB,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),
komposta minn A. Kumin (Relatur), President tal-Awla, P. G. Xuereb u I. Ziemele, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Tanchev,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għas-Servicio Aragonés de Salud, minn J. Divassón Mendívil, letrado, |
|
– |
għal LB, minn E. Ena Pérez, procuradora, u F. Romero Paricio, abogado, |
|
– |
għall-Gvern Spanjol, minn S. Jiménez García, bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn I. Galindo Martín, N. Ruiz García u M. van Beek, sussegwentement minn I. Galindo Martín u N. Ruiz García, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Klawżola 4 tal‑Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit‑18 ta’ Marzu 1999 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim Qafas”), li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal‑Kunsill 1999/70/KE tat‑28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn is-Servicio Aragonés de Salud (id-Dipartiment tas-Saħħa ta’ Aragón, Spanja, iktar ’il quddiem is-“servizz tas‑saħħa”) u LB dwar ir-rifjut tiegħu li jilqa’ t-talba ta’ din tal-aħħar li jikkollokaha f’pożizzjoni li għandha tiġi okkupata abbażi ta’ kuntratt għal żmien determinat. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
Mill-premessa 14 tad-Direttiva 1999/70 jsegwi li “[l]-partijiet firmatarji xtaqu jikkonkludu ftehim qafas fuq xogħol għal terminu fiss li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet minimi għal kuntratti ta’ impjieg għal terminu fiss u relazzjonijiet ta’ impjieg; huma wrew ix-xewqa tagħhom li jtejbu il-kwalità ta’ xogħol ta’ terminu fiss billi jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni, u xtaqu li jistabbilixxu qafas għall-prevenzjoni ta’ abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti ta’ impjieg jew relazzjonijiet ta’ terminu fiss suċċessivi”. |
|
4 |
Skont il-Klawżola 1 tal-Ftehim Qafas, dan għandu l-iskop:
[…]” |
|
5 |
Il-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas, intitolata “L-iskop”, hija fformulata b’dan il-mod:
|
|
6 |
Il-Klawżola 3 tal-Ftehim Qafas tistipula:
|
|
7 |
Il-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, intitolata “Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni”, tipprevedi:
[…]
|
Id-dritt Spanjol
|
8 |
L-Artikolu 2 tal-Ley 55/2003 del Estatuto Marco del personal estatutario de los servicios de Salud (il-Liġi 55/2003 dwar Statut Qafas tal-Persunal Statutorju tas‑Servizzi tas-Saħħa) tas‑16 ta’ Diċembru 2003 (BOE Nru 301 tas‑17 ta’ Diċembru 2003, p. 44742), jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li din il-liġi hija applikabbli għall-persunal statutorju impjegat fiċ-ċentri jew fl-istituzzjonijiet sanitarji tas-servizzi tas-saħħa tal-komunitajiet awtonomi, jew fiċ-ċentri u s‑servizzi sanitarji tal-amministrazzjoni ġenerali tal-Istat. |
|
9 |
L-Artikolu 62 tal-istess liġi, intitolat “Sitwazzjonijiet Amministrattivi”, jistipula: “Skont is-sistema ġenerali, il-persunal statutorju permanenti tas-servizzi tas-saħħa għandu jitpoġġa f’waħda mis-sitwazzjonijiet amministrattivi li ġejjin:
[…]” |
|
10 |
Skont l-Artikolu 66 tal-Liġi 55/2003, intitolat “Kollokament għal impjieg fis‑settur pubbliku”: “1. Il-persunal statutorju tas-servizzi tas-saħħa huwa kkollokat għal impjieg fis‑settur pubbliku:
[…] 3. Il-persunal statutorju tas-servizzi tas-saħħa kkollokat f’impjieg fis-settur pubbliku ma huwiex irremunerat u t-tul ta’ din is-sitwazzjoni amministrattiva jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-allowances ta’ anzjanità li jingħataw kull tliet snin u għall-avvanz fil-karriera, jekk ikun il-każ, meta huwa jerġa’ jidħol fis-servizz attiv.” |
|
11 |
L-Artikolu 67 ta’ din il-liġi, intitolat “Leave għal raġunijiet personali”, jistipula: “1. Il-persuna kkonċernata għandha tinħareġ fuq leave għal raġunijiet personali ex officio jew fuq talba tagħha, skont ir-regoli li ġejjin:
[…] 2. Fil-każijiet previsti fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu preċedenti, it-tul minimu tal-leave għal raġunijiet personali huwa ta’ sentejn. 3. Il-persunal statutorju tas-servizzi tas-saħħa fuq leave għal raġunijiet personali ma jirċevix remunerazzjoni, u l-perijodu tal-imsemmi leave ma jitteħidx inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-avvanz tiegħu fil-karriera jew tal-allowances ta’ anzjanità li jingħataw kull tliet snin […]”. |
|
12 |
L-Artikolu 15 tar-Reglamento de situaciones Administrativas de los Funcionarios civile de la Administración General del Estado (ir-Regolament ta’ sitwazzjonijiet amministrattivi tal-uffiċjali ċivili tal-amministrazzjoni ġenerali tal‑Istat), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Real Decreto 365/1995 por el que se aprueba el Reglamento de Situaciones Administrativas de los Funcionarios Civiles de la Administración General del Estado (id-Digriet Irjali 365/1995 li japprova r-regolament ta’ sitwazzjonijiet amministrattivi tal-uffiċjali ċivili tal-amministrazzjoni ġenerali tal-Istat) tal‑10 ta’ Marzu 1995 (BOE Nru 85 tal‑10 ta’ April 1995, p. 10636) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Sitwazzjonijiet Amministrattivi”, intitolat “Kollokament għal impjieg fis-settur pubbliku”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-uffiċjali fis-servizz attiv f’korp ieħor ta’ amministrazzjoni pubblika, ħlief jekk ikunu kisbu l-awtorizzazzjoni neċessarja sabiex jegħlbu din l-inkompatibbiltà, kif ukoll dawk li jibdew jaħdmu bħala persunal permanenti f’korpi jew entitajiet tas-settur pubbliku u li ma għandhomx id-dritt li jitpoġġew f’sitwazzjonijiet ta’ servizz attiv jew ta’ leave speċjali, għandhom jitqiegħdu taħt kollokament f’impjieg fis-settur pubbliku ex officio jew fuq talba. Jekk dan l-impjieg huwa post ta’ membru tal-persunal mhux permanenti jew ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien determinat, huwa ma jagħtix id-dritt għal din is-sitwazzjoni amministrattiva. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
13 |
LB ħadmet bħala membru tal-persunal statutorju permanenti tas-servizz tas-saħħa, fil-kategorija tad-dentisti-stomatologi, mill‑14 ta’ Diċembru 2010 sal‑20 ta’ Diċembru 2017. |
|
14 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal‑25 ta’ Novembru 2016, l-Università Complutense de Madrid (Spanja) ipproponiet li LB tinħatar f’pożizzjoni ta’ professur mhux permanenti. Peress li din il-proposta ġiet irratifikata mir-rettorat ta’ din l-università, LB ġiet imsejħa sabiex tibda taqdi l-funzjonijiet tagħha f’din il-pożizzjoni fil‑21 ta’ Diċembru 2017. Għal dan l-għan, intbagħtilha kuntratt għal żmien determinat. |
|
15 |
Minħabba l-inkompatibbiltà bejn l-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet u l-pożizzjoni li hija kienet tokkupa fi ħdan is-servizz tas-saħħa, fl‑1 ta’ Diċembru 2017, LB talbet sabiex hija tibbenefika minn kollokament f’impjieg fis-settur pubbliku, skont l-Artikolu 66(1)(a) tal-Liġi 55/2003. |
|
16 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal‑4 ta’ Diċembru 2017, is-servizz tas-saħħa ċaħad din it-talba, għar-raġuni li l-pożizzjoni li LB kienet ser tokkupa kienet ta’ natura temporanja. Issa, l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Sitwazzjonijiet Amministrattivi jeskludi l-kollokament għal impjieg fis-settur pubbliku meta l-pożizzjoni l-ġdida hija okkupata abbażi ta’ kuntratt għal żmien determinat. |
|
17 |
Wara dan ir-rifjut, LB ressqet talba għal leave għal raġunijiet personali konformement mal-Artikolu 67(1)(a) tal-Liġi 55/2003, li ntlaqgħet. |
|
18 |
LB ippreżentat ukoll rikors ġerarkiku kontra d-deċiżjoni tal‑4 ta’ Diċembru 2017. Wara li dan ir-rikors ġie miċħud, LB ressqet quddiem il-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n 4 de Zaragoza (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali Nru 4 ta’ Zaragoza, Spanja) talba intiża għall-annullament kemm tad-deċiżjoni tal‑4 ta’ Diċembru 2017 kif ukoll ta’ dik li tikkonferma din id-deċiżjoni. Insostenn tat-talba tagħha, LB sostniet, essenzjalment, li l-imsemmija deċiżjonijiet kienu, b’mod partikolari, kuntrarji għall-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, kif iggarantiti mill-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas. |
|
19 |
Permezz ta’ sentenza tad‑9 ta’ Mejju 2019, l-imsemmija qorti laqgħet din it-talba. Dik is-sentenza ppreċiżat li r-rifjut li LB tingħata l-benefiċċju tal-kollokament għal impjieg fis-settur pubbliku, għar-raġuni li l-pożizzjoni fl-amministrazzjoni ta’ destinazzjoni hija għal żmien determinat, jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn ħaddiema għal żmien indeterminat u ħaddiema għal żmien determinat, kif previst f’din il-Klawżola 4. |
|
20 |
Is-servizz tas-saħħa appella minn dik is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, it-Tribunal Superior de Justicia de Aragón (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Aragón, Spanja). Is-servizz tas-saħħa jqis li d-differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema għal żmien determinat u l-ħaddiema għal żmien indeterminat, stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Sitwazzjonijiet amministrattivi, hija ġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi, jiġifieri, b’mod partikolari, in-neċessità li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-provvista ta’ servizz ipprovdut mis-sistema Aragoniża tas-saħħa. |
|
21 |
Il-qorti tar-rinviju għandha xi dubji dwar il-konformità ta’ dan l-Artikolu 15 mal-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn l-imsemmi Artikolu 15 jipprekludi l-kollokament ta’ membru tal-persunal pubbliku meta dan jikseb pożizzjoni għal żmien determinat f’amministrazzjoni differenti minn dik oriġinali, filwaqt li dan l-istess artikolu jippermetti kollokament meta dan il-membru tal-persunal jikseb fl-istess ċirkustanzi pożizzjoni għal żmien indeterminat. Barra minn hekk, il-membru tal-persunal li bbenefika minn tali kollokament, b’differenza minn membru tal-persunal li, wara r-rifjut ta’ dan il-benefiċċju, kien obbligat jieħu leave għal raġunijiet personali sabiex ikun jista’ jokkupa l-pożizzjoni l-ġdida tiegħu, ikun intitolat għal ċerti vantaġġi. |
|
22 |
F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jsegwi li l-kollokament f’impjieg f’amministrazzjoni differenti minn dik ta’ oriġini tal-membru tal-persunal ikkonċernat ma jistax jiġi rrifjutat minħabba bżonnijiet tas-servizz u li l-membri tal-persunal f’din is-sitwazzjoni amministrattiva jżommu l-kwalità tagħhom ta’ uffiċjal tal-amministrazzjoni ta’ oriġini u d-dritt li jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ għoti tal-pożizzjonijiet organizzati minnha. Barra minn hekk, it-tul tal-kollokament fl-amministrazzjoni ta’ destinazzjoni jittieħed inkunsiderazzjoni bħala servizz attiv fl-amministrazzjoni ta’ oriġini. Għalhekk, il-membri tal-persunal li, wara l-kollokament, jerġgħu jintegraw mill-ġdid fl-amministrazzjoni ta’ oriġini tagħhom għandhom dritt għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-progress miksub fl-amministrazzjoni ta’ kollokament. Barra minn hekk, ma huwa previst ebda perijodu minimu fl-imsemmija sitwazzjoni. |
|
23 |
Min-naħa l-oħra, perijodu minimu ta’ servizz attiv għandu jkun twettaq qabel ma persuna tkun tista’ tibbenefika minn leave għal raġunijiet personali. Barra minn hekk, dan jista’ jiġi rrifjutat minħabba bżonnijiet tas-servizz. Barra minn hekk, il-membri tal-persunal f’din is-sitwazzjoni amministrattiva ma jirċevux remunerazzjoni. Bl-istess mod, il-perijodu mgħoddi f’tali sitwazzjoni ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fl-amministrazzjoni tal-oriġini għall-finijiet tal-avvanz, tal-allowances li jingħataw kull tliet snin u tad-drittijiet għall-iskema ta’ sigurtà soċjali. Fl-aħħar nett, il-leave għal raġunijiet personali jingħata għal perijodu minimu. |
|
24 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk id-dritt għall-kollokament f’impjieg fis-settur pubbliku jikkostitwixxix “kundizzjoni tal-impjieg” tal-post għal żmien determinat li l-membru tal-persunal jixtieq jaċċedi għalih. F’dan ir-rigward, hija tindika li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kundizzjoni tal-impjieg li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni hija dik tal-pożizzjoni jew tal-impjieg għal żmien determinat li l-membru tal-persunal kien jokkupa. Madankollu, fil-kawża li għandha quddiemha dik il-qorti, il-kundizzjoni tal-impjieg li għandha tiġi eżaminata hija dik ta’ pożizzjoni għal żmien determinat li għadha ma hijiex okkupata, iżda li l-membru tal-persunal jixtieq jaċċedi għaliha. Għaldaqstant, din il-ġurisprudenza ma hijiex rilevanti għal din il-kawża. |
|
25 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-raġunijiet invokati mill-amministrazzjoni, jiġifieri l-importanza li jiġu evitati nuqqasijiet u danni marbuta mal-instabbiltà tal-persunal f’settur daqstant sensittiv bħal dak tal-provvista tal-kura tas-saħħa, jistgħux jiġġustifikaw differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema għal żmien determinat u l-ħaddiema għal żmien indeterminat. |
|
26 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Superior de Justicia de Aragón (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Aragón) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
27 |
Kemm il-Gvern Spanjol kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jsostnu, essenzjalment, li, sa fejn LB talbet li tibbenefika mill-kollokament f’impjieg fis-settur pubbliku filwaqt li kienet tokkupa pożizzjoni għal żmien indeterminat, din is-sitwazzjoni, konformement mal-punt (1) tal-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, b’tali mod li l-Klażola 4 tal-Ftehim Qafas ma huwiex applikabbli għall-kawża prinċipali. |
|
28 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom hija tiġi adita mill-qorti nazzjonali sabiex tivverifika l-ġurisdizzjoni rispettiva tagħha (sentenza tas‑7 ta’ Settembru 2017, Schottelius, C‑247/16, EU:C:2017:638, punt 24). |
|
29 |
Minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta wkoll li l-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tinterpreta dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li huma effettivament applikabbli fil-proċedura fil-kawża prinċipali (sentenza tas‑7 ta’ Settembru 2017, Schottelius, C‑247/16, EU:C:2017:638, punt 25). |
|
30 |
Sabiex jiġi stabbilit jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jitfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-Ftehim Qafas huwa ddefinit fil-punt (1) tal-Klawżola 2 tiegħu. |
|
31 |
F’dan ir-rigward, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas huwa wiesa’, peress li huwa jkopri b’mod ġenerali l-“ħaddiema għal terminu fiss li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit fil-liġi, fil-ftehim kollettiv jew fil-prattika f’kull Stat Membru”. Barra minn hekk, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “ħaddiem għal terminu fiss”, fis-sens tal-punt (1) tal-Klawżola 3 tal-Ftehim Qafas, tinkludi l-ħaddiema kollha, mingħajr ma tagħmel distinzjoni skont il-kwalità pubblika jew privata tal-persuna li timpjega li magħha huma marbuta, u indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-kuntratt tagħhom taħt id-dritt intern (sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Governo della Repubblica italiana (Status tal-giudici di pace Taljani), C‑658/18, EU:C:2020:572, punt 115 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
32 |
Il-Ftehim Qafas japplika, għaldaqstant, għall-ħaddiema kollha li jipprovdu servizzi rremunerati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat li torbothom mal-persuna li timpjegahom, sakemm dawn ikunu marbuta b’kuntratt jew b’relazzjoni ta’ xogħol, fis-sens tad-dritt nazzjonali, u bl-unika kundizzjoni tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri permezz tal-punt (2) tal-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għal ċerti kategoriji ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol kif ukoll bl-esklużjoni, konformement mar-raba’ paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim Qafas, tal-ħaddiema provviżorji (sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Governo della Repubblica italiana (Status tal-giudici di pace Taljani), C‑658/18, EU:C:2020:572, punt 116 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
33 |
Barra minn hekk, skont il-kliem tal-Klawżola 1(a) tal-Ftehim Qafas, wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li titjieb il-kwalità tax-xogħol għal żmien determinat billi tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Bl-istess mod, fit-tielet paragrafu tiegħu, il-preambolu tal-Ftehim Qafas jippreċiża li dan “[j]uri d-dispożizzjoni ta’ l-Imsieħba Soċjali li jistabbilixxu qafas ġenerali biex jiżguraw trattament ugwali għal ħaddiema għal terminu fiss billi jipproteġuhom kontra d-diskriminazzjoni”. Il-premessa 14 tad-Direttiva 1999/70 tindika għal dan l-għan li l-għan tal-Ftehim Qafas huwa, b’mod partikolari, it-titjib tal-kwalità tax-xogħol għal żmien determinat billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi li jkunu ta’ natura li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni (sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2021, Consulmarketing, C‑652/19, EU:C:2021:208, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
34 |
Il-Ftehim Qafas, b’mod partikolari l-Klawżola 4 tiegħu, huwa intiż li japplika l-imsemmi prinċipju għall-ħaddiema għal żmien determinat sabiex jiġi prekluż l-użu ta’ relazzjoni ta’ impjieg ta’ din in-natura minn persuna li timpjega sabiex iċċaħħad lil dawn il-ħaddiema minn drittijiet li huma rrikonoxxuti lill-ħaddiema għal żmien indeterminat (sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2021, Consulmarketing, C‑652/19, EU:C:2021:208, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
35 |
Konsegwentement, kemm mill-kliem stess tal-punt (1) tal-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas kif ukoll mill-għan imfittex mill-Ftehim Qafas, u b’mod iktar preċiż mill-Klawżola 4 tiegħu, jirriżulta li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif previst f’din il-klawżola tal-aħħar, japplika biss għall-ħaddiema kollha li jipprovdu servizzi rremunerati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat li torbothom mal-persuna li timpjegahom. |
|
36 |
Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, meta LB talbet il-benefiċċju tal-kollokament għal impjieg fis-settur pubbliku sabiex tokkupa l-pożizzjoni temporanja ta’ professur fi ħdan l-Università Complutense de Madrid, hija kienet taħdem għas-servizz tas-saħħa bħala membru statutorju permanenti. Għaldaqstant, fil-mument ta’ din it-talba, hija kienet tipprovdi servizzi rremunerati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indeterminat. |
|
37 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, moqrija flimkien mal-punt (1) tal-Klawżola 2 tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma hijiex applikabbli għal sitwazzjoni li fiha l-benefiċċju ta’ kollokament huwa rrifjutat mill-amministrazzjoni pubblika lil ħaddiem irreklutat abbażi ta’ kuntratt għal żmien indeterminat għar-raġuni li dan il-kollokament huwa intiż li jokkupa relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat. |
|
38 |
Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju. |
Fuq l-ispejjeż
|
39 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Aragón (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Aragon, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑17 ta’ Diċembru 2019. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l‑Ispanjol.