<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-759/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CO0759</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:816">EU:C:2019:816</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tat‑<DATE ISO="20191003">3.10.2019</DATE> – Kawża C‑759/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">OF (Divorzju li jinvolvi wild minuri)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ talba għal divorzju</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà parentali u tal-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-wild minuri tal-koppja</KEYWORD><KEYWORD>Kawża mressqa quddiem qorti tal-Istat tan-nazzjonalità tal-partijiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Residenza tal-wild minuri u tal-ġenituri fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni tal-ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17</KEYWORD><KEYWORD>Verifika tal-ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>responsabbiltà parentali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑759/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Judecătoria Rădăuţi (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Rădăuţi, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20181119">19 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20181203">3 ta’ Diċembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">OF</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">PG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, J. Malenovský u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane u L. Liţu kif ukoll minn C.‑R. Canţăr, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin kif ukoll minn L. Radu Bouyon, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 7 tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 3(1) kif ukoll tal-Artikoli 12 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 82, p. 63</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn OF u PG dwar talba għal divorzju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2201/2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jistgħu, partikolarment, jittrattaw fi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>drittijiet ta’ kustodja u drittijiet ta’ aċċess;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-obbliġazzjonijiet ta’ manteniment;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta’ l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b’sentenza, bl-operazzjoni ta’ l-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta’ kustodja u d-drittijiet ta’ l-aċċess;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>drittijiet ta’ kustodja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandhom jinkludu drittijiet u responsabbilitajiet dwar il-kura ta’ l-persuna ta’ l-minuri, u partikolarment id-drittijiet li jiddeterminaw il-post ta’ residenza ta’ l-minuri;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-ġurisdizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fi kwistjonijiet dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni ħa taqa’ taħt il-kompetenza ta’ l-qrati ta’ l-Istat Membru</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>f’liema territorju:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-konjuġi huma abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>il-konjuġi kienu joqgħodu hemm l-aħħar, peress illi xi ħadd minnhom għadu/għadha residenti hemm, jew</P></ITEM><ITEM><P>il-konvenut huwa abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ ta’ applikazzjoni konġunta, wieħed jew waħda mill-konjuġi huwa abitwalment residenti, jew</P></ITEM><ITEM><P>L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu joqgħodu hemm mill-inqas sena mmedjatament qabel ma’ saret l-applikazzjoni, jew</P></ITEM><ITEM><P>L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu residenti hemm mill-inqas sitt xhur immedjatament qabel saret l-applikazzjoni u jekk wieħed jew waħda minnhom huwa ċittadin ta’ l-Istat Membru in kwistjoni jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> hemmhekk;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dwar in-nazzjonalità taż-żewg konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> taz-żewġ konjuġi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-Proroga ta’ l-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qrati ta’ xi Stat Membru li jeżerċitaw l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 dwar l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni dwar kwalsijasi kwistjoni dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri li għandha x’taqsam ma’ dik l-applikazzjoni fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mill-inqas wieħed mill-konjuġi għandu jew għandha r-responsabbilità bħala ġenituri fir-rigward tal-minuri</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet aċċettata espressament jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-konjuġi u bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità, fil-ħin li l-qorti tieħu pussess ta’ dan, u tkun fl-aqwa nteressi ta’ l-minuri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fejn qorti ta’ Stat Membru għandha l-pussess dwar każ li m’għandiex il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament u dwar liema xi qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, għandha tiddikjara b’mozzjoni proprja li m’għandhiex ġurisdizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 7, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="131" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 131, p. 26</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="008" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 8, p. 19</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 281, p. 29</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Fi kwistjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, fl-Istati Membri, il-ġurisdizzjoni għandha tkun f’idejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-qorti tal-post fejn il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-qorti li, skont il-liġi tagħha stess, għandha l-ġurisdizzjoni biex twettaq proċedimenti li jikkonċernaw l-istatus ta’ persuna jekk il-kwistjoni relatata ma’ manteniment tkun anċillari għal dawk il-proċedimenti, sakemm dik il-ġurisdizzjoni ma tkunx ibbażata unikament fuq iċ-ċittadinanza ta’ waħda mill-partijiet, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-qorti li, skont il-liġi tagħha stess għandha l-ġurisdizzjoni biex iżżomm proċeduri li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta’ ġenitur jekk il-kwistjoni relatata ma’ manteniment tkun anċillari għal dawk il-proċeduri, sakemm dik il-ġurisdizzjoni ma tkunx ibbażata unikament fuq in-nazzjonalità ta’ waħda mill-partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 915 tal-Codul de procedură civilă (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), adottat bil-Legea nr. 134/2010 (il-Liġi Nru 134/2010) (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 247 tal-<DATE ISO="20150410">10 ta’ April 2015</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jistabbilixxi r-regoli ta’ determinazzjoni tal-qorti Rumena li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq talba għal divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 919(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Meta l-konjuġi jkollhom ulied minuri, imwielda qabel jew matul iż-żwieġ jew adottati, il-qorti għandha tiddeċiedi fuq l-eżerċizzju tal-awtorità parentali kif ukoll fuq il-kontribut tal-ġenituri għall-ispejjeż neċessarji għall-iżvilupp u għall-edukazzjoni tal-ulied, anki jekk dan ma jkunx is-suġġett tat-talba għal divorzju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 130(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>In-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni ġenerali tal-qrati jista’ jiġi invokat mill-partijiet jew mill-qorti f’kull stadju tal-kawża<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>OF u PG, ta’ nazzjonalità Rumena, iżżewġu fir-Rumanija matul is-sena 2000. Miż-żwieġ tagħhom, twieled wild matul is-sena sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ftit żmien wara t-twelid tal-wild tagħhom, OF u PG marru joqogħdu l-Italja flimkien ma’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE>, it-Tribunale di Aosta (il-Qorti Distrettwali ta’ Aosta, l-Italja) ikkonstatat is-separazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> tal-konjuġi, fdat il-kustodja esklużiva ta’ dan il-wild lil PG, ommu, u ordnat lil OF, missieru, iħallas manteniment lill-wild tiegħu. Din il-qorti stabbilixxiet ukoll ir-regoli tad-dritt ta’ aċċess tal-missier.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Dan tal-aħħar ressaq talba għal divorzju quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Judecătoria Rădăuţi (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Rădăuţi, ir-Rumanija), fit-<DATE ISO="20180903">3 ta’ Settembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Din il-qorti tikkonstata li l-partijiet stabbilixxew rabtiet sostenibbli mas-soċjetà Taljana u li l-wild, li issa għandu 17‑il sena, ilu jgħix ma’ ommu l-Italja mill-età ta’ sena u nofs.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tikkonstata wkoll li l-partijiet ma ppreżentawx ftehim bil-miktub li jindikaha bħala qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq din it-talba għal divorzju. Hija tenfasizza li anki jekk ir-rikorrent indika biss l-indirizz tad-domiċilju tal-konvenuta, fir-Rumanija, mingħajr ma semma dak tar-residenza tagħha fl-Italja, il-proċedura ta’ ċitazzjoni tal-konvenuta madankollu twettqet debitament skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, peress li omm il-konvenuta kienet iffirmat il-konferma ta’ rċevuta ta’ ċitazzjoni. Barra minn hekk, din l-istess qorti inkludiet in-numru tat-telefon tal-konvenuta fil-fajl, sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiġi kkuntattjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li minkejja li r-rikorrent ma ppreżentax talbiet fil-qasam tar-responsabbiltà parentali u tal-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-wild tiegħu, hija għandha tieħu miżuri f’dan ir-rigward skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi dwar il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal divorzju u sabiex tieħu miżuri fil-qasam tar-responsabbiltà parentali u tal-obbligu ta’ manteniment, fl-assenza ta’ ftehim espress tal-partijiet dwar dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tindika li, fil-fehma tagħha, il-possibbiltà ta’ għażla tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tad-divorzju teżisti biss bejn il-qrati elenkati fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, skont ir-residenza abitwali ta’ waħda mill-partijiet, jew anki tat-tnejn, kif attestat mill-użu, f’din id-dispożizzjoni, tal-konġunzjoni ta’ koordinazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Min-naħa l-oħra, tali possibbiltà ta’ għażla hija eskluża bejn, minn naħa, il-qrati msemmija f’din id-dispożizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament. Skont il-qorti tar-rinviju, il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jipprijoritizza lill-ġurisdizzjoni bbażata fuq ir-residenza abitwali tal-partijiet meta mqabbla ma’ dik ibbażata fuq in-nazzjonalità komuni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ tilwima li għandha bħala suġġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>divorzju li jimplika wild minuri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fl-assenza ta’ ftehim espress tal-partijiet fir-rigward tal-għażla tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni, il-qorti tar-rinviju tqis li għandha tagħti prijorità lir-Regolament Nru 2201/2003 fuq id-dritt nazzjonali u li tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Rumeni. Skont din il-qorti, il-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedu l-partijiet tinsab f’pożizzjoni aħjar sabiex tevalwa l-provi. L-imsemmija qorti ssostni wkoll li mill-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2201/2003 jirriżulta li, meta l-partijiet ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru u jagħżlu bħala qorti<?PAGE NO="6"?> kompetenti fil-qasam tad-divorzju qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tagħhom, din tal-aħħar ma jkollhiex awtomatikament ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ responsabbiltà parentali u ta’ obbligu ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Judecătoria Rădăuţi (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Rădăuţi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li nuqqas min-naħa tal-konvenut li jqajjem oġġezzjoni li l-qrati Rumeni ma għandhomx ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex jiddeċiedu fuq każ li jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>divorzju li jinvolvi minuri<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jammonta għall-kunsens taċitu tiegħu għall-każ li bih hija adita l-qorti mir-rikorrent, fejn il-partijiet għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru ieħor (fil-każ preżenti, l-Italja) u fejn il-proċeduri tad-divorzju tressqu quddiem qorti tal-Istat li tiegħu l-partijiet huma ċittadini?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti tista’ jew għandha tqajjem, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, oġġezzjoni li l-qrati Rumeni ma għandhomx ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex jiddeċiedu fuq każ dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>divorzju li jinvolvi minuri<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fejn ma kien hemm l-ebda ftehim bejn il-partijiet, li huma residenti fi Stat Membru ieħor [tal-Unjoni Ewropea] (fil-każ preżenti, l-Italja), dwar l-għażla tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni (li tirriżulta fl-azzjoni miċħuda bħala li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati Rumeni), li għandha prijorità fuq l-Artikolu 915(2) tal-Codul de procedură civilă (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), skont liema tista’ titqajjem oġġezzjoni li l-Judecătoria Rădăuţi (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, Rădăuţi) ma għandhiex ġurisdizzjoni territorjali esklussiva (li tirriżulta fiċ-ċaħda ta’ ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi fuq il-każ favur il-Judecătoria Sectorului 5 Bucureşti (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, is-Settur 5, Bukarest) u l-kawża li ġiet deċiża fuq il-merti), speċjalment minħabba li dawk id-dispożizzjonijiet huma inqas favorevoli mid-dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata (l-Artikolu 915(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-espressjoni li tinsab fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet aċċettata... xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-konjuġi u bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità, fil-ħin li l-qorti tieħu pussess ta’ dan<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fejn il-partijiet, li huma abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor [tal-Unjoni Ewropea] (fil-każ preżenti, l-Italja), jagħżlu bħala l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fi proċeduri ta’ divorzju, qorti tal-Istat li tagħha huma ċittadini (il-Judecătoria Rădăuţi (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, Rădăuţi) fir-Rumanija), dik il-qorti awtomatikament għandha wkoll ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq kapijiet tat-talbiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>tal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, il-post tar-residenza abitwali tal-minuri u d-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-ġenituri għall-ispejjeż tal-kura u tal-edukazzjoni tal-minuri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>responsabbiltà tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> msemmi fl-Artikolu 2(7) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi wkoll il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>awtorità tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> msemmija fl-Artikolu 483 tal-Codul civil (il-Kodiċi Ċivili), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ir-residenza abitwali tal-minuri<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> kopert mill-Artikolu 400 tal-Kodiċi Ċivili, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>il-kontribut tal-ġenituri għall-ispejjeż tal-kura u l-edukazzjoni tal-minuri<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> koperti mill-Artikolu 402 tal-Kodiċi Ċivili?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ talba għal divorzju, meta l-applikant jadixxi qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, filwaqt li r-residenza abitwali tagħhom tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, in-nuqqas ta’ invokazzjoni mill-konvenut ta’ eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali jikkorrispondi għal kunsens taċitu min-naħa tiegħu dwar il-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, li jistabbilixxi l-kriterji ta’ ġurisdizzjoni ġenerali fil-qasam matrimonjali, ma jipprevedix in-neċessità ta’ kunsens tal-konvenut dwar l-għażla tal-qorti magħmula mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-imsemmi Artikolu 3(1) jelenka diversi motivi ta’ ġurisdizzjoni fil-punti (a) u (b), li ma hemm ebda ġerarkija bejniethom, b’tali mod li l-kriterji kollha stabbiliti f’din id-dispożizzjoni huma alternattivi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hadadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:474">EU:C:2009:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet ukoll li s-sistema ta’ tqassim tal-ġurisdizzjonijiet stabbilita mir-Regolament Nru 2201/2003 fil-qasam tax-xoljiment tar-rabta matrimonjali ma hijiex intiża li teskludi diversi qrati milli jkollhom ġurisdizzjoni. Għall-kuntrarju, hija espressament prevista l-koeżistenza ta’ diversi qrati li għandhom ġurisdizzjoni, mingħajr ma hemm stabbilita ebda ġerarkija bejniethom (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hadadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:474">EU:C:2009:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-partijiet ikkonċernati, f’dan il-każ qorti Rumena, għandha ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 sabiex tiddeċiedi fuq talba għal divorzju mressqa mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ talba għal divorzju, meta r-rikorrent jadixxi qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, filwaqt li r-residenza abitwali tagħhom tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba skont il-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni. Peress li ma huwiex meħtieġ il-kunsens tal-konvenut, ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat il-punt dwar jekk in-nuqqas ta’ invokazzjoni mill-konvenut ta’ eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni jikkostitwixxix kunsens taċitu dwar il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2201/2003 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-koppja li qiegħed jintalab ix-xoljiment taż-żwieġ tagħha jkollha wild minuri għandu l-effett li jippermetti jew li jeżiġi lill-qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-partijiet li ġiet adita tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali fl-assenza ta’ ftehim tal-partijiet dwar il-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament Nru 2201/2003 u konformement mal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka li fuqu huwa bbażat, kull qorti għandha, skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Liberato</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:24">EU:C:2019:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Hekk kif ġie rrilevat b’risposta għall-ewwel domanda, konformement mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, ma huwiex meħtieġ ftehim tal-partijiet dwar il-qorti adita.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi enfasizzat li, fid-dawl tal-għan ta’ dan ir-regolament, intiż li jiggarantixxi ċ-ċertezza legali, l-Artikolu 6 tiegħu jipprevedi, essenzjalment, li l-ġurisdizzjonijiet iddefiniti fl-Artikoli 3 sa 5 tal-imsemmi regolament għandhom natura esklużiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hadadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:474">EU:C:2009:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-fatt li l-koppja kkonċernata jkollha wild minuri li ma jagħmilx parti mill-kriterji ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti f’dawn l-Artikoli 3 sa 5 u peress li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2201/2003, li jipprevedi ġurisdizzjoni residwa jekk it-talba ma taqax taħt l-imsemmija Artikoli 3 sa 5, hemm lok li jitqies li dan il-fatt ma huwiex rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-qorti adita għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, din il-qorti ma tistax tqajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2201/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-koppja li qiegħed jintalab ix-xoljiment taż-żwieġ tagħha jkollha wild minuri ma huwiex rilevanti għad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal divorzju. Peress li l-qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, adita mir-rikorrent, ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba skont l-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, din il-qorti ma tistax, anki fl-assenza ta’ ftehim bejn il-partijiet dwar dan is-suġġett, tqajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, adita mir-rikorrent, ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fil-qasam tad-divorzju skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, il-kundizzjoni dwar l-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni prevista f’dan l-Artikolu 12(1)(b) tkun issodisfatta, b’tali mod li din il-qorti jkollha awtomatikament ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet ta’ responsabbiltà parentali u ta’ obbligu ta’ manteniment relatati mal-wild ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, sabiex jiġi ssodisfatt l-interess superjuri tal-wild u jiġi pprivileġġat il-kriterju ta’ prossimità, l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2201/2003 jistabbilixxi ġurisdizzjoni ġenerali fil-qasam tar-responsabbiltà parentali favur qrati tal-Istat Membru fejn il-wild ikollu r-residenza abitwali tiegħu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170215">15 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>W u V</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:118">EU:C:2017:118</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Kif jirriżulta b’mod ċar mill-kliem tiegħu, l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprevedi l-possibbiltà ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà parentali favur qrati tal-Istat Membru fejn il-ġurisdizzjoni tiġi eżerċitata skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament sabiex tingħata deċiżjoni dwar talba għal xoljiment tar-rabta matrimonjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>L</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑656/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2364">EU:C:2014:2364</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, qorti li għandha ġurisdizzjoni skont dan l-Artikolu 12(1) għandha wkoll ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment, skont l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009, meta t-talba relatata mal-obbligu ta’ manteniment tkun anċillari għall-azzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà parentali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170215">15 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>W u V</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:118">EU:C:2017:118</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmi Artikolu 12(1) jeżiġi li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ftehim espress jew minn tal-inqas inekwivoku dwar l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà parentali bejn il-partijiet kollha fil-proċedura meta tiġi adita l-qorti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fi proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali, li s-suġġett tagħha ma huwiex ir-responsabbiltà parentali, iżda biss ix-xoljiment tar-rabta matrimonjali, u fejn il-konvenut ma jkunx deher, għandu jiġi kkonstatat li la r-rikorrent u lanqas il-konvenut ma aċċettaw espressament jew, minn tal-inqas, inekwivokament il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita sabiex tiddeċiedi dwar kwistjonijiet relatati ma’ din ir-responsabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal divorzju skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma tistax titqies, skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament, li għandha ġurisdizzjoni u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, li għandha awtomatikament ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-responsabbiltà parentali u l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-wild minuri kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mid-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>PM</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑604/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:10">EU:C:2018:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fejn ġie deċiż li mit-termini stess tar-Regolament Nru 2201/2003 jirriżulta li qorti ta’ Stat Membru li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi, skont l-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, fuq talba għal divorzju ta’ konjuġi li għandhom in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru ma għandhiex, min-naħa l-oħra, ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-dritt ta’ kustodja u d-dritt ta’ aċċess fir-rigward tal-wild ta’ dawn il-konjuġi, meta dan tal-aħħar, fid-data li fiha tiġi adita din il-qorti, ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tal-imsemmi regolament, u li l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tingħata din il-ġurisdizzjoni lill-imsemmija qorti skont l-Artikolu 12 tal-istess regolament ma jkunux issodisfatti, fid-dawl, barra minn hekk, tal-fatt li miċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali lanqas ma jirriżulta li din il-ġurisdizzjoni tista’ tkun ibbażata fuq artikoli oħra tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, adita mir-rikorrent, ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fil-qasam tad-divorzju skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, il-kundizzjoni relatata mal-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni, prevista f’dan l-Artikolu 12(1)(b), ma tistax titqies li hija ssodisfatta, peress li l-proċedura ma jkollhiex bħala għan ir-responsabbiltà parentali u peress li l-konvenut ma jkunx deher. F’din is-sitwazzjoni, il-qorti adita, li jkollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-divorzju tal-konjuġi, ma jkollhiex ġurisdizzjoni, skont dan l-Artikolu 12(1)(b) u l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009, sabiex tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw, rispettivament, ir-responsabbiltà parentali u l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-wild ikkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>responsabbiltà parentali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003, għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>awtorità parentali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>residenza tal-wild<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>kontribuzzjoni tal-ġenituri għall-ispejjeż neċessarji għall-iżvilupp u għall-edukazzjoni tal-wild<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, kif previsti fid-dritt nazzjonali kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha biss is-setgħa li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni tat-Trattati u ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u li ma huwiex kompitu tagħha li tevalwa d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti nazzjonali, għandu jsir riferiment għall-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2201/2003, li jispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u jipprovdi, fil-paragrafu 1(b) tiegħu, li dan japplika għall-oqsma relatati mal-attribuzzjoni, mal-eżerċizzju, mad-delegazzjoni, mal-irtirar totali jew parzjali tar-responsabbiltà parentali u, fil-paragrafu 2 tiegħu, li l-oqsma msemmija jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-dritt ta’ kustodja u d-dritt ta’ aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>responsabbilità parentali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> huwa ddefinit fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2201/2003 bħala li jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha kkonferiti lil persuna fiżika jew lil persuna ġuridika abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ta’ attribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> jew ta’ ftehim fis-seħħ, fir-rigward tal-persuna jew tal-beni ta’ wild, b’mod partikolari d-drittijiet ta’ kustodja u d-drittijiet ta’ aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>dritt ta’ kustodja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> huwa ddefinit fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2201/2003 bħala li jkopri d-drittijiet u l-obbligi li jirrigwardaw il-kura tal-persuna tal-wild, b’mod partikolari d-dritt li jiġi ddeterminat il-post ta’ residenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, minn naħa, li l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>partikolarment<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 jimplika li l-enumerazzjoni li tinsab f’din id-dispożizzjoni hija ta’ natura indikattiva u, min-naħa l-oħra, li r-responsabbiltà parentali, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, kienet is-suġġett ta’ definizzjoni wiesgħa (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071127">27 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>C</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:714">EU:C:2007:714</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>responsabbiltà parentali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2201/2003, ikopri b’mod partikolari d-deċiżjonijiet kollha fil-qasam tad-dritt ta’ kustodja u ta’ residenza tal-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament Nru 2201/2003, dan ma japplikax għall-obbligi ta’ manteniment. Dawn jaqgħu, min-naħa l-oħra, taħt ir-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>responsabbiltà parentali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri d-deċiżjonijiet relatati, b’mod partikolari, mad-dritt ta’ kustodja u mar-residenza tal-wild, iżda li ma jkoprix il-kontribuzzjoni tal-ġenituri għall-ispejjeż neċessarji għall-iżvilupp u għall-edukazzjoni tal-wild, li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>obbligu ta’ manteniment<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ talba għal divorzju, meta r-rikorrent jadixxi qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, filwaqt li r-residenza abitwali tagħhom tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba skont il-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni.<?PAGE NO="11"?> Peress li ma huwiex meħtieġ kunsens tal-konvenut, ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat il-punt dwar jekk in-nuqqas ta’ invokazzjoni mill-konvenut ta’ eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni jikkostitwixxix kunsens taċitu dwar il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2201/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-koppja li qiegħed jintalab ix-xoljiment taż-żwieġ tagħha jkollha wild minuri ma huwiex rilevanti għad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal divorzju. Peress li l-qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, adita mir-rikorrent, ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba skont l-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, din il-qorti ma tistax, anki fl-assenza ta’ ftehim bejn il-partijiet dwar dan is-suġġett, tqajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, adita mir-rikorrent, ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fil-qasam tad-divorzju skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, il-kundizzjoni relatata mal-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni, prevista f’dan l-Artikolu 12(1)(b), ma tistax titqies li hija ssodisfatta, peress li l-proċedura ma jkollhiex bħala għan ir-responsabbiltà parentali u peress li l-konvenut ma jkunx deher. F’din is-sitwazzjoni, il-qorti adita, li jkollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-divorzju tal-konjuġi, ma jkollhiex ġurisdizzjoni, skont dan l-Artikolu 12(1)(b), u l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009, sabiex tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw, rispettivament, ir-responsabbiltà parentali u l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-wild ikkonċernat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>responsabbiltà parentali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri d-deċiżjonijiet relatati, b’mod partikolari, mad-dritt ta’ kustodja u mar-residenza tal-wild, iżda li ma jkoprix il-kontribuzzjoni tal-ġenituri għall-ispejjeż neċessarji għall-iżvilupp u għall-edukazzjoni tal-wild, li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>obbligu ta’ manteniment<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>