|
29.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1943
tas-27 ta' Ottubru 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE billi testendi l-periodu ta' applikazzjoni tal-miżuri protettivi kontra l-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja
(notifikata bid-dokument C(2015) 7330)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE (3) stabbiliet ċerti miżuri protettivi wara notifiki mill-Italja dwar l-okkorrenza tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) fir-reġjuni tal-Kalabrija u ta' Sqallija. Hija applikabbli sat-30 ta' Novembru 2015. |
|
(2) |
Fis-16 ta' Settembru 2015, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi mwettqa skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE, kif ukoll is-sorveljanza attiva fir-rigward tal-okkorrenza tal-koleotteru tal-ġabsala fir-reġjuni Taljani kkonċernati, instabu infestazzjonijiet ġodda fil-Kalabrija. |
|
(3) |
L-istandards internazzjonali stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) jirrakkomandaw stħarriġ annwali li għandu jitwettaq qabel ma żona terġa' tikseb l-istatustagħha ta' żona ħielsa mill-infestazzjonijiet. Huwa diffiċli li jiġu stabbiliti eżatt l-iżviluppi epidemjoloġiċi tal-infestazzjonijiet tal-koleotteru tal-ġabsala peress li s-sintomi jistgħu jgħaddu mingħajr ma jinduna ħadd bihom u infestazzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jaffettwaw ukoll kolonji tan-naħal selvaġġi. L-infestazzjonijiet irrappurtati qabel fl-Italja, fl-2014, ġew identifikati matul il-ħarifa, bejn Settembru u Diċembru. Għalhekk, l-istħarriġ annwali attwali u futur għandu jkopri l-perjodu kollu tal-ħarifa tal-2015 u l-2016, rispettivament. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-fatt li s-sitwazzjoni epidemjoloġika f'dawn ir-reġjuni tal-Italja għadha ma ġietx stabbilita filwaqt li jonqos informazzjoni dwar l-istħarriġ attwali u futur, huwa saħansitra meħtieġ li tiġi estiża l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/909/UE b'xi xhur wara t-tmiem mistenni tal-istaġun tat-trobbija tan-naħal li jmiss fi tmiem Novembru 2016. |
|
(5) |
Il-perjodu ta' applikabbiltà u l-miżuri fis-seħħ għandhom jiġu riveduti fi kwalunkwe waqt fid-dawl ta' informazzjoni ġdida dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika tar-reġjuni Taljani milquta. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2017.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċizjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 161).