|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2760 |
14.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11818 — INTERPARKING/SABA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2760)
1.
Fil-5 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Interparking S.A. (“Interparking”, il-Belġju), ikkontrollata minn Ageas SA, (il-Belġju), |
|
— |
Saba Infraestructuras, S.A. (“Saba”, Spanja), attwalment ikkontrollata minn Criteria, (Spanja). |
Interparking se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Saba kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Interparking hija kumpanija ta’ Interparking Group, li hija attiva fid-disinn, il-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta’ parkeġġi pubbliċi bi ħlas fit-triq u mhux fit-triq. Għandha preżenza fl-Awstrija, fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Italja, fin-Netherlands, fil-Polonja, fir-Rumanija u fi Spanja, |
|
— |
Saba hija l-kumpanija azzjonarja ta’ Saba Group, li hija attiva fil-ġestjoni tal-parkeġġi pubbliċi bi ħlas. Għandha preżenza f’Andorra, fiċ-Ċilì, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fl-Italja, fil-Portugall, fis-Slovakkja, fi Spanja u fir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11818 — INTERPARKING / SABA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2760/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)