|
30.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 288/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1064/2008
tad-29 ta' Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 957/2008 li jidderoga għall-perjodu tal-kwoti 2008/2009 mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet fil-forma ta’ minuti maqbula rigward l-emenda tal-konċessjonijiet previsti għal-laħam tat-tjur, bejn il-Komunità Ewropea u, rispettivament, ir-Repubblika Federali tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja, skond it-Titolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT 1994) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 957/2008 (3) jipprovdi li l-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għall-prodotti li joriġinaw mill-Brażil għat-tielet subperjodu tal-kwota bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu 2009, ġie pospost għall-ewwel sebat ijiem ta’ Novembru 2008. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-inċertezza li għad hemm rigward il-kundizzjonijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw mill-Brażil, u b’kunsiderazzjoni għall-fatt li jeħtieġ żmien addizzjonali biex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni għall-operaturi fir-rigward ta’ dawn il-kundizzjonijiet, jaqbel li f’dan l-istadju, l-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għas-subperjodu msemmi tal-kwota tiġi posposta mill-ġdid f’dak li jirrigwarda l-importazzjonijiet imsemmija. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 957/2008 għandu jiġi emendat skond dan. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-fatt li l-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għas-subperjodu li jmiss kellu jibda fl-1 ta’ Novembru 2008, huwa essenzjali li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 957/2008 għandu jinbidel b’li ġej:
“Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu tal-kwota li jibda mill-1 ta’ Jannar 2009, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat għall-prodotti tal-gruppi 1, 4 u 7 tista’ tiġi ppreżentata biss fl-ewwel sebat ijiem ta’ Diċembru 2008.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.