<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-649/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0649</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:986">EU:C:2017:986</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20171220">20.12.2017</DATE> – Kawża C-649/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Valach <HT TYPE="ITALIC">eT</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni għal responsabbiltà delittwali kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri li rrifjutaw pjan ta’ rkupru fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-649/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20161219">19 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Peter Valach,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alena Valachová,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">SC Europa ZV II a.s.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">SC Europa LV a.s.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">VAV Parking a.s.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">SC Europa BB a.s.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Byty A s.r.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Waldviertler Sparkasse Bank AG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Československá obchodná banka a.s.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Banská Bystrica,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Valach, Valachová, SC Europa ZV II a.s., SC Europa LV a.s., VAV Parking a.s., SC Europa BB a.s. u Byty A s.r.o., minn Z. Nötstaller, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal Waldviertler Sparkasse Bank AG, Československá obchodná banka a.s. u Stadt Banská Bystrica, minn S. Fruhstorfer, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u M. Heller, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn P. Valach, A. Valachová, SC Europa ZV II a.s, SC Europa LV a.s., VAV Parking a.s., SC Europa BB a.s. kif ukoll Byty A s.r.o., u Waldviertler Sparkasse Bank AG, Československá obchodná banka a.s. u Stadt Banská Bystrica (il-belt ta’ Banská Bystrica) dwar azzjoni għal responsabbiltà delittwali wara r-rifjut ta’ pjan ta’ rkupru fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna lil VAV invest s.r.o..</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1215/2012</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 10 u 34 tar-Regolament Nru 1215/2012 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(10)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri l-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali prinċipali kollha barra ċerti kwistjonijiet definiti sew […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata bil-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjonital-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)], ir-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 44/2001 [<HT TYPE="BOLD">tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali</HT> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti:<?PAGE NO="3"?> Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)] u dan ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Brussell […] u r-Regolamenti li jissostitwixxieha.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 huwa fformulat kif ġej</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>falliment, proċedimenti relatati mal-istralċ ta’ kumpanniji insolventi jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, ftehimiet u proċedimenti analogi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 <HT TYPE="BOLD">tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) jipprovdu</HT>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(4)</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ għal funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu evitati inċentivi għal partijiet li jittrasferixxu assi jew proċedimenti ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor, biex b’hekk ifittxu sitwazzjoni legali aktar favorevoli (forum shopping).</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw ġurisdizzjoni għal ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] u ġudizzji li jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet rigward l-għarfien ta’ dawk il-ġudizzji u rigward il-liġi applikabbli li tissodisfa wkoll dak il-prinċipju.”</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] li huma marbuta ma’ l-egħluq ta’ kumpannija jew ta’ persuni ġuridiċi oħrajn falluti, arranġamenti ġudizzjarji, komposizzjonijiet u proċedimenti analogi huma esklużi mill-iskop tal-Konvenzjoni ta’ Brussel […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għand[hom] jkoll[hom] l-ġurisdizzjoni biex jif[tħu] il-proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza]. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-preżunzjoni tkun li l-post tal-uffiċċju rreġistrat ikun iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Slovakk</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 415 Občiansky zákonník (il-Kodiċi Ċivili Slovakk) jipprodi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kulħadd huwa obbligat jaġixxi b’mod li ma jikkawżax dannu għas-saħħa, għall-patrimonju, għan-natura u għall-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 420(1) ta’ dan il-kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kulħadd huwa responsabbli għad-dannu li jkun ikkawża meta jonqos minn obbligu legali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont it-talba għal deċiżjoni preliminari, il-proċedura ta’ insolvenza, fid-dritt Slovakk, tagħmel distinzjoni bejn il-proċedura ta’ falliment u l-proċedura ta’ ristrutturazzjoni. Din tal-aħħar hija rregolata mill-Artikoli 108 sa 165 tal-Liġi dwar l-Insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 127(1) tal-Liġi dwar l-Isolvenza, il-bord ta’ kredituri għandu jkun kompost minn tliet jew ħames membri li jiġu maħtura mill-grupp tal-kredituri skont l-imsemmija liġi. Skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, il-membri kollha tal-bord ta’ kredituri għandhom jaġixxu fl-interessi komuni tal-grupp tal-kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Dan il-bord għandu l-missjoni, flimkien mal-grupp tal-kredituri, li japprova, skont l-Artikolu 133(1) tal-imsemmija liġi, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li għandu jiġi stabbilit mid-debitur fallut. Jekk il-bord ta’ kredituri jiċħad il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ma jadottax id-deċiżjoni fit-termini previsti fl-Artikolu 144(1) tal-Liġi dwar l-Insolvenza, huwa l-kuratur li għandu jitlob mingħajr dewmien il-ftuħ tal-proċedura ta’ falliment, skont l-Artikolu 144(2) ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>VAV invest hija kumpannija fid-dritt Slovakk li l-assi tagħha huma suġġetti għal proċedura ta’ ristrutturazzjoni miftuħa fis-Slovakkja. Waldviertler Sparkasse Bank, Československá obchodná banka u Stadt Banská Bystrica (il-belt ta’ Banská Bystrica) ġew maħtura membri tal-bord ta’ kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>VAV invest ippreżentat, kif huwa previst mil-Liġi dwar l-Insolvenza, pjan ta’ ristrutturazzjoni. Madankollu, il-bord ta’ kredituri, fil-laqgħa tal-<DATE ISO="20151211">11 ta’ Diċembru 2015</DATE>, ċaħad dan il-pjan mingħajr ma offra raġuni komprensibbli, li wassal għall-falliment tal-proċedura ta’ ristrutturazzjoni u għal-likwidazzjoni tal-assi ta’ VAV invest fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment miftuħa sussegwentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Minħabba ċ-ċaħda tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, minn naħa, P. Valach u A. Valachová jsostnu li sofrew dannu minħabba t-telf ta’ valur sostanzjali tal-ishma ta’ VAV invest li huma kellhom, kif ukoll telf ta’ dħul. Min-naħa l-oħra, SC Europa ZV II, SC Europa LV, VAV Parking, SC Europa BB u Byty A, bħala kumpanniji proġett, allegatament sostnew dannu kkawżat mir-riskju ta’ falliment ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni jew minħabba id-dewmien tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqu azzjoni għal responsabbiltà quddiem il-Landesgericht Krems an der Donau (il-Qorti Reġjonali ta’ Krems an der Donau, l-Awstrija) u jsostnu li Waldviertler Sparkasse Bank, Československá obchodná banka u Stadt Banská Bystrica (il-belt ta’ Banská Bystrica) kisru l-obbligu ġenerali ta’ prevenzjoni previst fl-Artikolu 415 tal-Kodiċi Ċivili Slovakk kif ukoll l-obbligi tagħhom bħala membri tal-bord ta’ kredituri abbażi tal-Liġi dwar l-Insolvenza, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ aġir fl-interess komuni tal-kredituri kollha, u li huma, konsegwentement, responsabbli għad-danni li sostnew, skont l-Artikolu 420 tal-Kodiċi Ċivili Slovakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Landesgericht Krems an der Donau (il-Qorti Reġjonali ta’ Krems an der Donau) ċaħdet ir-rikors mingħajr eżami fil-mertu, minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali. Skont din il-qorti, l-azzjoni għal responsabbiltà hija inseparabbli mill-funzjoni tal-konvenuti fil-kawża prinċipali bħala membri tal-bord ta’ kredituri u mill-obbligi li jirriżultaw skont il-Liġi dwar l-Insolvenza. Din l-azzjoni għal responsabbiltà għalhekk tirriżulta direttament mid-dritt tal-insolvenza u hija f’rabta stretta miegħu. Għalhekk hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 abbażi<?PAGE NO="5"?> tal-Artikolu 1(2)(b) ta’ dan ir-regolament u, għaldaqstant, hemm lok li jiġi applikat għaliha r-Regolament Nru 1346/2000. F’dan il-każ, il-qorti kompetenti hija dik li bdiet il-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali appellaw quddiem l-Oberlandesgericht Wien (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna, l-Awstrija), li kkonfermat iċ-ċaħda tal-appell minħabba nuqqas ta’ kompetenza internazzjonali sa fejn l-azzjoni inkwistjoni taqa’ taħt il-proċedura ta’ insolvenza peress li tirrigwarda n-nuqqas ta’ osservanza minn korp obbligatorju previst minn din tal-obbligi tiegħu fl-interess tal-massa ta’ kredituri. Hija taqa’, bħala azzjoni annessa mal-proċedura ta’ insolvenza, taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw appell fil-kassazzjoni quddiem l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar id-delimitazzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tar-Regolamenti Nri 1215/2012 u 1346/2000, b’mod partikolari, f’dak li jikkonċerna azzjoni għal responsabbiltà għad-danni mibdija kontra membri ta’ bord ta’ kredituri minħabba l-aġir tagħhom f’vot fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament […] Nru 1215/2012 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni intiża bħala talba għad-danni fuq il-bażi ta’ responsabbiltà delittwali ppreżentata kontra membri ta’ kumitat ta’ kredituri minħabba l-aġir illegali tagħhom meta ttieħed vot fir-rigward ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza mid-detenturi ta’ ishma fil-kumpannija debitriċi fallita, bħalma huma l-ewwel u t-tieni rikorrenti, u mill-kumpanniji proġett li kienu f’relazzjoni kummerċjali mal-kumpannija debitriċi fallita, bħalma huma t-tielet sas-seba’ rikorrenti, taqa’ fil-kamp tal-insolvenza fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 u hija, għalhekk, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ dan ir-regolament?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal azzjoni għal responsabbiltà delittwali, imressqa kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri minħabba l-aġir tagħhom matul vot dwar pjan ta’ ristrutturazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, u li għalhekk tali azzjoni hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-risposta għad-domanda preliminari teżiġi li tiġi ddeterminata l-portata tal-ġurisdizzjoni tal-qorti li fetħet il-proċedura ta’ insolvenza, sa fejn l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012, li japplika fil-qasam ċivili u kummerċjali, jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-premessa 34 tar-Regolament Nru 1215/2012, għandha tiġi żgurata l-kontinwità neċessarja, minn naħa, bejn il-Konvenzjoni ta’ Brussell, ir-Regolament Nru 44/2001 u r-Regolament Nru 1215/2012, u, min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ din il-konvenzjoni u tar-regolamenti li jissostitwixxuha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Regolamenti Nri 1215/2012 u 1346/2000 għandhom jiġu interpretati b’mod li tiġi evitata kull sovrappożizzjoni bejn ir-regoli tad-dritt stabbiliti minn dawn it-testi u kull lakuna legali. Għalhekk, l-azzjonijiet esklużi, abbażi tal-Artikolu 1(2)(b)<?PAGE NO="6"?> tar-Regolament Nru 1215/2012, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, sa fejn dawn jaqgħu taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000. B’mod simetriku, l-azzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament 1346/2000 jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tünkers France u Tünkers Maschinenbau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-641/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:847">EU:C:2017:847</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 10 tar-Regolament Nru 1215/2012, l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jagħti interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li jinsab fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament u, konsegwentement, kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ta’ dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tünkers France u Tünkers Maschinenbau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:847">EU:C:2017:847</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huma biss l-azzjonijiet li joriġinaw direttament minn proċeduri ta’ insolvenza u li huma marbuta mill-qrib magħhom li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012. Konsegwentement, dawn l-azzjonijiet biss jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tünkers France u Tünkers Maschinenbau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:847">EU:C:2017:847</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, huwa dan l-istess kriterju indikat fil-premessa 6 tar-Regolament Nru 1346/2000 li jintuża sabiex jiġi ddeterminat s-suġġett ta’ dan tal-aħħar. Fil-fatt, skont din il-premessa, l-imsemmi regolament għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġurisdizzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza u t-teħid ta’ deċiżjonijiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment [proċedura ta’ insolvenza] u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi ddeterminat, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jekk azzjoni għal responsabbiltà delittwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tissodisfax dan il-kriterju doppju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kriterju, għandu jitfakkar li, sabiex jiġi ddeterminat jekk azzjoni toriġinax direttament minn proċeduri ta’ insolvenza, l-element determinanti adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tidentifika l-qasam li fih taqa’ azzjoni ma huwiex il-kuntest proċedurali li fih taqa’ din l-azzjoni, iżda l-bażi legali ta’ din tal-aħħar. Skont dan l-approċċ, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk id-dritt jew l-obbligu li fuqu tkun ibbażata l-azzjoni joriġinax mir-regoli komuni tad-dritt ċivili u kummerċjali jew minn regoli derogatorji, speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tünkers France u Tünkers Maschinenbau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-641/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:847">EU:C:2017:847</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-azzjoni fil-kawża prinċipali hija intiża sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-membri tal-bord ta’ kredituri li, matul vot li nżamm fil-<DATE ISO="20151211">11 ta’ Diċembru 2015</DATE>, irrifjuta l-pjan ta’ ristrutturazzjoni propost minn VAV invest. Huwa minħabba tali ċaħda li nfetħet il-proċedura ta’ falliment. Issa, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jikkunsidraw li l-bord aġixxa b’mod illegali, u huwa għalhekk li nbdiet l-azzjoni għal responsabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju rrilevat li l-proċedura ta’ insolvenza tiddistingwi, fil-leġiżlazzjoni Slovakka, żewġ possibbiltajiet ta’ soluzzjoni, jiġifieri, minn naħa, il-proċedura ta’ ristrutturazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-proċedura ta’ falliment. Jekk, fil-kuntest tal-proċedura ta’ ristrutturazzjoni, il-bord ta’ kredituri jiċħad il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ma jadottax id-deċiżjoni fit-termini previsti fl-Artikolu 144(1) tal-Liġi dwar l-Insolvenza, huwa l-kuratur li għandu jitlob mingħajr dewmien il-ftuħ tal-proċedura ta’ falliment, skont l-Artikolu 144(2) ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, l-azzjoni għal responsabbiltà tressqet, minn naħa, minn detenturi ta’ ishma fil-kumpannija u, min-naħa l-oħra, minn kumpanniji li għandhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-azzjoni hija intiża, b’mod partikolari, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-membri tal-bord ta’ kredituri, meta ċaħdu l-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li wassal għall-ftuħ tal-proċedura ta’ falliment, kisrux l-obbligu tagħhom li jaġixxu fl-interess komuni tal-kredituri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, skont l-Artikolu 127(4) tal-Liġi dwar l-Insolvenza, il-membri kollha tal-bord ta’ kredituri għandhom jaġixxu fl-interess komuni tal-kredituri kollha sa fejn dan il-bord għandu l-missjoni, mal-grupp tal-kredituri, li jevalwa u, jekk ikun il-każ, japprova, skont l-Artikolu 133(1) ta’ din il-liġi, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li għandu jiġi stabbilit mid-debitur fallut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-azzjoni għal responsabbiltà inkwistjoni fil-kawża prinċipali hia l-konsegwenza diretta u inseparabbli tal-eżerċizzju mill-bord ta’ kredituri, korp obbligatorju li huwa stabbilit mal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, tal-funzjoni diretta li huwa jislet speċifikatament mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirregolaw din it-tip ta’ proċedura (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>SCT Industri</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-111/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:419">EU:C:2009:419</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-obbligi li jservu ta’ bażi għall-eżerċizzju ta’ azzjoni għal responsabbiltà delittwali kontra bord ta’ kredituri, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, joriġinaw minn regoli speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kriterju, imsemmi fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li hija l-intensità tar-rabta li teżisti bejn azzjoni ġudizzjarja u l-proċedura ta’ insolvenza li hija determinanti sabiex jiġi deċiż jekk l-esklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhiex tiġi applikata (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tünkers France u Tünkers Maschinenbau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-641/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:847">EU:C:2017:847</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-responsabbiltà tal-membri tal-bord ta’ kredituri hijiex suxxettibbli li tiġi ġġenerata minħabba ċ-ċaħda tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, hemm lok li tiġi analizzata b’mod partikolari l-portata tal-obbligi li għandu dan il-bord fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza u l-kompatibbiltà tal-imsemmija ċaħda fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza u l-kompatibbiltà tal-imsemmija ċaħda ma’ dawn l-obbligi. Issa, għandu jiġi kkonstatat li tali analiżi għandha rabta diretta u stretta mal-proċedura ta’ insolvenza u hija, għalhekk, intimament marbuta mal-iżvolġiment ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li azzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirriżulta direttament minn proċedura ta’ insolvenza, u hija marbuta strettament magħha, b’mod li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal azzjoni għal responsabbiltà delittwali, mibdija kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri minħabba l-aġir tagħhom matul vot dwar pjan ta’ ristrutturazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, u li, għalhekk, tali azzjoni hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal azzjoni għal responsabbiltà delittwali, mibdija kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri minħabba l-aġir tagħhom matul vot dwar pjan ta’ ristrutturazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, u li, għalhekk, tali azzjoni hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan ir-regolament.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>