European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/653

14.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 387/2021

tal-10 ta’ Diċembru 2021

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/653]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/361 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 151/2013 fir-rigward tal-aċċess għad-data miżmuma fir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet (1) għandu jiġi jinkorpora fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/362 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 150/2013 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31bcg (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013):

“, kif emendat bi:

—

32019 R 0362: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/362 tat-13 ta’ Diċembru 2018 (ĠU L 81, 22.3.2019, p. 74).”

2.

Il-punt 31bch (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013) huwa emendat kif ġej:

(i)

jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32019 R 0361: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/361 tat-13 ta’ Diċembru 2018 (ĠU L 81, 22.3.2019, p. 69).”;

(ii)

l-adattament (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Ir-referenzi għall-membri tas-SEBĊ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti s-sens tagħhom fir-Regolament Delegat, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/361 u (UE) 2019/362 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 (3), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 (4), skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf Einar FIFE


(1)   ĠU L 81, 22.3.2019, p. 69.

(2)   ĠU L 81, 22.3.2019, p. 74.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(3)   ĠU L, 2024/650, 14.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/650/oj.

(4)   ĠU L, 2024/46, 11.01.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/46/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/653/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)