|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6856 |
12.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11733 – BMWK / MOF NDS / MEYER GERMANY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6856)
1.
Fl-4 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Meyer Werft Beteiligungs GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Azzjoni Klimatika (“BMWK”, il-Ġermanja), |
|
— |
Hannoversche Beteiligungsgesellschaft Niedersachsen mbH (il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Istat tas-Sassonja t’Isfel (“MoF NDS”, il-Ġermanja), u |
|
— |
Meyer Werft GmbH (“Meyer Germany”, jew il-“Mira”, il-Ġermanja). |
BMKW u MoF NDS se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt fuq Meyer Germany kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni se sseħħ permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
BMWK għandha parteċipazzjoni azzjonarja maġġoritarja f’diversi kumpaniji privati u bħalissa ma għandha l-ebda attività kummerċjali fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-bastimenti, |
|
— |
MoF NDS għandha parteċipazzjoni azzjonarja maġġoritarja f’diversi kumpaniji privati u bħalissa ma għandha l-ebda attività kummerċjali fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-bastimenti, |
|
— |
Meyer Germany hija attiva prinċipalment fil-kostruzzjoni u l-bejgħ ta’ bastimenti tal-kruċieri – kemm għall-kruċieri tax-xmajjar kif ukoll tal-baħar / tal-oċeani – ta’ kull daqs sa 185 000 tunnellaġġ gross. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11733 – BMWK / MOF NDS / MEYER GERMANY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6856/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)