<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-217/17 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0217</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:534">EU:C:2018:534</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180705">5.7.2018</DATE> - Kawża C‑217/17 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Mast-Jägermeister vs EUIPO</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Disinni Komunitarji</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinni li jirrappreżentaw tazzi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 6/2002</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 36(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Rappreżentazzjoni grafika</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 45 u 46</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ data tal-preżentazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2245/2002</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)(e) u Artikolu 10(1) u (2)</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑217/17 P,</P><P>li għanda bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat b’fax fil-<DATE ISO="20170421">21 ta’ April 2017</DATE> u fejn l-oriġinal ġie ppreżentat fil-<DATE ISO="20170425">25 ta’ April 2017</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mast‑Jägermeister SE</HT>, stabbilita f’Wolfenbüttel (il-Ġermanja), irrappreżentata minn C. Drzymalla, Rechtsanwalt,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn S. Hanne, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn C. Vajda, President tal-Awla, E. Juhász u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Mast‑Jägermeister SE titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-<DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, Mast‑Jägermeister vs EUIPO (Tazzi) (T‑16/16, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:68">EU:T:2017:68</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li biha din ċaħdet ir-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-<DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE> (Każ R 1842/2015‑3), dwar talbiet għar-reġistrazzjoni ta’ tazzi bħala disinni Komunitarji (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali ġiet iffirmata f’Pariġi fl-<DATE ISO="18830320">20 ta’ Marzu 1883</DATE>, irreveduta l-aħħar fi Stokkolma fl-<DATE ISO="19670714">14 ta’ Lulju 1967</DATE> u emendata fit-<DATE ISO="19790928">28 ta’ Settembru 1979</DATE> (Ġabra ta’ Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol 828 Nru 11851, p. 305, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Konvenzjoni ta’ Pariġi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). L-Artikolu 4(A) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, li jirregola d-dritt għall-prijorità li jirriżulta mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna li tkun ippreżentat b’mod regolari applikazzjoni għal privattiva, mudell ta’ utilità, jew disinn industrijali, jew trademark, f’wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni, jew l-aventi kawża tagħha, tgawdi, għall-finijiet tal-preżentata fil-pajjiżi l-oħra, minn dritt ta’ prijorità matul il-perijodi stabbiliti iktar ‘il quddiem.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Kull preżentata li hija ekwivalenti għal preżentata nazzjonali regolari taħt il-liġi nazzjonali ta’ kull pajjiż tal-Unjoni fejn tkun saret jew taħt xi ftehim bilaterali jew multilaterali konklużi bejn pajjiżi tal-Unjoni, għandha tiġi rrikonoxxuta bħala li tagħti lok għal dritt ta’ prijorità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Preżentata nazzjonali regolari tfisser kull preżentata li hija biżżejjed sabiex tiġi stabbilita d-data meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni fil-pajjiż inkwistjoni, irrispettivament mill-eżitu ta’ din l-applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-<DATE ISO="20011212">12 ta’ Diċembru 2001</DATE>, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142), kif emendat, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kondizzjonijiet li għandhom iħarsu l-applikanti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="036.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Applikazzjoni għal disinn Komunitarju rreġistrat għandu jkun fiha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>talba għar-reġistrazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tagħrif li jidentifika l-applikant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>rappreżentazzjoni [xierqa] tad-disinn xieraq għar-riproduzzjoni. Madankollu, jekk l-oġġett tal-applikazzjoni jkun disinn ta’ żewġ dimensjonijiet u l-applikazzjoni tkun fiha talba għad-differiment tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 50, ir-rappreżentazzjoni tad-disinn tista’ tinbidel b’mudell.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="036.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandu barra minn hekk ikun fiha indikazzjoni dwar il-prodotti li fihom id-disinn ikun maħsub li jiġi inkorporat jew li miegħu jkun maħsub li jiġi applikat.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="036.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandha tħares il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ implimentazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Id-data ta’ l-infilzar ta’ applikazzjoni għal disinn Komunitarju rreġistrat għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jkun fihom it-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 36(3) [fl-Artikolu 36(1)] jiġu infilzati fl-[EUIPO], […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dritt tal-prijorità<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="041.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna li tkun infilzat applikazzjoni kif dovut għad-dritt ta’ disinn jew għal mudell ta’ utilità fi jew għal Stat parti tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, jew tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ((WTO), iffirmat f’Marrakech fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE>) jew is-suċċessuri tagħha fit-titolu, għandhom igawdu, bl-għan li jinfilzaw applikazzjoni għal disinn Komunitarju rreġistrat rigward l-istess disinn, dritt tal-prijorità ta’ sitt xhur mid-data ta’ l-infilzar ta’ l-ewwel applikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull infilzar li jkun ekwivalenti għall-infilzar regolari nazzjonali skont il-liġijiet nazzjonali tal-Istat fejn tkun intgħamlet jew skont ftehim bilaterali jew multi-nazzjonali għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala li joħolqu dritt tal-prijorità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Infilzar regolari nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifisser kull infilzar li jkun biżżejjed sabiex jistabbilixxi d-data li fiha l-applikazzjoni tkun infilzata, ikun xi jkun ir-riżultat ta’ l-applikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Titolu V tar-Regolament Nru 6/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Proċedura tar-Reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jinkludi l-Artikoli 45 sa 50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Eżami rigward il-ħtiġiet formali għall-infilzar<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-[EUIPO] għandu jeżamina jekk l-applikazzjoni tħarisx il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 36(1) għall-qbil ma’ data ta’ l-infilzar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-[EUIPO] għandu jeżamina jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni tikkonformax mal-ħtiġiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 36(2), (3), (4) u (5) u, fil-każ ta’ applikazzjoni multipla, l-Artikolu 37(1) u (2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni tissodisfax il-ħtiġiet formali stabbiliti fir-Regolament li jimplimenta l-Artikoli 36 u 37;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jiġux issodisfati l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 77(2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jiġux sodisfatti l-ħtiġiet li jirrigwardaw il-talba għall-prijorità, jekk issir it-talba għall-prijorità.”</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="045.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kondizzjoni għall-eżami dwar il-ħtiġiet formali ta’ l-infilzar għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolament ta’ implimentazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 6/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Defiċjenzi [Irregolaritajiet] li jistgħu jiġu rrimedjati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta, fit-twettiq ta’ l-eżami fl-Artikolu 45, l-[EUIPO] jinnota illi jeżistu defiċjenzi li jistgħu jiġu kkorreġuti, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-applikant li jirrimedjahom fil-perjodu taż-żmien stabbilit.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-defiċjenzi jirrigwardaw il-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 36(1) u l-applikant jikkonforma mat-talba ta’ l-[EUIPO] fil-perjodu taż-żmien stabbilit, l-[EUIPO] għandu jagħti bħala d-data ta’ l-infilzar id-data li fiha jiġu rrimedjati d-defiċjenzi. Jekk id-defiċjenzi ma jiġux irrimedjati fil-perjodu taż-żmien stabbilit, l-applikazzjoni ma għandhiex tiġi ttrattata bħala applikazzjoni għal disinn Komunitarju rreġistrat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-defiċjenzi jirrigwardaw il-ħtiġiet, inkluż il-ħlas tad-drittijiet, kif riferit fl-Artikolu 45(2)(a), (b) u (ċ) u l-applikant jikkonforma mat-talba ta’ l-[EUIPO] fil-perjodu taż-żmien stabbilit, l-[EUIPO] għandu jagħti bħala d-data ta’ l-infilzar id-data li fiha kienet oriġinarjament infilzata. Jekk id-defiċjenzi jew in-nuqqas fil-ħlas ma jiġux irrimedjati fil-perjodu taż-żmien stabbilit, l-[EUIPO] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-defiċjenzi jirrigwardaw il-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 45(2)(d), in-nuqqas li jiġu rrimedjati fil-perjodu taż-żmien stabbilit għandu jirriżulta fit-telfa tad-dritt għall-prijorità ta’ l-applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tar-regolament imsemmi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Raġunijiet għan-nuqqas tal-kapaċità tar-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="047.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk l-[EUIPO], fit-twettiq ta’ l-eżami skond l-Artikolu 45, jinnota illi d-disinn li għalih tkun qiegħda titfittex il-protezzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma jikkorrispondix mad-definizzjoni fl-Artikolu 3 punt (a); jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>imur kontra l-politika pubblika jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>l-[EUIPO] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="047.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni m’għandhiex tiġi rrifjutata qabel ma l-applikant ikun ingħata l-opportunità li jirtira jew jemenda l-applikazzjoni jew li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 2245/2002</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002, tal-<DATE ISO="20021021">21 ta’ Ottubru 2002</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 14), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Rappreżentazzjoni tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Ir-rappreżentazzjoni tad-disinn irid jikkonsisti f’ riproduzzjoni grafika jew riproduzzjoni fotografika tad-disinn, jew black and white jew bil-kulur. Hija trid tissodisfa s-segwenti ħtiġijiet:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>id-disinn irid ikun riprodott fuq sfond newtrali li ma tergax tintmiss bl-inka jew likwidu li jikkoregi. Tkun ta’ kwalità li tipermetti li d-detallji kollha tal-materja li għaliha tiġi mfixxija l-protezzjoni sabiex tkun distinta b’ mod ċar u li tipermetti li tiċċekken jew titkabbar għal daqs mhux akbar minn 8 cm b’16 cm għal kull vista għal dħul fir-Reġistru tad-Disinnji Komunitarji pprovduti fl-Artikolu 72 tar-[Regolament (KE) Nru 6/2002] […]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Eżami tal-ħtiġiet għal data ta’ iffajljar u ta’ ħtiġiet formali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jispeċifika, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-[EUIPO] jrid jinnotifika lill-applikant li d-data ta’ l-iffajljar ma tistax tiġi konċessa jekk l-applikazzjoni ma jkolliex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>rikjesta għal reġistrazzjoni tad-disinn bħala disinn Komunitarju reġistrat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tagħrif li jidentifika l-applikant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>rappreżentazzjoni tad-disinn in segwitu ta’ l-Artikolu 4(1) punti (d) u (e), jew fejn applikabbli, kampjun.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk in-nuqqasijiet [irregolaritajiet] imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu rimedjati fi żmien xahrejn minn meta jasal l-avviż, id-data li fiha n-nuqqasijiet kollha jiġu rimedjati għandha tkun id-data tal-preżentazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Jekk in-nuqqasijiet ma humiex rimedjati qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ skadenza, l-applikazzjoni ma tkunx trattata bħala applikazzjoni ta’ disinn Komunitarju. Kwalunkwe miżati mħallsa jkunu mħallsa lura.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(2) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Revoka jew korrezzjoni tal-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-isem u l-indirizz biss ta’ l-applikant, żbalji fil-kliem użat jew ta’ ikkupjar, jew żbalji ovvji jistgħu jiġu koreġuti, fuq rikjesta ta’ l-applikant u importanti li tali korrezzjoni ma tbiddilx r-rappreżentazzjoni tad-disinn.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrenti, Mast‑Jägermeister, ippreżentat applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ żewġ disinni jew mudelli Komunitarju quddiem l-EUIPO, skont ir-Regolament Nru 6/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-prodotti li għalihom ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni huma t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>tazzi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jaqgħu taħt il-klassi 07.01 fis-sens tal-Ftehim ta’ Locarno tat-<DATE ISO="19681008">8 ta’ Ottubru 1968</DATE>, li jistabbilixxi klassifikazzjoni internazzjonali għad-disinni industrijali, kif emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel rapport ta’ eżami stabbilit fis-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, l-eżaminatur informa lir-rikorrenti li, għaż-żewġ disinni l-indikazzjoni tal-prodott, jiġifieri t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>tazzi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li għalihom ġiet mitluba l-protezzjoni, ma kinitx tikkorrispondi għar-rappreżentazzjonijiet ippreżentati, peress li dawn tal-aħħar kienu juru wkoll fliexken. Għaldaqstant huwa ssuġġerixxa lir-rikorrenti sabiex iżżid maż-żewġ disinni l-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Fliexken<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li jaqgħu taħt il-klassi 09.01 fis-sens tal-Ftehim ta’ Locarno. L-eżaminatur żied li, sa fejn il-prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Tazzi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Fliexken<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kienu jagħmlu parti minn klassijiet differenti, l-applikazzjoni multipla kellha tiġi diviża. Huwa speċifika li, jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat fit-terminu stabbilit, l-applikazzjoni tiġi rrifjutata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrenti rrispondiet li ma ġiet mitluba l-ebda protezzjoni għall-fliexken riprodotti fir-rappreżentazzjonijiet, b’tali mod li hija kienet qed tissuġġerixxi li tiġi speċifikata l-indikazzjoni tal-prodotti b’dan il-mod: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Tazzi għax-xorb inkwantu reċipjenti għal flixkun li jagħmel parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Hija żiedet li l-klassi 07.01 tal-Ftehim ta’ Locarno kien jidher ukoll xieraq għal din l-indikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni rapport ta’ eżami tal-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-eżaminatur irrisponda li, wara l-ittra tal-<DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE> u l-konverżazzjoni telefonika li huwa kellu mar-rikorrenti, kien ċar li din tal-aħħar ma kienet qed titlob l-ebda protezzjoni għall-fliexken. Għalhekk, skont l-eżaminatur, dawn il-fliexken kienu jidhru biċ-ċar fuq ir-rappreżentazzjonijiet u eżami ġdid kien juri li l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ma kinux jinkludu rappreżentazzjonijiet konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002. Għaldaqstant huwa qies li, minħabba l-preżenza tal-fliexken, il-karatteristiċi li għalihom ġiet mitluba l-protezzjoni ma kinux viżibbli b’mod ċar. Huwa żied li dan seta’ jiġi rrimedjat billi jiġu ppreżentati perspettivi ġodda li fihom il-karatteristiċi mitluba jkunu ddelimitati b’linji tikek jew b’linji kkuluriti. Huwa speċifika li l-ebda data tal-preżentazzjoni ma setgħet tingħata għall-applikazzjonijiet sakemm l-irregolaritajiet ma jiġux irrimedjati. Huwa kkonkluda billi indika li, jekk l-irregolaritajiet jiġu rrimedjati fit-termini stabbiliti, id-data tal-preżentazzjoni tal-perspettivi ġodda tiġi rrikonoxxuta bħala d-data tal-preżentazzjoni, iżda li, fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jitqiesu bħala mhux ippreżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150714">14 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-rikorrenti rrispondiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ data tal-preżentazzjoni kienu ssodisfatti, għaliex ir-rappreżentazzjonijiet ippreżentati kienu juru d-disinni fuq sfond newtrali. Hija speċifikat li l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002 kien jirrigwarda l-kwalità tar-rappreżentazzjonijiet u mhux il-kontenut tagħhom. Għaldaqstant hija ma ppreżentatx perspettivi ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Bit-tielet rapport ta’ eżami tas-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, l-eżaminatur indika li kien qed iżomm mar-rapport ta’ eżami tiegħu tal-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ladarba r-rappreżentazzjonijiet kienu juru tazza u flixkun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150821">21 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrenti, filwaqt li rreferiet għal konverżazzjoni telefonika li hija kellha mal-eżaminatur, irrispondiet li hija ma kinitx tifhem għalfejn id-data tal-preżentazzjoni setgħet tinżamm fil-każ ta’ żieda ta’ indikazzjoni ta’ prodott jew fil-każ ta’ diviżjoni tal-applikazzjoni multipla, iżda mhux għall-perspettivi ppreżentati inizjalment. Ir-rikorrenti talbet l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors fil-każ li d-deċiżjoni ta’ eżami ma tiġix annullata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ rapport ta’ eżami tal-<DATE ISO="20150824">24 ta’ Awwissu 2015</DATE>, l-eżaminatur informa lir-rikorrenti li d-difetti fl-applikazzjonijiet setgħu jiġu rrimedjati bil-preżentazzjoni ta’ perspettivi ġodda, jew biż-żieda tal-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Fliexken<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u d-diviżjoni tal-applikazzjoni multipla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150828">28 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrenti talbet l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, l-eżaminatur innota li r-rikorrenti ma kinitx irrimedjat id-difetti fl-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, peress li ma kinitx approvat ir-rapport ta’ eżami. L-eżaminatur qies, skont l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002 u l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 2245/2002, li l-applikazzjonijiet taż-żewġ disinni jew mudelli inkwistjoni ma setgħux jiġu meqjusa bħala applikazzjonijiet għal disinni jew mudelli Komunitarji, b’tali mod li l-ebda data tal-preżentazzjoni ma setgħet tingħata. Minbarra dan, huwa ordna r-rimbors tal-ammont tat-taxxa mħallsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat appell quddiem l-EUIPO, skont l-Artikoli 55 sa 60 tar-Regolament Nru 6/2002, kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>It-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO kkonferma, fil-punt 15 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li r-rappreżentazzjonijiet taż-żewġ disinni ma kinux jippermettu li jiġi stabbilit jekk il-protezzjoni kinitx mitluba għat-tazza, għall-flixkun jew għal kombinazzjoni tat-tnejn. Huwa speċifika, fil-punt 16 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li r-rappreżentazzjoni li kellha tiġi ppreżentata mal-applikazzjoni konformement mal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 kienet isservi sabiex jiġi identifikat id-disinn li għalih hija mitluba l-protezzjoni u kienet il-kundizzjoni għall-għoti ta’ data tal-preżentazzjoni, skont l-Artikolu 38(1) tal-imsemmi regolament. Id-data tal-preżentazzjoni tiddetermina kemm għandu żmien id-disinn irreġistrat: in-natura ġdida u l-karatteristika huma ddeterminati billi jintużaw mudelli preċedenti żvelati qabel id-data tal-preżentazzjoni. Il-Bord tal-Appell żied li, konformement mal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002, ir-rappreżentazzjoni kellha tippermetti li jiġu distinti b’mod ċar id-dettalji kollha li għalihom intalbet il-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell żied, fil-punti 17 u 18 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li l-allegazzjoni skont liema s-suġġett tal-protezzjoni tal-applikazzjonijiet ippreżentati jirriżulta b’mod ċar mir-rappreżentazzjonijiet kienet f’kontradizzjoni mal-espożizzjoni tar-rikorrenti nnifisha u li l-proposta ta’ din tal-aħħar li jiġu indikati l-prodotti kkonċernati ma kinitx xierqa sabiex tirrimedja l-irregolaritajiet fir-rappreżentazzjoni tad-disinni, għaliex ma setgħetx tintuża sabiex tiddetermina l-portata tal-protezzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>, Mast‑Jägermeister ippreżentat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, hija invokat żewġ motivi. L-ewwel motiv kien ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament Nru°6/2002, moqrija flimkien mal-Artikolu 36 ta’ dan ir-regolament, u t-tieni motiv kien ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn iż-żewġ motivi u, konsegwentement, ir-rikors kollu kemm hu. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali qieset li interpretazzjoni tal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 li biha l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija estiża, kif isostni l-EUIPO, għal irregolaritajiet jew l-assenza ta’ ċertezza jew ta’ kjarezza rigward is-suġġett tal-protezzjoni tad-disinn li qed tiġi mitluba r-reġistrazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Mast-Jägermeister titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata, u</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ fejn l-appell jiġi deċiż fondat, tilqa’ l-ewwel u t-tielet talbiet imressqa fl-ewwel istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, Mast‑Jägermeister tinvoka aggravju wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament Nru 6/2002 moqrija flimkien mal-Artikoli 36 u 38 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont Mast‑Jägermeister, mis-sens u l-għan tal-Artikoli 36 u 38 tar-Regolament Nru 6/2002 u l-Artikolu 4(1)(e), kif ukoll l-Artikolu 10(1)(ċ) u (2) tar-Regolament Nru 2245/2002 li l-għoti ta’ data tal-preżentazzjoni għandu jiddependi biss minn eżami tar-rappreżentazzjoni tad-disinn mill-lat tal-kapaċità fiżika tiegħu li jiġi riprodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Qabelxejn, Mast‑Jägermeister tibbaża ruħha fuq il-kliem tal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 kif ukoll fuq il-proposta tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-disinni Komunitarji (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="20" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, C 29, p. 20</REF.DOC.OJ>), sabiex issostni li din id-dispożizzjoni issemmi biss l-kapaċità fiżika tar-rappreżentazzjoni ta’ disinn li jiġi riprodott sabiex ikun jista’ jiġi ppubblikat fir-reġistru tad-disinni Komunitarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Mast‑Jägermeister issostni li l-kwistjoni dwar jekk ir-rappreżentazzjonijiet tad-disinni li hija mitluba r-reġistrazzjoni tagħhom ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk, f’dan il-każ, il-protezzjoni hija mitluba għat-tazza, il-flixkun jew kombinazzjoni tat-tnejn, hija dwar l-evalwazzjoni tal-portata tal-protezzjoni tad-disinn fil-kuntest ta’ kawża possibbli ta’ falsifikazzjoni u, konsegwentement, ma hijiex ta’ ostakolu għall-għoti ta’ data tal-preżentazzjoni. F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002 ma jirriżultax li r-rappreżentazzjoni tad-disinn ikkonċernat ma għandha tħalli l-ebda dubju dwar is-suġġett li għalih qed tintalab protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sussegwentement, Mast‑Jägermeister tenfasizza l-importanza tad-data tal-preżentazzjoni ta’ talba għal disinn Komunitarju, li bejn effetti ġuridiċi oħra, tiddetermina l-bidu tal-perijodu ta’ prijorità li fiha l-applikant għandu l-possibbiltà li jippreżenta applikazzjonijiet ulterjuri għad-disinn tiegħu barra mill-pajjiż u, sabiex jagħmel dan, jitlob il-prijorità tal-applikazzjoni tad-disinn Komunitarju. F’dan ir-rigward, Mast‑Jägermeister tirreferi għall-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, li jirrigwarda d-dritt tal-prijorità fil-kuntest ta’ din il-konvenzjoni. Issa, minħabba l-importanza tad-dritt tal-prijorità, id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kellha tkun iffissata fl-iqsar perijodu possibbli, li jippermetti l-kreatur tad-disinn li jagħmel dan tal-aħħar aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr li l-iżvelar proprju tal-imsemmi disinn jinvalida l-applikazzjonijiet posterjuri ppreżentati barra mill-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkritika, konsegwentement, il-punti 35 u 36 tas-sentenza appellata, li bihom il-Qorti Ġenerali qieset li mill-istruttura tar-Regolament Nru 6/2002 jirriżulta li, matul il-proċedura tal-eżami tad-disinni, l-EUIPO għandu, qabelxejn, jikkonstata li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tirrigwarda disinn u li ma huwiex kuntrarju la għall-ordni pubbliku lanqas għall-morali tajba, u għandu, sussegwentement, jivverifika li din l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet obbligatorji stabbiliti mill-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002. Skont ir-rikorrenti, xejn minn dan ma jirriżulta mill-istruttura tar-Regolament Nru 6/2002 u din l-interpretazzjoni hija f’kontradizzjoni mal-volontà li tikseb malajr ċertezza legali għall-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont Mast‑Jägermeister, l-eżami tal-kwistjoni dwar jekk l-applikazzjoni tistax tingħata data tal-preżentazzjoni huwa l-eżami l-iktar urġenti u l-iktar sempliċi. Fil-fatt, huwa biss neċessarju li jiġi vverifikat jekk it-tliet kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002 humiex sodisfatti. F’dan ir-rigward, ikun impossibbli li l-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea jkun realment talab, fi<?PAGE NO="9"?> kwalunkwe każ, li jiġi vverifikat mill-bidu, jekk l-applikazzjoni hija dwar disinn u, skont il-każ, jekk dan tal-aħħar huwiex kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità, filwaqt li din tkun kwistjoni li tkun diffiċli li tingħata risposta għaliha u jixirqilha eżami bir-reqqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Hija tqis li għandha ssir distinzjoni bejn il-kundizzjonijiet għall-għoti tad-data tal-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002 u r-rekwiżiti tal-forma applikabbli għar-riproduzzjoni sabiex disinn ikun jista’ jiġi ammess għar-reġistrazzjoni. F’dan ir-rigward, l-evalwazzjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO u tal-Qorti Ġenerali jistgħu, fi kwalunkwe każ, jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk id-disinn huwiex reġistrabbli, iżda mhux fl-istadju tal-għoti tad-data tal-preżentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dwar l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell u tal-Qorti Ġenerali li biha r-rappreżentazzjoni għandha tippermetti li tiddistingwi b’mod ċar u preċiż id-dettalji kollha tas-suġġett li għalih qed tintalab il-protezzjoni, Mast‑Jägermeister tqis li jekk l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002 kellu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-EUIPO ġurisdizzjoni ta’ stħarriġ fuq il-mertu relatat mar-rappreżentazzjoni tad-disinn, li jkun l-EUIPO, u mhux l-applikant li jiddetermina s-suġġett tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. Issa, permezz tan-natura tar-rappreżentazzjoni, l-applikant jiddetermina s-suġġett tal-applikazzjoni tiegħu għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju. Il-karatteristiċi li ma humiex identifikabbli fuq rappreżentazzjoni ma jibbenefikawx minn protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mast‑Jägermeister tqis li jekk xi uffiċċju responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal reġistrazzjoni jkollu l-possibbiltà li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ disinn u, konsegwentement, li jiċħad applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn meta jqis li r-reġistrazzjoni hija sors ta’ inċertezza legali, dan ir-rekwiżit ta’ ċertezza legali għandu, madankollu, jiġi meqjus b’mod totalment distint miċ-ċertezza legali mogħtija lill-applikant mill-fatt li l-applikazzjoni tiegħu, għall-inqas, tagħti data tal-preżentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Mast‑Jägermeister issostni li l-irregolarità kkonstatata mill-Bord tal-Appell tal-EUIPO ma tikkostitwixxix raġuni sabiex jiġi rrifjutat l-għoti ta’ data tal-preżentazzjoni. Skont Mast‑Jägermeister, prodotti kkombinati li jikkonsistu f’żewġ prodotti jew aktar li jistgħu jiġu ttrattati jew mibjugħa separatament jistgħu wkoll ikunu protetti, sakemm is-suġġett tal-protezzjoni ta’ disinn irreġistrat għandu dehra ta’ prodott jew parti minn prodott, rappreżentat b’mod viżibbli fl-applikazzjoni, konformement mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 6/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, Mast‑Jägermeister tirreferi għall-kunsiderazzjonijiet dwar l-istruttura tar-Regolamenti Nri 6/2002 u 2245/2002. Hija tirrileva li l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002 jindika espressament li huma biss l-irregolaritajiet tal-applikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 36(1) ta’ dan ir-regolament, li jiġġustifikaw li applikazzjoni ma hijiex ittrattata bħala applikazzjoni għal disinn Komunitarju u li, konsegwentement, ma tista’ tiġi mogħtija ebda data tal-preżentazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament Nru 6/2002 għandhom bħala konsegwenza ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, li tippreżupponi li d-data tal-preżentazzjoni kienet iddeterminata minn qabel. Mast‑Jägermeister tindika li, fost l-irregolaritajiet tal-aħħar, jinsabu dawk imsemmija mill-Artikolu 45(2)(a) tar-Regolament Nru 6/2002, u li din id-dispożizzjoni tirreferi għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 36(5) tar-Regolament Nru 6/2002, li huwa stess jeħtieġ li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 2245/2002. Konsegwentement, irregolarità eventwali tal-applikazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 4(1)(e), ta’ dan ir-regolament tal-aħħar jista’ jwassal biss għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, wara li tkun ġiet mogħtija data tal-preżentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, Mast‑Jägermeister tammetti li interpretazzjoni kkombinata tal-Artikolu 10(1)(ċ), u (2) tar-Regolament Nru 2245/2002 kif ukoll tal-Artikolu 4(1)(e) ta’ dan l-istess regolament tista’ tkun f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46(2) u (3) tar-Regolament Nru 6/2002. Madankollu hemm lok li jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2245/2002, li huwa regolament ta’ implimentazzjoni, fid-dawl ta’ dawk tar-regolament bażi tiegħu, jiġifieri r-Regolament Nru 6/2002.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>L-EUIPO jqis li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 6/2002 u 2245/2002. Għalhekk, huwa kkonkluda li l-aggravju uniku huwa nfondat u li l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tal-uniku aggravju tagħha, Mast‑Jägermeister issostni, essenzjalment, li l-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 moqri fid-dawl ta’ dispożizzjonijiet oħrajn rilevanti ta’ dan ir-regolament u tar-Regolament Nru 2245/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti ta’ data tal-preżentazzjoni jiddependi biss minn eżami tar-rappreżentazzjoni tad-disinn mill-lat tal-kapaċità fiżika tiegħu li jiġi riprodott. Għalhekk, hija tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li dan l-Artikolu 36(1)(ċ) jestendi għal irregolaritajiet jew għall-assenza ta’ ċertezza jew ta’ kjarezza fir-rigward tas-suġġett tal-protezzjoni tad-disinn li hija mitluba r-reġistrazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-analiżi tal-fondatezza ta’ dan l-aggravju, għandu jiġi interpretat l-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 li bih l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju rreġistrat għandu jkun fiha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>rappreżentazzjoni tad-disinn xieraq għar-riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000919">19 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:467">EU:C:2000:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Raimund</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑425/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:776">EU:C:2017:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tal-kliem tal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 dan jipprevedi li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn għandu jkun fiha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>rappreżentazzjoni tad-disinn xieraq għar-riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Dan il-kliem jidher li jqiegħed l-enfasi fuq il-kwalità teknika tar-rappreżentazzjoni. Madankollu, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-Konklużjonijiet tiegħu, il-kunċett ta’ rappreżentazzjoni jinkludi fih innifsu l-idea li disinn għandu jkun identifikabbli b’mod ċar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002, filwaqt li ma żiedx rekwiżiti sostantivi għal dawk tal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002, jippreċiża, b’mod partikolari, li r-rappreżentazzjoni għandha tkun ta’ ta’ kwalità suffiċjenti sabiex tiddistingwi b’mod ċar id-dettalji kollha tas-suġġett li għalih qed tintalab il-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>L-analiżi tal-kliem ta’ dan l-Artikolu 36(1)(ċ), għalhekk iwassal sabiex jiġi kkunsidrat li r-rappreżentazzjoni tad-disinn li hija mitluba r-reġistrazzjoni tiegħu għandha tippermetti li dan id-disinn ikun identifikat b’mod ċar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 hija kkonfermata mill-interpretazzjoni teleoloġika ta’ din id-dispożizzjoni, li għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tad-disinni. Għalhekk, ir-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika għandha bħala funzjoni b’mod partikolari li tiddefinixxi d-disinn sabiex tiddetermina s-suġġett eżatt tal-protezzjoni kkonferita lid-detentur tagħha mid-disinn irreġistrat (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Sieckmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:748">EU:C:2002:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-reġistrazzjoni ta’ trade mark f’reġistru pubbliku għandha l-għan li tirrendiha aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-pubbliku, b’mod partikolari, għall-operaturi ekonomiċi. Minn naħa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jafu b’ċarezza u bi preċiżjoni biżżejjed in-natura tal-elementi kostituttivi ta’ disinn sabiex ikunu f’pożizzjoni li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-eżami preliminari tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni kif ukoll fir-rigward<?PAGE NO="11"?> tal-pubblikazzjoni u taż-żamma ta’ reġistru xieraq u preċiż tad-disinni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Sieckmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:748">EU:C:2002:748</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Chartered Institute of Patent Attorneys</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑307/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:361">EU:C:2012:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jiżguraw irwieħhom, b’ċarezza u preċiżjoni, mir-reġistrazzjonijiet magħmula jew mill-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ppreżentati mill-kompetituri attwali u potenzjali tagħhom u b’hekk li jibbenefikaw minn informazzjoni rilevanti li tikkonċerna d-drittijiet ta’ terzi persuni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Sieckmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:748">EU:C:2002:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Chartered Institute of Patent Attorneys</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑307/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:361">EU:C:2012:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Tali rekwiżit issemmih, kif ukoll tindikah, il-Qorti Ġenerali fil-punt 47 tas-sentenza appellata, sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali ta’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-sistema Komunitarja tad-disinni li tirriżulta mir-Regolament Nru 6/2002 tikkonferma l-interpretazzjoni li tasal għaliha l-formulazzjoni tal-Artikolu 36(1)(ċ) ta’ dan ir-regolament li teżiġi li r-rappreżentazzjoni ta’ disinn li r-reġistrazzjoni tiegħu hija mitluba tippermetti li jiġi identifikat b’mod ċar dan id-disinn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll miċ-ċirkustanza li l-kisba ta’ data tal-preżentazzjoni, li, konformement mal-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 6/2002 hija dik li fiha d-dokumenti li fihom l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 36(1) ta’ dan ir-regolament huma ppreżentati mal-EUIPO, tippermetti lid-detentur tad-disinn ikkonċernat li jibbenefika mid-dritt tal-prijorità, fis-sens tal-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 6/2002. Fil-fatt, kuntrarju għal dak li allegat Mast‑Jägermeister filwaqt li bbażat ruħha fuq l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, fejn il-kliem jikkorrispondi, essenzjalment, ma’ dawk tal-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 6/2002, il-fatt li d-data tal-preżentazzjoni tippermetti li jinkiseb id-dritt tal-prijorità fiha nnifisha tiġġustifika l-fatt li r-rappreżentazzjoni tkun eżentata minn irregolaritajiet fir-rigward tad-disinn li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni. Kif indika, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 55 tal-Konklużjonijiet tiegħu, applikazzjoni li ma hijiex ċara toħloq ir-riskju li disinn fejn is-suġġett għall-protezzjoni ma huwiex identifikat b’mod ċar jikseb protezzjoni eċċessiva mogħtija lill-prijorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-interpretazzjoni li biha l-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 jeżiġi li r-rappreżentazzjoni ta’ disinn fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jippermetti li s-suġġett li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni jiġi identifikat b’mod ċar hija kkonfermata wkoll mill-analiżi kuntestwali ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sa fejn l-Artikolu 36(5) tar-Regolament Nru 6/2002 jipprevedi li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 2245/2002, għandu jsir riferiment għal dispożizzjonijiet oħra tar-regolament tal-aħħar relatati mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi rrilevat, kif indika ġustament l-EUIPO, li l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 2245/2002 jipprovdi li rettifika tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma tistax tbiddel ir-rappreżentazzjoni tad-disinn ikkonċernat. Issa, dan neċessarjament jimplika li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, qabel ma wieħed ikun jista’ jikseb data tal-preżentazzjoni, għandu jkun fiha tali rappreżentazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat is-suġġett li għalih qed tintalab il-protezzjoni. Fil-fatt, ma huwiex possibbli li r-Regolament Nru 6/2002 jiġi interpretat bħala li jammetti li applikazzjoni għal reġistrazzjoni tista’ titqies bħala ppreżentata validament, anki jekk ma tippermettix li d-disinn li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni jkun identifikat b’mod ċar u li din l-irregolarità ma tistax tiġi korretta iktar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Mill-punti 49 sa 59 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-analiżi letterali, teleoloġika u kuntestwali tal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 twassal sabiex jitqies li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li teħtieġ li r-rappreżentazzjoni ta’ disinn li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni tippermetti li dan id-disinn, suġġett tal-protezzjoni msemmija minn din l-applikazzjoni, jiġi identifikat b’mod ċar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Issa, jirriżulta mill-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002 li applikazzjoni li fiha irregolaritajiet relatati mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(1) ta’ dan ir-regolament, li ma ġewx irrimedjati fil-perijodu preskritt, ma hijiex ittrattata bħala applikazzjoni għal disinn Komunitarju u li, konsegwentement, ma tista’ tiġi mogħtija ebda data tal-preżentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>L-argumenti ta’ Mast‑Jägermeister, miġbura fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, dwar l-artikulazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet differenti tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament Nru 6/2002 ma jistgħux jirnexxu. Fil-fatt, kif ġie evokat fil-punt preċedenti, l-applikazzjoni mressqa minn Mast‑Jägermeister tippreżenta irregolarità fir-rigward tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002, għaliex din l-applikazzjoni ma tippermettix li jiġi identifikat b’mod ċar id-disinn li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni. Issa, kif jirriżulta mill-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, irregolarità bħal din timplika, skont l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002, li l-applikazzjoni kkonċernata ma hijiex ittrattata bħala applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju jekk din l-irregolarità ma hijiex korretta fil-perijodu preskritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument imsemmi fil-punti 35 u 36 tas-sentenza appellata, li fihom il-Qorti Ġenerali tippreċiża l-bidu tal-proċedura tal-eżami tad-disinni, għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv, sa fejn l-evalwazzjoni fl-imsemmija punti ma tidhirx neċessarja sabiex issostni l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002, dan tal-aħħar jirriżulta mill-evalwazzjonijiet li jinsabu fil-punti 40 sa 46 tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-aggravju uniku ta’ Mast‑Jägermeister huwa infondat u, konsegwentement, għandu jiġi miċħud, kif ukoll l-appell fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, din tal-aħħar tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1), il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-EUIPO talab il-kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż u peress li din tal-aħħar tilfet l-uniku aggravju tagħha, hemm lok li din tiġi kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Mast‑Jägermeister SE hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>