Official Journal L 246 , 21/09/1994 P. 0025 - 0025
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Settembru 1994 li tirrigwarda ċerti mizuri rigward il-prodotti mis-sajd u l-molluski bivalvi li joriġinaw u li jiġu mill-Albanija (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (94/621/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 92/438/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 18(1) tagħha, Wara li kunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 li tistabilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodooti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [4], u partikolarment l-Artikolu 19(1) tagħha, Billi instabu każi ta' kolera fl-Albanija; Billi l-preżenza tal-kolera fl-Albanija x'aktarx tikkostitwixxi periklu serju għas-saħħa pubblika; dan jeħtieġ l-adozzjoni mħaffa fuq livell tal-Komunità tal-miżuri prottetivi meħtieġa li jirrigwardaw il-prodotti mis-sajd u l-molluski bivalvi; Billi, fin-nuqqas ta' garanziji tas-saħħa mill-awtoritajiet Albaniżi, huwa meħtieġ li tkun ipprojbita l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-molluski bivalvi li joriġinaw minn jew ġejjin mill-Albanija, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti mis-sajd u tal-molluski bivalvi li joriġinaw minn jew ġejjin mill-Albanija. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom ibidlu l-miżuri li japplikaw għall-importazzjoni sabiex iġibuhom fl-istess linja ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom minnufih jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tibqa' tapplika sal-31 ta' Ottubru 1994. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Settembru 1985. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta'-24.9.1991, p. 56. [2] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27. [3] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. [4] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. --------------------------------------------------