|
3.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 247/2017
tal-15 ta’ Diċembru 2017
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2019/1653]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1499 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiġu adattati għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1502 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiġu adattati għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu III tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21ae (ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21ay (ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2017/1499 u (UE) 2017/1502 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2017 tas-16 ta’ Ġunju 2017 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(1) ĠU L 219, 25.8.2017, p. 1.
(2) ĠU L 221, 26.8.2017, p. 4.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.