31992R2221



Official Journal L 218 , 01/08/1992 P. 0081 - 0084
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 44 P. 0057
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 44 P. 0057


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2221/92

tal-31 ta’ Lulju 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tat-2 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd [1] u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3), 20 (1) u 22 (2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 [2], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3540/91 [3], jipprovdi regoli ddettaljati meħtieġa sabiex jiġu implimentati dawn l-istandards tal-marketing;

Billi l-esperjenza wriet illi d-dispożizzjonijiet dwar l-indikazzjoni bil-għażla tad-data ta’ meta tbied għandha tiġi emendata; billi għandu jiġi ċċarat mingħajr ekwivoku illi d-data ta’ meta jkun tbied, jekk tintuża, trid tidher kemm fuq il-bajd u kemm fuq il-pakkett; billi l-kondizzjonijiet li bihom l-istazzjonijiet tal-pakkjar forniti minn unitajiet tal-produzzjoni li jinsabu fuq l-istess sit iridu jindikaw id-data ta’ meta tbied iridu jinġiebu f’linja ma’ dawk applikati għal ċentri oħra tal-pakkjar jekk isir użu minn kontenituri ssiġillati; billi għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex jindikaw id-data ta’ meta jkun tbied fuq il-bajd magħmul f’jum mhux tax-xogħol;

Billi l-indikazzjoni ottika tat-tip tal-biedja għandha tiġi ristretta skond l-espressjonijiet elenkati fir- Regolament (KEE) Nru 1274/91, bl-eċċezzjoni tal-biedja organika jew bijoloġika; billi sabiex jitħaffu l-kontrolli ġewwa l-Komunità kollha, għandhom jiġu skambjati l-listi tal-produtturi rreġistrati bejn l-Istati Membri u r-reġistri ta’ ħażniet tal-bajd iggradat għandhom jinżammu miċ-ċentri tal-pakkjar fuq il-bażi ta’ kull ġimgħa;

Billi l-espressjonijiet użati għall-industrija ta’ l-ikel għandhom jiġu armonizzati;

Billi d-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ l-espressjoni "extra" għandhom jiġu emendati sabiex jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom din l-espressjoni tista’ jidher fuq il-pakkett;

Billi għandha tiddaħħal tolleranza pożittiva tal-piż sabiex tiżgura l-kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi;

Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1274/91 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 jiġi emendat kif ġej:

- it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Madankollu, il-kunsinna jew il-ġbir mill-produtturi għaċ-ċentri tal-pakkjar jew għall-industrija jistgħu jsiru darba fil-ġimgħa biss f’dawk il-każi biss fejn it-temperaturi ambjentali li fihom jinżamm il-bajd fir-razzett ma jaqbżux it-18 °C."

- it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

- huwa maħsub illi tiġi indikata d-data ta’ meta tbied fuq il-bajd li jiġi fornit mill-unitajiet tal-produzzjoni li jkunu jinsabu fuq l-istess sit bħaċ-ċentru tal-pakkjar u li ma jkunux f’kontenituri ssiġillati fejn, f’dan il-każ, għandu jiġi ggradat u ppakkjat bid-data ta’ meta tbied jew, jekk id-data tkun jum mhux tax-xogħol, fl-ewwel jum tax-xogħol li jiġi wara.

2. L-Artikolu 15 jiġi mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 15

1. B’żieda mad-data tal-pakkjar, id-data ta’ sakemm jista’ jinbigħ u/jew id-data ta’ sakemm jibqa’ tajjeb irrakkomandati jistgħu jiġu indikati mill-operatur fuq il-bajd fil-waqt tal-pakkjar jew fuq il-pakketti li jkun fihom il-bajd jew fuq it-tnejn.

2. Id-data ta’ meta tbied tista’ tiġi indikata mill-operatur fuq il-pakketti fil-waqt tal-pakkjar, fejn f’dan il-każ tista’ tiġi indikata wkoll fuq il-bajd li jkun jinsab fil-pakkett. Madankollu, id-data ta’ meta tbied tista’ tiġi ttimbrata wkoll fuq il-bajd fir-razzett.

3. Sabiex jiġu indikati d-dati msemmija f’dan l-Artikolu fuq il-bajd, u fil-każ tad-data ta’ meta tbied fuq il-pakketti wkoll, għandhom jintużaw l-espressjoni jew aktar elenkati fl-Anness I.

4. Id-dati riferiti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu indikati minn żewġ settijiet ta’ ċifri li jirrappreżentaw, fl-ordni li ġej:

- il-jum, minn 01 sa 31,

- ix-xahar, minn 01 sa 12,"

3. L-Artikolu 17 jiġi mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 17

Meta d-data ta’ meta tbied tiġi indikata fuq il-bajd u fuq il-pakketti li jkun fihom skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. iċ-ċentri tal-pakkjar għandhom iżommu reġistri separati:

- ta’ l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi li jfornu dan il-bajd, li għandhom ikunu rreġistrati wara spezzjon mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru,

- fuq it-talba ta’ din l-awtorità, tan-numru tat-tiġieġ tal-bajd miżmuma minn kull produttur;

2. il-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom sossegwentement jiġu spezzjonati regolarment. Għandhom iżommu reġistri korrenti:

- tad-data tat-tqegħid, il-għomor ta’ meta tqiegħdu u n-numru tat-tiġieġ tal-bajd, imqassma waħda waħda skond il-gallinar,

- tal-produzzjoni tal-bajd ta’ kuljum ta’ kull gallinar;

- tan-numru jew il-piż tal-bajd li jkun tbied jew li fuqu jkun maħsub li tiġi indikata d-data ta’ meta tbied, jew li fuqu d-data ta’ meta tbied tkun diġà ġiet ittimbrata fir-razzett, imqassmin waħda waħda skond ix-xerrej, u li tinkludi l-isem ta’ dan ta’ l-aħħar, l-indirizz, u numru taċ-ċentru tal-pakkjar;

3. il-bajd li fuqu jkun maħsub li tiġi indikata d-data ta’ meta tbied għandu jiġi kkunsinnat liċ-ċentri tal-pakkjar f’kontenituri ssiġillati għajr fil-każ ta’ l-unitajiet tal-produzzjoni li jkunu jinsabu fuq l-istess sit. Il-kunsinni ta’dan il-bajd u tal-bajd li fuqhom id-data ta’ meta tbied tkun diġà ġiet ittimbrata fir-razzett għandhom jiġu identifikati bi:

- id-data ta’ meta tbiedu,

- l-isem, l-indirizz u n-numru tal-produttur, flimkien ma’ referenza kkodifikata tal-gallinar minn fejn ġie l-bajd,

- id-data tad-dispaċċ:

- in-numru jew il-piż tal-bajd fil-kunsinna.

Dan it-tagħrif għandu jintwera fuq il-kontenitur u fuq id-dokumenti li jakkumpanjawh, b’dawn ta’ l-aħħar jinżammu fiċ-ċentru tal-pakkjar għall-perjodu minimu taż-żmien ta’ sitt xhur;

4. il-kontenituri riferiti fil-punt 3 għandhom jinfetħu fiċ-ċentru tal-pakkjar minnufih qabel tibda l-gradazzjoni. Il-bajd kollu minn kontenbitur wieħed għandu jiġi ggradat u ppakkjat mingħajr interruzzjoni. Id-data ta’ meta tbied għandha tiġi ttimbrata matul jew minnufih wara l-gradazzjoni fuq il-bajd maħsub biex jiġi mmarkat ta’ hekk;

5. fil-każ taċ-ċentri tal-pakkjar forniti mill-unitajiet tal-produzzjoni tagħhom stess li jkunu jinsabu fuq l-istess sit li ma jkunux f’kontenituri ssiġillati, il-bajd irid ikun:

- ittimbrat bid-data ta’ meta tbied fil-jum ta’ meta tbied; madankollu, il-bajd li jkun tbied fil-jiem mhux tax-xogħol jista’ jiġi ttimbrat fl-ewwel jum ta’ xogħol li jmiss, flimkien mal-bajd li jkun tbied f’dak il-jum bid-data ta’ l-ewwel jum tax-xogħol, jew

- iggradat u ppakkjat skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(6), jew

- ikkunsinnat liċ-ċentri tal-pakkjar oħra jew lill-industrija oħra fil-jum ta’ meta tbied jew, jekk il-jum ta’ meta tbied ma jkunx jum tax-xogħol, fil-jum tax-xogħol li jkun imiss.

Jekk dawn iċ-ċentri tal-pakkjar ikunu forniti wkoll bil-bajd minn produtturi barranija li fuqu mhux maħsub li tiġi indikata id-data ta’ meta tbied, dan il-bajd għandu jinħażen u ttrattat għalih. Għandhom jinżammu reġistrazzjonijiet ta’ kuljum tal-ġbir jew ta’ meta jiġi rċevut u tal-gradazzjoni ta’ dan il-bajd.

6. iċ-ċentri tal-pakkjar għandhom iżommu reġistri separati:

- tal-kwantitajiet ta’ kuljum, mill-produttur, tal-bajd li jasal fiċ-ċentru u li fuqu jkun maħsub li tiġi indikata id-data ta’ meta tbied, jew li fuqu d-data ta’ meta tbied tkun diġà ġiet ittimbrata fir-razzett, inklużi l-isem tal-produttur, l-indirizz, u n-numru tar-reġistrazzjoni;

- tal-gradazzjoni ta’ kuljum tal-kwalità u tal-piż ta’ dan il-bajd,

- in-numru u/jew il-piż tal-bajd mibjugħ, skond il-grad tal-piż u x-xerrej, flimkien ma’ l-isem u l-indirizz ta’ dan ta’ l-aħħar;

7. l-unitajiet tal-produzzjoni u ċ-ċentri tal-pakkjar imsemmija fil-punt 1 għandhom jiġu spezzjonati darba kull xahrejn."

4) L-Artikolu 18 jiġi emendat kif ġej:

- fil-paragrafu 1 il-frażi 3 introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

"Sabiex jiġu indikati t-tipi tal-biedja riferiti fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru. 1907/90 bl-eċċezzjoni tal-biedja organika jew bijoloġika, fuq il-bajd tal-Grad A u fuq il-pakketti ż-żgħar li jkun fihom dan il-bajd, ma tista’ tintuża l-ebda espressjoniji oħra għajr dawk stabbiliti hawn taħt, u f’kull każ biss jekk ikunu twettqu l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness II:"

- fil-paragrafu 1 jitħassar it-tieni subparagrafu B,

- jiżdied il-paragrafu li ġej mal-paragrafu 2:

"Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, il-lista tal-produtturi rreġistrati fit-territorju tiegħu, skond kull tip ta’ biedja u li turi l-isem u l-indirizz ta’ kull wieħed minnhom u kull numru assenjat lilhom. Kull bidla f’din il-lista għandha tiġi kkomunikata fil-bidu ta’ kull sena kalendarja lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni."

- il-paragrafu 6 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Iċ-ċentri tal-pakkjar riferiti fil-paragrafu 2 għandhom iżommu reġistru separat tal-gradazzjoni tal-kwalità u tal-piż u tal-bejgħ tal-bajd u tal-pakketti ż-żgħar immarkati skond il-paragrafu 1 inklużi l-isem u l-indirizz tax-xerrej, in-numru tal-pakketti, in-numru u/jew il-piż tal-bajd mibjugħ skond il-grad tal-piż u d-data tal-kkunsinna kif ukoll tal-ħażniet tal-bajd iggradat fuq il-bażi ta’ kull ġimgħa. Madankollu, minflok ma jżommu r-reġistri tal-bejgħ, dawn jistgħu jżommu dokumenti bil-fatturi jew n-noti tal-kunsinna mmarkati kif indikat fil-paragrafu 1."

5. Il-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 22(2) jiġi mibdul bit-test li ġej:

"(ċ) il-għoti tal-marka BAJD GĦALL-INDUSTRIJA TA’ L-IKEL b’ittri, 2 ċentimetri għolja, f’ilsien jew aktar tal-Komunità."

6. L-Artikolu 24 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 24

1. L-istrixxa jew it-tikketta msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 għandhom ikunu stampati jew imwaħħla hekk illi xejn mit-tagħrif fuq il-pakkett ma jiġi mgħotti minħabba l-pożizzjoni ta’ l-istrixxa jew tat-tikketta. Il-kelma "extra" għandha tiġi stampata fuq l-istrixxa jew it-tikketta bil-korsiv ta’ mill-inqas ċentimetru għoli.

2. Meta l-istrixxa jew it-tikketta riferiti fil-paragrafu 1 ma jistgħux jitneħħew mill-pakkett l-istrixxa jew it-tikketta jridu jitneħħew mill-inħawi tal-bejgħ mhux aktar tard mis-seba’ jum wara l-pakkjar u l-bajd irid jiġi ppakkjat mill-ġdid.

3. Il-pakketti l-kbar li jkun fihom il-pakketti ż-żgħar immarkati b’ittri kapitali 2 ċentimetri għoli PAKKETT LI FIH PAKKETTI ŻGĦAR EXTRA f’ilsien jew aktar tal-Komunità."

7. L-Artikolu 32 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 32

Bl-eċċezzjoni tal-każ ipprovvdut fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, fl-iċċekkjar ta’ lott tal-bajd tal-Grad A, għandha titħalla tolleranza rigward il-piż ta’ kull bajda. Dan il-lott jista’ jkun fih mhux aktar minn 12 % ta’ bajd ta’ gradi tal-piż qrib dak immarkat fuq il-pakkjar, iżda mhux aktar minn 6 % tal bajd tal-grad tal-piż li jkun imiss.

Meta l-lott iċċekkjat ikun ta’ inqas minn 180 bajda, il-perċentwali msemmija hawn fuq għandhom jiġi rduppjati."

8. L-Anness I jiġi mibdul bl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5.

[2] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p. 11.

[3] ĠU L 335, tas-6.12.1991, p. 12.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

1. Id-data tal-pakkjar:

emb.

pakkett

verp.

sysk.

packed

emb. le

imb.

verp.

emb. – (ippakkjat)

2. Id-data sakemm jista’ jinbigħ:

vender antes

saelges til

verkauf bis

polisi

Sell by

à vend. de préf. av. jew DVR [1]

da vendersi

uit. verk. dat.

Lim. de venda - (Biex jinbigħ sa)

3. Id-data ta’ sakemm jibqa’ tajjeb

cons. preferente

Mindst holdbar til

Mind.-haltbar

Lixi

Best before

à vend. de préf. av. jew DVR [2]

da consumarsi

tenm. houdb. tot

Lim. de venda – (L-aħjar sa)

4. Id-data ta’ meta tbied:

post

lagt

gelegt

ootokia

laid

pondu le

post

gelegd

Tbied fi

"

[1] Jekk jintuæaw l-espressjonijiet DVR jew DCR, l-indikazzjoni fuq il-pakkett għandha tinkiteb hekk illi t-tifsira ta' dawn l-inizjali tkun ċara.

[2] Jekk jintuæaw l-espressjonijiet DVR jew DCR, l-indikazzjoni fuq il-pakkett għandha tinkiteb hekk illi t-tifsira ta' dawn l-inizjali tkun ċara.

--------------------------------------------------