|
30.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/34 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/545
tas-26 ta’ Marzu 2021
li tawtorizza lil ċerti laboratorji fil-Brażil, il-Kambodja, il-Messiku, l-Afrika t’Isfel, it-Tuneżija, l-Ukrajna u r-Renju Unit iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqimiet kontra l-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa
(notifikata taħt id-dokument C (2021) 1953)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqimiet kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar lill-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (“ANSES”) f’Nancy, Franza, bħala l-istituzzjoni speċifika responsabbli sabiex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqimiet kontra l-idrofobija. |
|
(2) |
Fost l-oħrajn , id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tevalwa l-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqimiet kontra l-idrofobija. |
|
(3) |
L-awtorità kompetenti tal-Brażil ippreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “Instituto de Tecnologia do Paraná”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dan il-laboratorju. |
|
(4) |
L-awtorità kompetenti tal-Brażil ippreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid ta’ żewġ laboratorji: it-“TECSA laboratórios LTDA” u l-“Instituto Pasteur”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dawn il-laboratorji. |
|
(5) |
L-awtorità kompetenti tal-Kambodja ppreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “Pasteur Institute of Cambodia”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dan il-laboratorju. |
|
(6) |
L-awtorità kompetenti taċ-Ċina ppreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “Technical Centre for animal, plant and food inspection and quarantine of Shangai customs”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dan il-laboratorju. |
|
(7) |
L-awtorità kompetenti tal-Messiku ppreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid tal- laboratorju “SADER/ SENASICA”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dan il-laboratorju. |
|
(8) |
L-awtorità kompetenti tal-Afrika t’Isfel ippreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid tal-laboratorju “Onderstepoort Veterinary Institute”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dan il-laboratorju. |
|
(9) |
L-awtorità kompetenti tat-Tuneżija ppreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “Pasteur Institute of Tunis”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dan il-laboratorju. |
|
(10) |
L-awtorità kompetenti tal-Ukrajna ppreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “State Scientific Control Institute of Biotechnology and Strains of Microorganisms”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dan il-laboratorju. |
|
(11) |
L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ippreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorji “APHA Weybridge” u “BioBest Laboratories Ltd”. L-ANSES stabbiliet u ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tal-5 ta’ Jannar 2021 għal dawn il-laboratorji. |
|
(12) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn il-laboratorji jkunu awtorizzati biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqimiet tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa. |
|
(13) |
Skont il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, l-awtorizzazzjoni tal-applikazzjoni ppreżentata mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ma tipprekludix lil laboratorju ta’ referenza nazzjonali li jinsab fi Stat Membru milli jissodisfa l-funzjonijiet ta’ laboratorju ta’ referenza nazzjonali fir-rigward tar-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq). |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin b’dan huma awtorizzati jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqimiet kontra l-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa:
|
(a) |
|
|
(b) |
|
|
(c) |
|
|
(d) |
|
|
(e) |
|
|
(f) |
|
|
(g) |
|
|
(h) |
|
|
(i) |
|
|
(j) |
|
|
(k) |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni