9.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/170

tat-8 ta’ Frar 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072 (EUTM Somalia/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 TUE, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia), inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fis-16 ta' Lulju 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072 (2) biex ħatar lill-Brigadier Ġeneral Fabiano ZINZONE bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia.

(3)

Fit-18 ta' Jannar 2022, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Roberto VIGLIETTA biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Fabiano ZINZONE bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Somalia.

(4)

Fil-21 ta' Jannar 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova l-proposta tal-awtoritajiet militari Taljani.

(5)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Roberto VIGLIETTA u jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Roberto VIGLIETTA huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mid-9 ta' Frar 2022.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072 hija b'dan imħassra mid-9 ta' Frar 2022.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1072 tas-16 ta’ Lulju 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264 (EUTM Somalia/1/2020) (ĠU L 234, 21.7.2020, p. 18).