Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 5 - Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu III-358
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0157 - 0158
Artikolu III-358 1. Il-Qorti Ġenerali tkun kompetenti biex tisma' u tiddeċiedi fl-ewwel istanza r-rikorsi previsti fl-Artikoli III-365, III-367, III-370, III-372 u III-374, ħlief għal dawk assenjati lil qorti speċjalizzata stabbilita skond l-Artikolu III-359 u dawk li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea jirreserva għall-Qorti tal-ġustizzja. L-Istatut jista' jipprovdi li l-Qorti Ġenerali tkun kompetenti għal kategoriji oħrajn ta' rikorsi. Deċiżjonijiet mogħtija mil-Qorti Ġenerali taħt dan il-paragrafu jistgħu jkunu suġgetti għal dritt ta' appell lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq punti ta' liġi biss, taħt il-kondizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti mill-Istatut. 2. Il-Qorti Ġenerali tkun kompetenti biex tisma' u tiddeċiedi rikorsi miġjuba kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati speċjalizzati. Deċiżjonijiet mogħtija mil-Qorti Ġenerali taħt dan il-paragrafu jistgħu jkunu suġġetti eċċezzjonalment għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja taħt il-kondizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, fejn ikun hemm riskju serju li ser tintlaqat l-unità jew il-konsistenza tad-dritt ta' l-Unjoni. 3. Il-Qorti Ġenerali tkun kompetenti biex tisma' u tiddetermina kwistjonijiet riferiti għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu III-369, f'oqsma speċifiċi stabbiliti mill-Istatut. Meta l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-każ jeħtieġ deċiżjoni ta' prinċipju li x'aktarx tolqot l-unità jew il-konsistenza tad-dritt ta' l-Unjoni tista' tirreferi l-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni. Deċiżjonijiet mogħtija mil-Qorti Ġenerali fuq kwistjonijiet riferiti għal deċiżjoni preliminari jistgħu jkunu suġgetti eċċezzjonalment għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja taħt il-kondizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti mill-Istatut, fejn ikun hemm riskju serju li ser tinlaqat l-unità jew il-konsistenza tad-dritt ta' l-Unjoni. --------------------------------------------------