31982R3303



Official Journal L 350 , 10/12/1982 P. 0008 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0193
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0193


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3303/82

tad-9 ta’ Diċembru 1982

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1235/82 fir-rigward ta’ ċerti koeffiċjenti li għandhom ikunu applikati għall-prodotti tal-ħalib inkorporati fl-għalf kompost

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 974/71 tat-12 ta’ Mejju 1971 fuq ċerti miżuri ta’ politika konġunturali li għandhom jittieħdu fl-agrikoltura wara t-twessigħ temporanju ta’ marġini ta’ flutwazzjoni għall-valuti ta’ ċerti Stati Membri [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament Nru 3605/81 [2], u partikolarment Artikolu 6 tiegħu,

Billi l-ammonti kompensatorji monetarji introdotti bir-Regolament (KEE) Nru 974/71 kienu iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1235/82 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3258/82 [4];

Billi, bir-Regolament (KEE) Nru 1753/82 [5], il-Kummissjoni reġgħet ġabet fis-seħħ ir-Regolamenti (KEE) Nru 368/77 u (KEE) Nru 443/77 li jittrattaw il-bejgħ ta’ trab tal-ħalib xkumat għall-użu fl-għalf tal-majjali u t-tjur; billi kien konsegwentement meħtieġ li jkun iffissat koeffiċjent għat-trab tal-ħalib xkumat u għall-għalf ta’ l-annimali li jkollhom trab tal-ħalib xkumat li jkun inbiegħ taħt il-kondizzjonijiet speċjali preskritti f’dawk iż-żewġ Regolamenti mentri l-koeffiċjenti in kwistjoni huwa preskritt fir-Regolament (KEE) Nru 1931/82; billi kien hemm bidla sostanzjali fil-prezz tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat; billi l-koeffiċjent in kwistjoni għandu għalhekk ikun aġġustat;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali u għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1235/82 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fit-taqsima (b) tan-nota (8) tal-Parti 1, "0753" hija mibdula b’"0725".

2. Fit-Taqsima 5:

- fit-tieni paragrafu tan-nota (1), "0730" hija mibdula b’"0714",

- fir-raba’ paragrafu tan-nota (6), "0753" hija mibdula b’"0725".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-20 ta’ Diċembru 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Diċembru 1982.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 106, tat-12.5.1971, p. 1.

[2] ĠU L 362, tas-17.12.1981, p. 2.

[3] ĠU L 142, ta’ l-20.5.1982, p. 1.

[4] ĠU L 346, tas-6.12.1982, p. 1.

[5] ĠU L 193, tat-3.7.1982, p. 6.

--------------------------------------------------