25.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10678 - AIP / MACQUARIE / ABERDEEN / ONIVIA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 134/12)

1.   

Fis-16 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Arjun Infrastructure Partners Limited (“AIP”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-Arjun Infrastructure Partners Group,

—

Macquarie Asset Holdings Limited (“Macquarie”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-Macquarie Group,

—

Aberdeen Infrastructure (Holdco) IV B.V. u Aberdeen Infrastructure (Holdco) IV-A B.V (flimkien “Aberdeen”, ir-Renju Unit), li jappartjenu għall-Aberdeen Group,

—

Pentacom Investments (Spain) Opco S.L.U. u Ucles InfraCo, S.L. (flimkien “Onivia”, Spanja).

AIP, Macquarie u Aberdeen jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Onivia.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AIP: kumpanija tal-ġestjoni tal-assi attiva f’setturi li jinkludu t-trasport, l-enerġija rinnovabbli, l-utilità tal-enerġija integrata u d-distribuzzjoni tal-enerġija,

—

Macquarie: bank ta’ investiment globali u fornitur ta’ servizzi finanzjarji li jkopru riżorsi u komoditajiet, enerġija ekoloġika, enerġija konvenzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji, infrastruttura u proprjetà immobbli,

—

Aberdeen: ġestjoni tal-assi u attiva f’setturi li jinkludu t-trasport, l-infrastruttura soċjali, it-trattament tal-iskart u tal-ilma u n-networks tal-produzzjoni tal-enerġija nadifa,

—

Onivia: il-forniment bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ aċċess għall-broadband fi Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10678 - AIP / MACQUARIE / ABERDEEN / ONIVIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.