14.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/141


P9_TA(2022)0348

Ir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni: solliev temporanju ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 fir-rigward tas-solliev temporanju mir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Komunità minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2022)0334 – C9-0225/2022 – 2022/0214(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)

(2023/C 132/25)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0334),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0225/2022),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2022 (1),

—

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P9_TC1-COD(2022)0214

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ Ottubru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 fir-rigward tas-solliev temporanju mir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni ▌minħabba sitwazzjoni epidemjoloġika jew aggressjoni militari

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/2038.)